Odaberite eksperimentalnu funkciju koju želite isprobati

Ovaj je dokument isječak s web-mjesta EUR-Lex

Dokument C2014/074A/01

    Avviż ta' kompetizzjoni ġenerali — EPSO/AD/276/14 — Amministraturi (AD 5)

    ĠU C 74A, 13.3.2014., str. 1–5 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    13.3.2014   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CA 74/1


    AVVIŻ TA' KOMPETIZZJONI ĠENERALI

    EPSO/AD/276/14

    AMMINISTRATURI (AD 5)

    (2014/C 74 A/01)

    L-Uffiċċju Ewropew għas-Selezzjoni tal-Persunal (EPSO) qed jorganizza din il-kompetizzjoni ġenerali permezz ta' eżamijiet sabiex tinħoloq lista ta' riżerva għar-reklutaġġ ta' amministraturi (1).

    L-għan ta' din il-kompetizzjoni hu li tinħoloq lista ta' riżerva maħsuba biex jimtlew xi postijiet vakanti ta' uffiċjali fl-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea.

    Qabel tapplika, għandek taqra bir-reqqa d-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali ppubblikati f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea C 60 A tal-1 ta' Marzu 2014 kif ukoll fuq is-sit tal-Internet tal-EPSO.

    Dan id-dokument, li jagħmel parti integrali mill-avviż tal-kompetizzjoni, jgħinek tifhem ir-regoli dwar il-proċeduri u l-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni.

    WERREJ

    I.

    QAFAS ĠENERALI

    II.

    DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

    III.

    KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

    IV.

    TESTIJIET TA' DĦUL

    V.

    ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

    VI.

    LISTI TA' RIŻERVA

    VII.

    KIF TAPPLIKA?

    I.   KUNTEST ĠENERALI

    Numru ta' kandidati magħżula: 137

    II.   DESKRIZZJONI TAD-DMIRIJIET

    Il-grad AD 5 huwa l-grad li fih il-kandidati magħżula jidħlu fil-karriera ta' amministratur fl-istituzzjonijiet Ewropej. L-amministraturi impjegati f'dan il-grad jistgħu jwettqu, taħt superviżjoni, tliet tipi ewlenin ta' xogħol fl-istituzzjonijiet: it-tfassil tal-politika, il-funzjoni operattiva u l-ġestjoni tar-riżorsi. Aħna qed infittxu, b'mod partikolari, kandidati b'potenzjal ta' żvilupp fil-karriera.

    Ir-rwol ġenerali tal-amministraturi huwa li jsostnu lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fl-implimentazzjoni tal-missjoni tal-istituzzjoni jew tal-entità tagħhom.

    Id-dmirijiet ewlenin tagħhom, li jistgħu jvarjaw minn istituzzjoni għal oħra, huma notevolment:

    it-tfassil, l-implimentazzjoni, is-segwitu u l-kontroll tal-programmi u tal-pjanijiet ta' azzjoni,

    il-ġestjoni tar-riżorsi, b'mod speċjali l-persunal, il-finanzi u t-tagħmir,

    l-assistenza lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet permezz ta' kontributi miktuba jew orali,

    l-abbozzar ta' noti ta' analiżi tal-politika,

    il-komunikazzjoni esterna kif ukoll ir-rappurtar u l-komunikazzjoni interna,

    ir-relazzjonijiet ma' partijiet interessati esterni kif ukoll mal-Istati Membri,

    il-koordinazzjoni u l-konsultazzjoni bejn is-servizzi u bejn l-istituzzjonijiet, f'dak li għandu x'jaqsam ma' linji politiċi,

    il-koordinazzjoni ta' gruppi ta' ħidma stabbiliti mill-Istati Membri, l-istituzzjonijiet u l-partijiet interessati esterni,

    l-abbozzar tal-kuntratti, il-preparazzjoni tas-sejħiet għall-proposti u s-sejħiet għall-offerti, u l-parteċipazzjoni fil-kumitati tal-evalwazzjoni tas-segwitu tal-proċeduri tal-għażla u tal-allokazzjoni tal-proposti.

    III.   KUNDIZZJONIJIET TA' AMMISSJONI

    Fid-data tal-għeluq stabbilita għall-applikazzjoni elettronika, int għandek tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi kollha li ġejjin:

    1.

    Kundizzjonijiet ġenerali

    (a)

    Tkun ċittadin ta' wieħed mill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea.

    (b)

    Tgawdi mid-drittijiet ċivili tiegħek.

    (c)

    Tkun wettaqt kwalunkwe obbligu impost mil-liġijiet dwar ir-reklutaġġ applikabbli fil-qasam militari.

