Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62010TA0564

    Kawża T-564/10: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas- 26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni ( “Kompetizzjoni — Akkordji — Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali — Multi — Ħlas bin-nifs — Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja — Obbligu ta’ motivazzjoni — Proporzjonalità” )

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 22—22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/22


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Ġunju 2014 – Quimitécnica.com u de Mello vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-564/10) (1)

    ((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq Ewropew tal-fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali - Multi - Ħlas bin-nifs - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tordna l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja - Obbligu ta’ motivazzjoni - Proporzjonalità”))

    2014/C 261/43

    Lingwa tal-kawża: il-Portugiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA (Lordelo, il-Portugall) u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA (Lisbona, il-Portugall) (rappreżentanti: J. Calheiros u A. de Albuquerque, avukati)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Mongin, V. Bottka u F. Ronkes Agerbeek, aġenti, assistiti minn M. Marques Mendes, avukat)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-deċiżjoni li allegatament tinsab fl-ittra tal-kontabilista tal-Kummissjoni tat-8 ta’ Ottubru 2010 dwar il-ħlas tal-multa mogħtija lir-rikorrenti permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2010) 5004 finali, tal-20 ta’ Lulju 2010, dwar proċedura għall-applikazzjoni tal-Artikolu 101 TFUE u tal-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/38.886 – Fosfati għall-alimentazzjoni tal-annimali), sa fejn l-imsemmija ittra timponi l-kostituzzjoni ta’ garanzija bankarja, mingħand bank li jkun kiseb evalwazzjoni finanzjarja (rating) “AA” fit-tul sabiex wieħed ikun jista’ jaċċedi għat-talba ta’ ħlas bin-nifs tal-multa.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Quimitécnica.com – Comércio e Indústria Química, SA u José de Mello – Sociedade Gestora de Participações Sociais, SA għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess kif ukoll dawk esposti mill-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 55, 19.02.2011.


    Į viršų