Pasirinkite eksperimentines funkcijas, kurias norite išbandyti

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 62014CN0269

    Kawża C-269/14: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit- 30 ta’ Mejju 2014 – Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

    ĠU C 261, 11.8.2014, p. 15—16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    11.8.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 261/15


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Korkein hallinto-oikeus (il-Finlandja) fit-30 ta’ Mejju 2014 – Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

    (Kawża C-269/14)

    2014/C 261/22

    Lingwa tal-kawża: il-Finlandiż

    Qorti tar-rinviju

    Korkein hallinto-oikeus

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Kansaneläkelaitos, Suomen Palvelutaksit ry, Oulun Taksipalvelut Oy

    Partijiet oħra kkonċernati: Suomen Taksiliitto ry, Turun Seudun Invataksit ry, Hämeen Taksi Oy, Itä-Suomen Maakunnallinen Taksi Oy, Kainuun Taksivälitys Oy, Keski-Suomen Taksi Oy, Lounais-Suomen Taxidata Oy, Pohjois-Suomen Taksi Oy

    Domandi preliminari

    1.

    Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar konċessjonijiet għal servizzi għandha tiġi interpretata fis-sens li din ma tapplikax għal arranġament globali li jinkludi, minn naħa, il-ħlas ta’ rimbors, li jaqa’ taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità, permezz ta’ skema ta’ rimbors dirett, u, min-naħa l-oħra, arranġament dwar il-riżervazzjoni ta’ mezzi ta’ trasport, li ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità?

    2.

    Kemm hija rilevanti l-konsegwenza, li tirriżulta indirettament minn dan l-arranġament globali, li l-għan tal-arranġament dwar ir-riżervazzjonijiet huwa li jitnaqqsu l-ispejjeż ta’ trasport li l-Kansaneläkelaitos għandu jħallas mill-fondi pubbliċi?


    Į viršų