Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/196/12

Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6649 – Allianz/Insurance Portfolio and Brokerage Services of Gan Eurocourtage) Test b’relevanza għaż-ŻEE

ĠU C 196, 4.7.2012, p. 19–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

4.7.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 196/19


Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

(Każ COMP/M.6649 – Allianz/Insurance Portfolio and Brokerage Services of Gan Eurocourtage)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

2012/C 196/12

1.

Fil-25 ta’ Ġunju 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta' konċentrazzjoni proposta skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża Allianz IARD SA (“A.I.” Franza), membru tal- Grupp Allianz (“Allianz”, il-Ġermanja) takkwista skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll sħiħ ta' portafoll awtonomu ta' assigurazzjoni mhux tal-ħajja li jikkonsisti f'kuntratti tal-assigurazzjoni u n-negozji ta' senserija, l-assi u l-obbligazzjonijiet relatati magħhom, fi Franza (the “Target”, Franza) li s'issa kienet ta' Gan Eurocourtage SA (“GEC”, Franza) permezz tax-xiri ta' ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

A.I: sussidjarja ta' Allianz, attiva fi Franża, tipprovdi diversi tipi ta’ ġestjoni ta' assi rigward assigurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja u servizzi rigward operazzjonijiet bankarji,

Allianz: ġeneralment attiva fl-assigurazzjoni, fis-setturi bankarji u l-ġestjoni tal-assi f 'aktar minn 70 pajjiż madwar id-dinja, bl-akbar fost l-operazzjonijiet tagħha fl-Ewropa,

the Target: portafoll awtonomu ta' assigurazzjoni tal-GEC li jirrigwarda prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja pprovduti lil individwi, professjonisti u negozji, kif ukoll in-negozji ta' senserija relatati u attivitajiet ta’ ġestjoni tal-GEC, flimkien mal-prodotti, assi u obbligazzjonijiet relatati li mhumiex fil-portafoll,

GEC: attiva fis-suq għall-provvista ta’ prodotti tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja lil individwi u negozji, assigurazzjoni tat-trasport u prodotti ta' assigurazzjoni ta' grupp.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6649 – Allianz/Insurance Portfolio and Brokerage Services of Gan Eurocourtage, fl-indirizz li ġej:

Il-Kummissjoni Ewropea

Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

J-70

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


Top