Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TN0334

    Kawża T-334/14: Rikors ippreżentat fl- 14 ta’ Mejju 2014 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit)

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 26–27 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/26


    Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Mejju 2014 – Roca Sanitario vs UASI – Villeroy & Boch (Vit)

    (Kawża T-334/14)

    2014/C 261/49

    Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol

    Partijiet

    Rikorrenti: Roca Sanitario, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: R. Guerras Mazón, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: Villeroy & Boch AG (Mettlach, il-Ġermanja)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) tal-21 ta’ Frar 2014 fil-Każ R 812/2012-3;

    tikkundanna lill-UASI għall-ispejjeż, u fejn xieraq, lill-intervenjenti, jekk tintervjeni u topponi dan ir-rikors.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Trade mark Komunitarja rreġistrata li hija s-suġġett tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità: disinn ta’ vit – reġistrazzjoni ta’ disinn Komunitarju Nru 1 264 568-0004

    Proprjetarju tat-trade mark Komunitarja: ir-rikorrenti

    Parti li qed titlob id-dikjarazzjoni ta’ invalidità tat-trade mark Komunitarja: Villeroy & Boch AG

    Motivazzjoni tat-talba għal invalidità: assenza ta’ novità u ta’ karattru individwali fir-rigward tad-disinn ta’ vit tal-parti l-oħra quddiem il-Bord tal-Appell (Nru 00 584 560-0004)

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Kanċellazzjoni: talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tal-Artikolu 6 tar-Regolament Nru 6/2002 flimkien mal-Artikolu 25(1)(b) tal-istess regolament


    Top