Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CA0224

    Kawża C-224/11: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas- 17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — BGŻ Leasing sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie ( “VAT — Provvista ta’ leasing akkumpanjata minn provvista ta’ assigurazzjoni tal-oġġett suġġett għal-leasing, miksuba mill-fornitur u ffatturata minn dan tal-aħħar lir-riċevitur — Klassifikazzjoni — Provvista unika komposta minn żewġ provvisti differenti — Eżenzjoni — Tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni” )

    ĠU C 63, 2.3.2013, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    2.3.2013   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 63/4


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tas-17 ta’ Jannar 2013 (talba għal deċiżjoni preliminari ta’ Naczelny Sąd Administracyjny — Il-Polonja) — BGŻ Leasing sp. z o.o. vs Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

    (Kawża C-224/11) (1)

    (VAT - Provvista ta’ leasing akkumpanjata minn provvista ta’ assigurazzjoni tal-oġġett suġġett għal-leasing, miksuba mill-fornitur u ffatturata minn dan tal-aħħar lir-riċevitur - Klassifikazzjoni - Provvista unika komposta minn żewġ provvisti differenti - Eżenzjoni - Tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni)

    2013/C 63/04

    Lingwa tal-kawża: il-Pollakk

    Qorti tar-rinviju

    Naczelny Sąd Administracyjny

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: BGŻ Leasing sp. z o.o.

    Konvenut: Dyrektor Izby Skarbowej w Warszawie

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Naczelny Sąd Administracyjny — Interpretazzjoni tal-Artikoli 2(1)(ċ), 28 u 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1) — Provvista ta’ leasing akkumpanjata minn provvista ta’ assigurazzjoni tal-oġġett suġġett għal-leasing, miksuba mill-impriża li tipprovdi l-leasing u ffatturata minn din tal-aħħar lir-riċevitur tal-leasing — Klassifikazzjoni tat-tranżazzjoni, għall-finijiet tal-VAT, bħala provvista unika komposta jew bħala żewġ provvisti indipendenti

    Dispożittiv

    (1)

    Il-provvista ta’ servizzi relatati mal-assigurazzjoni marbuta mal-oġġett suġġett għal leasing u l-provvista ta’ servizzi relatati mal-leasing innifsu għandhom, fil-prinċipju, jiġu kkunsidrati bħala provvisti ta’ servizzi distinti u indipendenti għall-finijiet tat-taxxa fuq il-valur miżjud. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tiddetermina jekk, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża prinċipali, it-tranżazzjonijiet ikkonċernati humiex marbuta flimkien sal-punt li għandhom jiġu kkunsidrati bħala li jikkostitwixxu provvista unika jew jekk, għall-kuntrarju, jikkostitwixxux provvisti indipendenti.

    (2)

    Meta l-fornitur jassigura huwa stess l-oġġett suġġett għal-leasing u jiffattura mill-ġdid l-ispiża eżatta għall-assigurazzjoni lir-riċevitur, tali tranżazzjoni tikkostitwixxi, f’ċirkustanzi bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tranżazzjoni ta’ assigurazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 135(1)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-28 ta’ Novembru 2006, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud.


    (1)  ĠU C 219, 23.7.2011.


    Top