Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62009TA0325

    Kawża T-325/09 P: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal- 21 ta’ Settembru 2011 — Adjemian e.a. vs Il-Kummissjoni ( Appell — Servizz pubbliku — Membri tal-persunal — Kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien determinat — Rifjut ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ jew li kuntratt ta’ reklutaġġ jiġġedded għal żmien indeterminat — Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat — Direttiva 1999/70/KE — Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg — Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iż-żmien massimu li matulu jista’ jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha )

    ĠU C 319, 29.10.2011., 16—17. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/16


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Settembru 2011 — Adjemian e.a. vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-325/09 P) (1)

    (Appell - Servizz pubbliku - Membri tal-persunal - Kuntratt ta’ reklutaġġ għal żmien determinat - Rifjut ta’ konklużjoni ta’ kuntratt ta’ reklutaġġ jew li kuntratt ta’ reklutaġġ jiġġedded għal żmien indeterminat - Ftehim Qafas dwar xogħol għal żmien determinat - Direttiva 1999/70/KE - Artikolu 88 tal-Kondizzjonijiet tal-impjieg - Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar iż-żmien massimu li matulu jista’ jintuża persunal mhux permanenti fid-dipartimenti tagħha)

    2011/C 319/32

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Appellanti: Vahan Adjemian (Angera, l-Italja) u l-175 membri tal-persunal u ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom huma fl-annessi, fis-sentenza (rappreżentanti: S. Orlandi, A. Coolen, J-N. Louis u É. Marchal, avukati)

    Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u D. Martin, aġenti); u L-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u K. Zieleśkiewicz, aġenti)

    Suġġett

    Appell tagħhom ippreżentat skont l-Artikolu 9 tal-Anness I tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-appellanti jitolbu l-annullament tas-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009, Adjemian et vs Il-Kummissjoni (F-134/07 u F-8/08, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra, iktar ’il quddiem is-“sentenza appellata”), bil-għan li jannulla din is-sentenza.

    Dispożittiv

    (1)

    Id-deċiżjoni tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (It-Tieni Awla) tal-4 ta’ Ġunju 2009, Adjemian et vs Commission (F-134/07 u F-08/08) hija annullata sa fejn huwa ddikkjara li ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet diretti mir-rikorrenti fil-kawża F-134/07 li l-ismijiet jidhru fl-anness tad-deċiżjoni li tiċħad it-talbiet tagħhom.

    (2)

    Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.

    (3)

    Ir-rikors imressaq mir-rikorrenti fil-kawża F-134/07 li l-ismijiet jidhru fl-anness huwa miċħud, sakemm dan ir-rikors jitlob l-annullament ta’ deċiżjonijiet li jiċħdu t-talbiet tagħhom.

    (4)

    Vahan Adjemian u 175 membru tal-persunal u ex membri tal-persunal tal-Kummissjoni Ewropea li l-ismijiet tagħhom jidhru fl-anness għandhom ibatu l-ispejjeż tagħhom stess u dawk sostnuti mill-Kummissjoni u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din il-kawża.


    (1)  ĠU C 256, 24.10.2009.


    Az oldal tetejére