Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012CA0023

    Kawża C-23/12: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — proċedura mibdija minn Mohamad Zakaria (Regolament (KE) Nru 562/2006 — Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) — Ksur allegat tad-dritt għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem — Protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Dritt ta’ aċċess għal qorti)

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/6


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari mill-Augstākās tiesas Senāts — il-Latvja) — proċedura mibdija minn Mohamad Zakaria

    (Kawża C-23/12) (1)

    (Regolament (KE) Nru 562/2006 - Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) - Ksur allegat tad-dritt għar-rispett tad-dinjità tal-bniedem - Protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Dritt ta’ aċċess għal qorti)

    2013/C 63/09

    Lingwa tal-kawża: il-Latvjan

    Qorti tar-rinviju

    Augstākās tiesas Senāts

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Proċedura mibdija minn Mohamad Zakaria

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Augstākās tiesas Senāts — Interpretazzjoni tal-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (ĠU L 105, p. 1) — Dritt ta’ rikors ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi fir-rigward tar-rifjut ta’ dħul — Rikors intiż sabiex jiġi rrikonoxxut aġir li jikkostitwixxi irregolaritajiet proċedurali li saru meta ngħatat l-awtorizzazzjoni għall-qsim tal-fruntiera esterna — Kumpens għad-dannu morali ikkawżat minn tali irregolaritajiet

    Dispożittiv

    L-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 562/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-15 ta’ Marzu 2006, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen), jipprovdi biss għall-obbligu tal-Istati Membri li jagħtu l-possibbiltà li titressaq kawża fil-konfront tad-deċiżjonijiet ta’ rifjut ta’ dħul fit-territorju tagħhom.


    (1)  ĠU C 80, 17.3.2012.


    Top