Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62012FN0064

    Kawża F-64/12: Rikors ippreżentat fil- 21 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs SEAE

    ĠU C 258, 25.8.2012, p. 28–28 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/28


    Rikors ippreżentat fil-21 ta’ Ġunju 2012 — ZZ vs SEAE

    (Kawża F-64/12)

    2012/C 258/50

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: ZZ (rappreżentant: M. Casado Garcia-Hirschfeld, avukat)

    Konvenut: Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna

    Suġġett u deskrizzjoni tal-kawża

    Annullament tad-deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix inkluż fil-lista tal-uffiċjali promossi fil-grad AD 6 skont il-proċedura ta’ promozzjoni 2011 u l-kundanna tal-konvenut sabiex jikkumpensa d-dannu subit.

    Talbiet tar-rikorrent

    Tannulla d-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ħatra tal-15 ta’ Novembru 2011 li ma tippromwovix ir-rikorrent għall-grad AD 6 għall-promozzjoni 2011;

    Tannulla, fejn huwa l-każ, id-deċiżjoni tat-23 ta’ Marzu 2011 li tiċħad l-ilment;

    Tikkundanna lis-SEAE iħallas lir-rikorrent is-somma ffissata ex aequo et bono għal EUR 6 000, bħala kumpens għad-danni professjonali u morali tiegħu, flimkien mal-interessi moratorji bir-rata legali mid-data li fiha għandha titħallas;

    Tikkundanna lis-SEAE għall-ispejjeż.


    Top