    (d)

    Tipproduċi r-referenzi dwar il-personalità mitlubin għat-twettiq tal-funzjonijiet previsti.

    2.

    Kundizzjonijiet speċifiċi

    2.1

    Kwalifiki

    Livell ta' edukazzjoni li jikkorrispondi għal studji universitarji kkompletati ta' mill-anqas tliet snin, iċċertifikati b'diploma.

    L-istudenti li qegħdin fl-aħħar sena tal-istudji universitarji jistgħu jipparteċipaw għall-kompetizzjoni sakemm ikunu kisbu l-kwalifiki tagħhom sal-31 ta' Lulju 2014.

    2.2

    Esperjenza professjonali

    L-ebda esperjenza professjonali ma hija meħtieġa.

    2.3

    Għarfien lingwistiku (2)

    Lingwa 1

    Il-lingwa ewlenija

    għarfien profond ta' waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    Lingwa 2

    It-tieni lingwa (li bilfors trid tkun differenti mil-lingwa 1)

    għarfien sodisfaċenti tal-Ġermaniż, l-Ingliż jew il-Franċiż

    Skont is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (Awla Manja) fil-Kawża C-566/10 P, ir-Repubblika Taljana/il-Kummissjoni, l-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jixtiequ, fil-qafas tal-kompetizzjoni preżenti, jistqarru r-raġunijiet għal-limitu tal-għażla tat-tieni lingwa għal numru limitat ta' lingwi uffiċjali tal-Unjoni.

    Għaldaqstant il-kandidati huma infurmati li l-għażliet tat-tieni lingwa aċċettati għal din il-kompetizzjoni ġew definiti b'konformità mal-interess tas-servizzi li jesiġi li dawk li jiġu rreklutati jkunu jistgħu jibdew jaħdmu mal-ewwel u jikkomunikaw b'mod effiċjenti fix-xogħol tagħhom ta' kuljum. Jekk dan ma jkunx il-każ, it-tħaddim effettiv tal-istituzzjonijiet jista' jiġi affettwat ħażin ħafna.

    Abbażi tal-prassi tal-Istituzzjonijiet tal-Unjoni li ilha titħaddem fir-rigward tal-lingwi użati għall-komunikazzjoni interna u b'kunsiderazzjoni wkoll tal-ħtiġijiet tas-servizzi dwar il-komunikazzjoni esterna u l-ipproċessar tal-fajls, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż jibqgħu l-aktar lingwi użati. Barra minn hekk, l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż huma l-lingwi sekondarji l-aktar użati fl-Unjoni Ewropea u dawk l-aktar studjati bħala lingwi sekondarji. Dan jikkonferma l-livell ta' edukazzjoni u l-kompetenzi professjonali li attwalment wieħed jista' jistenna mill-kandidati f'pożizzjonijiet fl-Istituzzjonijiet tal-Unjoni, jiġifieri l-għarfien ta' mill-inqas waħda minn dawn il-lingwi. Konsegwentement, meta wieħed iqabbel l-interess tas-servizz u l-ħtiġijiet u l-kapaċitajiet tal-kandidati, meta jitqies il-qasam partikolari ta' din il-kompetizzjoni, ikun ġust li jiġu organizzati eżamijiet f'dawn it-tliet lingwi sabiex jiġi żgurat li, tkun xi tkun l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom, il-kandidati kollha jkunu jafu tajjeb mill-inqas waħda minn dawn it-tliet lingwi uffiċjali fil-livell ta' xogħol. Il-valutazzjoni tal-kompetenzi speċifiċi b'dan il-mod tippermetti lill-Istituzzjonijiet tal-Unjoni jevalwaw il-kapaċità tal-kandidati li jkunu jistgħu jaħdmu minnufih f'ambjent simili għal dak li jsibu fl-impjieg.

    Għall-istess raġunijiet, huwa indikat li tiġi ristretta l-lingwa ta' komunikazzjoni bejn il-kandidati u l-istituzzjoni, inkluża l-lingwa li biha jitfasslu l-applikazzjonijiet. Din l-eżiġenza tiżgura l-omoġeneità tat-tqabbil u l-kontroll tal-kandidati fl-applikazzjonijiet tagħhom stess.

    Barra minn hekk, fl-interess ta' trattament ugwali tal-kandidati kollha, inklużi dawk li l-ewwel lingwa uffiċjali tagħhom hija waħda minn dawn it-tlieta, kulħadd huwa meħtieġ li jagħmel ċerti eżamijiet fit-tieni lingwa tiegħu, magħżula minn fost dawn it-tliet lingwi.

    Dawn id-dispożizzjonijiet ma jaffettwawx it-tagħlim ulterjuri tat-tielet lingwa ta' ħidma, b'konformità mal-Artikolu 45(2) tar-Regolamenti tal-Persunal.

