Este documento é um excerto do sítio EUR-Lex
Documento 62012CA0132
Case C-132/12 P: Judgment of the Court (First Chamber) of 27 February 2014 — Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, formerly Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl v European Commission (Appeal — State aid — Schemes for aid granted in favour of housing corporations — Compatibility decision — Commitments provided by the national authorities in order to comply with European Union law — Fourth paragraph of Article 263 TFEU — Action for annulment — Conditions governing admissibility — Interest in bringing proceedings — Locus standi — Beneficiaries who are individually and directly concerned — Notion of a ‘closed circle’ )
Kawża C-132/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 – Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skemi ta’ għajnuna mogħtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà — Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Locus standi — Benefiċjarji kkonċernati individwalment u direttament — Kunċett taル “ċirku magħluq” )
Kawża C-132/12 P: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas- 27 ta’ Frar 2014 – Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl vs Il-Kummissjoni Ewropea (Appell — Għajnuna mill-Istat — Skemi ta’ għajnuna mogħtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali — Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà — Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni — Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE — Rikors għal annullament — Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà — Interess ġuridiku — Locus standi — Benefiċjarji kkonċernati individwalment u direttament — Kunċett taル “ċirku magħluq” )
ĠU C 112, 14.4.2014, p. 3—4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 112/3 |
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) tas-27 ta’ Frar 2014 – Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl vs Il-Kummissjoni Ewropea
(Kawża C-132/12 P) (1)
((Appell - Għajnuna mill-Istat - Skemi ta’ għajnuna mogħtija favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali - Deċiżjoni ta’ kompatibbiltà - Impenji meħuda mill-awtoritajiet nazzjonali sabiex jikkonformaw ruħhom mad-dritt tal-Unjoni - Ir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE - Rikors għal annullament - Kundizzjonijiet għall-ammissibbiltà - Interess ġuridiku - Locus standi - Benefiċjarji kkonċernati individwalment u direttament - Kunċett ta’ “ċirku magħluq”))
2014/C 112/04
Lingwa tal-proċedura: l-Olandiż
Partijiet
Appellanti: Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, li kienet Stichting Com.wonen, Woningstichting Haag Wonen, Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl (rappreżentanti: P. Glazener u E. Henny, avukati)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. van Vliet, S. Noë u S. Thomas, aġenti)
Suġġett
Appell mid-digriet tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tas-16 ta’ Diċembru 2011, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (T-203/10) li permezz tiegħu l-Qorti Ġenerali ċaħdet bħala inammissibbli talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, dwar l-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali
Dispożittiv
1) |
Id-digriet tal-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea tas-16 ta’ Diċembru 2011, Stichting Woonpunt et vs Il-Kummissjoni (T-203/10) huwa annullat safejn dan jiddikjara inammissibbli r-rikors għal annullament ta’ Stichting Woonpunt, Stichting Havensteder, Woningstichting Haag Wonen u Stichting Woonbedrijf SWS.Hhvl kontra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ewropea C(2009) 9963 finali, tal-15 ta’ Diċembru 2009, marbuta mal-għajnuna mill-Istat E 2/2005 u N 642/2009 – il-Pajjiżi l-Baxxi – Għajnuna eżistenti u għajnuna speċifika għal proġetti favur kumpanniji ta’ akkomodazzjoni soċjali sa fejn din id-deċiżjoni tikkonċerna l-iskema ta’ għajnuna E 2/2005. |
2) |
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud. |
3) |
Ir-rikors għal annullament imsemmi fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv huwa ammissibbli. |
4) |
Il-kawża hija rrinvijata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea sabiex tingħata deċiżjoni fuq il-mertu tar-rikors għal annullament imsemmi fil-punt 1 ta’ dan id-dispożittiv. |
5) |
L-ispejjeż huma rriżervati. |