Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52011AP0117

    Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal- 24 ta’ Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2010)0520 – C7-0297/2010 – 2010/0274(COD))
    P7_TC1-COD(2010)0274 Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl- 24 ta’ Marzu 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

    ĠU C 247E, 17.8.2012, p. 113–113 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    17.8.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    CE 247/113


    Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
    Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni ***I

    P7_TA(2011)0117

    Riżoluzzjoni leġislattiva tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ Marzu 2011 dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv (COM(2010)0520 – C7-0297/2010 – 2010/0274(COD))

    2012/C 247 E/17

    (Proċedura leġislattiva ordinarja: l-ewwel qari)

    Il-Parlament Ewropew,

    wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2010)0520),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(2) u l-Artikolu 114 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, skont liema Artikoli l-Kummissjoni ppreżentat il-proposta lill-Parlament (C7-0297/2010),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 294(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew tat-8 ta’ Diċembru 2010 (1),

    wara li kkunsidra l-Artikolu 55 tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

    wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija (A7-0039/2011),

    1.

    Jadotta l-pożizzjoni tiegħu fl-ewwel qari li tidher hawn taħt;

    2.

    Jitlob lill-Kummissjoni biex terġa' tirreferi l-kwistjoni lill-Parlament jekk ikollha l-ħsieb li temenda l-proposta b'mod sustanzjali jew li tibdilha b'test ġdid;

    3.

    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi l-pożizzjoni tal-Parlament lill-Kunsill u lill-Kummissjoni kif ukoll lill-parlamenti nazzjonali.


    (1)  ĠU C 54, 19.2.2011, p. 35.


    Il-Ħamis 24 ta’ Marzu 2011
    P7_TC1-COD(2010)0274

    Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fl-24 ta’ Marzu 2011 bil-ħsieb ta’ l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru …/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 460/2004 li jistabbilixxi l-Aġenzija Ewropea dwar is-Sigurtà tan-Netwerks u l-Informazzjoni f'dak li jirrigwarda l-perjodu effettiv

    (Peress li ntlaħaq ftehim bejn il-Parlament u l-Kunsill, il-pożizzjoni tal-Parlament jaqbel ma’ l-att leġislattiv finali, r-Regolament (UE) Nru 580/2011.)


    Top