Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012TN0556

    Kawża T-556/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Diċembru 2012 — Royalton Overseas vs UASI — SC Romarose Invest (KAISERHOFF)

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 22–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/22


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Diċembru 2012 — Royalton Overseas vs UASI — SC Romarose Invest (KAISERHOFF)

    (Kawża T-556/12)

    2013/C 63/44

    Lingwa tar-rikors: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Royalton Overseas Ltd (Road Town, il-Gżejjer Verġni Brittaniċi) (rappreżentant: C. Năstase, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)

    Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell: SC Romarose Invest Srl (Bukarest, ir-Rumanija)

    Talbiet

    tannulla d-deċiżjoni mogħtija fl-4 ta’ Ottubru 2012 u nnotifikata fit-22 ta’ Ottubru 2012 mill-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI fil-Każ R 2535/2011-1.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Applikant għat-trade mark Komunitarja: Royalton Overseas Ltd

    Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark figurattiva “KAISERHOFF” għal prodotti u servizzi fil-klassijiet 8 u 21 — Reġistrazzjoni ta’ trade mark Komunitarja Nru 9242066

    Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat insostenn tal-oppożizzjoni: SC Romarose Invest Srl

    Trade mark jew sinjal invokat: Reġistrazzjoni ta’ trade mark Rumena Nru 110809 tat-trade mark verbali “KAISERHOFF” għal prodotti fil-klassijiet 11, 21 u 35

    Deċiżjoni tad-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni: oppożizzjoni milqugħa

    Deċiżjoni tal-Bord tal-Appell: appell miċħud

    Motivi invokati: ksur tar-Regola 50, ikkorroborata mir-Regola 20(7), tar-Regolament Nru 2868/95 u tal-Artikoli 76(1) u 42(5) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 207/2009.


    Top