Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2012/026/07

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business) Test b’relevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 26, 31.1.2012, p. 11–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    31.1.2012   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 26/11


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business)

    (Test b’relevanza għaż-ŻEE)

    2012/C 26/07

    1.

    Fl-20 ta’ Jannar 2012, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-impriża TPV Technology Limited, (“TPV”, il-Bermuda) beħsiebha takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, kontroll tal-impriża globali tat-televiżjoni tal-kulur ta’ Philips (“Philips TV Business”, il-Pajjiżi l-Baxxi) bl-eċċezzjoni ta’ numru ta’ pajjiżi li jinsabu barra miż-ŻEE.

    2.

    L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

    TPV hija fornitriċi ta’ soluzzjonijiet permezz tal-iskrins, u hija attiva fl-iddisinjar u l-produzzjoni ta’ firxa sħiħa ta’ skrins tal-kompjuters personali u tat-televiżjoni kemm fuq il-bażi ta’ manifatturi terzi ta’ tagħmir oriġinali (original equipment manufacturer, OEM) għad-distribuzzjoni globali tagħha kif ukoll taħt il-marka proprja tagħha AOC,

    Philips TV Business topera fil-manifattura tat-televiżjonijiet tal-kulur tal-marka Philips, fil-ġestjoni tal-marka tal-kumpanija fir-rigward tagħhom u fid-distribuzzjoni tagħhom fit-territorji relevanti li jaqgħu fit-tranżazzjoni.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li l-operazzjoni nnotifikata tista' taqa' fl-ambitu tar-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet. Madanakollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtu kwalunkwe kumment li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

    Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-feks (+32 22964301), jew b'emejl lil COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.6461 – TPV/Philips TV Business, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    1049 Bruxelles/Brussel

    BELGIQUE/BELGIË


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet”).


    Top