    IV.   TESTIJIET TA' DĦUL

    It-testijiet ta' dħul isiru fuq il-kompjuter u huma organizzati mill-EPSO. Il-bord ta' selezzjoni jiddetermina l-livell ta' diffikultà tat-testijiet u japprova s-sustanza tagħhom abbażi tal-proposti magħmula mill-EPSO.

    1.

    L-istedina

    Inti tiġi mistieden għat-testijiet jekk tkun ivvalidajt l-applikazzjoni tiegħek fil-ħin (ara t-Taqsima VII).

    Attenzjoni:

    1.

    meta tivvalida l-applikazzjoni tiegħek, inti tiddikjara li tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III;

    2.

    biex tipparteċipa fit-testijiet, trid tirriżerva data; din ir-riżervazzjoni trid bilfors issir fiż-żmien stipulat li jiġi indikat lilek permezz tal-profil tal-EPSO tiegħek.

    2.

    Deskrizzjoni tat-testijiet u dettalji dwar il-marki

    Sensiela ta' testijiet ibbażati fuq mistoqsijiet b'għażla multipla bil-għan li jiġu evalwati l-kapaċitajiet u l-kompetenzi ġenerali tiegħek fir-rigward ta' dawn li ġejjin:

    Test a)

    ir-raġunament verbali

    marki: minn 0 sa 20 punt

    Test b)

    ir-raġunament numeriku

    marki: minn 0 sa 10 punti

    minimu meħtieġ: 5 punti

    Test c)

    ir-raġunament astratt

    marki: minn 0 sa 10 punti

     

    Il-minimu meħtieġ għat-testijiet a) u c) flimkien huwa ta' 15-il punt

    Test d)

    il-valutazzjoni sitwazzjonali

    marki: minn 0 sa 40 punti

    minimu meħtieġ: 24 punt

    3.

    Lingwa tat-testijiet

    Lingwa 1: għat-testijiet a), b) u c)

    Lingwa 2: għat-test d)

    V.   ĊENTRU TA' EVALWAZZJONI

    1.

    L-istedina

    Int tkun mistieden għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni

    jekk tkun ksibt il-minimu meħtieġ fit-testijiet ta' dħul kollha,

    jekk tkun (3) ksibt waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha a), c),u d) u

    jekk, wara l-evalwazzjoni abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni elettronika tiegħek (4), tkun tissodisfa l-kundizzjonijiet ġenerali u speċifiċi tat-Taqsima III.

    It-test ta' dħul b) huwa eliminatorju iżda l-punti ma jingħaddux mal-punti tat-testijiet l-oħrajn biex jiġu identifikati l-kandidati li għandhom jiġu mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    In-numru ta' kandidati mistiedna għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni jikkorrispondi bejn wieħed u ieħor ma' darbtejn u nofs in-numru tal-kandidati magħżula indikat f'dan l-avviż ta' kompetizzjoni, u jkun ippubblikat fuq il-websajt tal-EPSO (http://blogs.ec.europa.eu/eu-careers.info/).

    2.

    Iċ-Ċentru ta' Evalwazzjoni

    Iċ-ċentru ta' evalwazzjoni għandu l-għan li jevalwa l-kompetenzi (5) ġenerali tiegħek, li l-kontenut tagħhom huwa vvalidat mill-bord ta' selezzjoni, permezz tal-punti li ġejjin:

    (e)

    studju ta' każ

    (f)

    eżerċizzju fi grupp

    (g)

    preżentazzjoni orali

    (h)

    intervista strutturata

    Int tiġi mistieden tieħu sehem fl-istudju ta' każ (6) (li huwa parti integrali miċ-ċentru ta' evalwazzjoni) u għall-elementi l-oħra fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni, li fil-prinċipju jsir Brussell u li jieħu jum jew jum u nofs.

    Kull kompetenza ġenerali tiġi eżaminata skont din l-iskema:

     

    Studju ta' każ partikolari

    Eżerċizzju fi grupp

    Preżentazzjoni orali

    Intervista strutturata

    Analiżi u soluzzjoni tal-problemi

    x

     

    x

     

    Komunikazzjoni

    x

     

    x

     

    Kwalità u riżultati

    x

     

    x

     

    Tagħlim u żvilupp

     

    x

     

    x

    Prijoritizzazzjoni u organizzazzjoni

    x

    x

     

     

    Reżiljenza

     

     

    x

    x

    Xogħol f'tim

     

    x

     

    x

    Ħiliet ta' tmexxija

     

    x

     

    x

    3.

    Lingwa taċ-ċentru ta' evalwazzjoni

    Lingwa 2

    4.

