Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CB0307

    Kawża C-307/11 P: Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas- 26 ta’ April 2012 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (Appell — Trade mark Komunitarja — Regolament (KE) Nru 40/94 — Artikolu 7(1)(b) — Raġuni assoluta għal rifjut — Nuqqas ta’ karattru distintiv — Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek)

    ĠU C 258, 25.8.2012, p. 8–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    25.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 258/8


    Digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) tas-26 ta’ April 2012 — Deichmann SE vs L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni)

    (Kawża C-307/11 P) (1)

    (Appell - Trade mark Komunitarja - Regolament (KE) Nru 40/94 - Artikolu 7(1)(b) - Raġuni assoluta għal rifjut - Nuqqas ta’ karattru distintiv - Sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek)

    2012/C 258/13

    Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż

    Partijiet

    Appellanti: Deichmann SE (rappreżentant: O. Rauscher, avukat)

    Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trademarks u Disinni) (rappreżentant: K. Klüpfel, aġent)

    Suġġett

    Appell mis-sentenza tal-Qorti Ġenerali (Is-Seba’ Awla) tat-13 ta’ April 2011 — Deichmann SE vs UASI (T-202/09), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ċaħdet ir-rikors għal annullament kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-UASI, tat-3 ta’ April 2009, li tiċħad l-appell mid-deċiżjoni tal-eżaminatur li tirrifjuta r-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv li jirrappreżenta forma ta’ V b’bordura bit-tikek bħala trade mark Komunitarja għal ċerti prodotti fil-klassijiet 10 u 25 — Karattru distintiv tat-trade mark

    Dispożittiv

    (1)

    L-appell huwa miċħud

    (2)

    Deichmann SE hija kkundannata għall-ispejjeż


    (1)  ĠU C 269, 10.09.2011.


    Top