Este documento es un extracto de la web EUR-Lex
Documento 62014CN0210
Case C-210/14: Request for a preliminary ruling from the Corte suprema di cassazione (Italy) lodged on 25 April 2014 — Criminal proceedings against Daniela Tomassi
Kawża C-210/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil- 25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Tomassi Daniela
Kawża C-210/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil- 25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Tomassi Daniela
ĠU C 292, 1.9.2014, p. 10/11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
1.9.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 292/10 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fil-25 ta’ April 2014 – Proċeduri kriminali kontra Tomassi Daniela
(Kawża C-210/14)
2014/C 292/13
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Corte suprema di cassazione
Parti fil-kawża prinċipali
Tomassi Daniela
Domandi preliminari
1) |
L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza mogħtija fis-16 ta’ Frar 2012 fil-Kawżi magħquda C-72/10 u C-77/10, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li tiġi organizzata sejħa għal offerti fir-rigward ta’ liċenzji għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija preċedentement, f’sitwazzjoni fejn l-imsemmija sejħa għal offerti tkun ġiet organizzata speċifikament sabiex jiġu rrimedjati l-konsegwenzi li jirriżultaw mill-illegalità tal-esklużjoni ta’ ċerti operaturi mis-sejħiet għal offerti preċedenti? |
2) |
L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li r-rekwiżit ta’ allinjament ratione temporis tal-iskadenzi tal-liċenzji jikkostitwixxi ġustifikazzjoni adegwata għall-fatt li l-liċenzji li huma s-suġġett tas-sejħa għal offerti jingħataw għal perijodu ta’ żmien iqsar minn dawk mogħtija fil-passat? |
3) |
L-Artikoli 49 et seq. TFUE u 56 et seq. TFUE, kif interpretati mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea fis-sentenza ċċitata iktar ’il fuq, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu li jiġi previst l-obbligu ta’ trasferiment mingħajr ħlas tal-użu tal-beni materjali u immaterjali miżmuma taħt titolu ta’ proprjetà u li jikkostitwixxu n-network ta’ ġestjoni tal-ġbir tal-logħob fil-każ ta’ waqfien tal-attività minħabba l-iskadenza tal-perijodu tal-liċenzja jew minħabba deċiżjonijiet ta’ dekadenza jew ta’ revoka? |