    Marki

    minn 0 sa 10 punti għal kull kompetenza ġenerali

    minimu meħtieġ:

     

    3 punti għal kull kompetenza

     

    50 punt minn 80 għat-8 kompetenzi ġenerali kollha f'daqqa

    VI.   LISTA TA' RIŻERVA

    1.

    Applikazzjoni

    Il-bord ta' selezzjoni jniżżel ismek fil-lista ta' riżerva

    jekk int tkun wieħed mill-kandidati (7) li jkunu kisbu l-minimu meħtieġ flimkien ma' waħda mill-aħjar marki fit-testijiet kollha taċ-ċentru ta' evalwazzjoni (ara t-Taqsima I, in-numru ta' kandidati magħżula)

    u jekk, fid-dawl tad-dokumenti ġustifikattivi, inti tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tad-dħul.

    Il-verifika ssir, b'ordni dixxendenti ta' mertu, sakemm jintlaħaq in-numru ta' kandidati li jistgħu jitniżżlu fil-lista ta' riżerva u li effettivament jissodisfaw il-kundizzjonijiet kollha ta' ammissjoni.

    Id-dokumenti ġustifikattivi tal-kandidati li jkunu ġew ikklassifikati taħt dan il-limitu ma jiġux eżaminati. Jekk minn din il-verifika jirriżulta li d-dikjarazzjonijiet (8) li jkunu saru mill-kandidati fl-applikazzjoni elettronika tagħhom ma jkunux ippruvati bid-dokumenti ġustifikattivi rilevanti, il-kandidati kkonċernati jiġu esklużi mill-kompetizzjoni.

    2.

    Klassifika

    Il-lista tiġi stabbilita skont l-ordni alfabetika.

    VII.   KIF TAPPLIKA?

    1.

    Applikazzjoni elettronika

    Għandek tapplika b'mod elettroniku billi ssegwi l-proċedura indikata fil-websajt tal-EPSO, u b'mod speċjali fil-Manwal tal-Applikazzjoni.

    Data tal-għ eluq (inkluża l-validazzjoni): il-15 ta' April 2014 f'12:00 (nofsinhar), ħin ta' Brussell

    2.

    Fajl tal-applikazzjoni

    Jekk inti tkun fost il-kandidati ammessi għaċ-ċentru tal-evalwazzjoni, għandek iġġib miegħek (9) il-fajl tal-applikazzjoni komplut tiegħek (l-applikazzjoni elettronika tiegħek iffirmata u d-dokumenti ġustifikattivi) meta tmur fiċ-ċentru tal-evalwazzjoni.

    Termini: ara l-punt 2.1.7 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.


    (1)  F'dan l-avviż, kull referenza għal persuna tas-sess maskil hija wkoll għal persuna tas-sess femminil.

    (2)  Ara l-Qafas Komuni Ewropew ta' Referenza għal-Lingwi (QKER) — livell minimu meħtieġ: lingwa 1 = C1, lingwa 2 = B2

    (http://europass.cedefop.europa.eu/europass/home/hornav/Downloads/CEF/LanguageSelfAssessmentGrid.csp)

    (3)  F'każ li, fl-aħħar post ikun hemm diversi kandidati li jkunu kisbu l-istess marka, dawn il-kandidati kollha jkunu mistiedna għall-eżamijiet taċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    (4)  Din l-informazzjoni tiġi verifikata, abbażi tad-dokumenti ta' prova, qabel ma tiġi stabbilita l-lista ta' riżerva (ara t-Taqsima VI, il-punt 1 u t-Taqsima VII, il-punt 2).

    (5)  Dawn il-kompetenzi huma mfissra fil-punt 1.2 tad-dispożizzjonijiet ġenerali applikabbli għall-kompetizzjonijiet ġenerali.

    (6)  Minħabba raġunijiet ta' organizzazzjoni, l-istudju ta' każ jista' jsir fiċ-ċentri tal-ittestjar fl-Istati Membri, indipendentement mill-eżamijiet l-oħra li jsiru fiċ-ċentru ta' evalwazzjoni.

    (7)  Fil-każ li, diversi kandidati jkunu kisbu l-istess marka għall-aħħar post, dawn il-kandidati kollha jitniżżlu fil-lista ta' riżerva.

    (8)  Id-dikjarazzjonijiet relatati mal-kundizzjonijiet ġenerali jiġu vverifikati mill-EPSO u dawk relatati mal-kundizzjonijiet speċifiċi jiġu vverifikati mill-bord tas-selezzjoni.

    (9)  Id-data tal-konvokazzjoni għaċ-ċentru ta' evalwazzjoni tiġi kkomunikata lilek fi żmien xieraq permezz tal-profil tiegħek tal-EPSO.


    Vrh