Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CN0514

    Kawża C-514/12: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fl- 14 ta’ Novembru 2012 — Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH vs Land Salzburg

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 7–7 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/7


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesgericht Salzburg (l-Awstrija) fl-14 ta’ Novembru 2012 — Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH vs Land Salzburg

    (Kawża C-514/12)

    2013/C 63/11

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Qorti tar-rinviju

    Landesgericht Salzburg

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrent: Zentralbetriebsrat der gemeinnützigen Salzburger Landeskliniken Betriebs GmbH

    Konvenut: Land Salzburg

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 45 TFUE u l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (UE) Nru 492/11 (1) jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali (f’dan il-każ l-Artikoli 53 u 54 tas-Salzburger Landesvertragsbedienstetengesetzes), li tipprovdi li, sabiex tiġi ddeterminata d-data rilevanti għall-finijiet tal-avvanz fl-iskali ta’ remunerazzjoni ogħla, persuna pubblika li timpjega għandha tieħu inkunsiderazzjoni fit-totalità tagħhom il-perijodi ta’ attività mwettqa mingħajr interruzzjoni fis-servizz tagħha mill-impjegati tagħha, iżda għandha tieħu inkunsiderazzjoni, b’mod globali u minn ċertu età, biss parti mill-perijodi ta’ attività mwettqa mill-impjegati tagħha ma’ persuni privati jew pubbliċi oħra li jimpjegaw — kemm jekk fl-Awstrija kif ukoll jekk fi Stat ieħor tal-UE jew taż-ŻEE?


    (1)  Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-5 ta’ April 2011, dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni, ĠU L 141, p. 1.


    Top