Válassza ki azokat a kísérleti funkciókat, amelyeket ki szeretne próbálni

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 62008TA0501

    Kawża T-501/08: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat- 23 ta’ Settembru 2011 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more) ( Trade mark Komunitarja — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva see more — Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CMORE — Raġuni relattiva għal rifjut — Probabbiltà ta’ konfużjoni — Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009) )

    ĠU C 319, 29.10.2011., 14—14. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    29.10.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 319/14


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-23 ta’ Settembru 2011 — NEC Display Solutions Europe vs UASI — C More Entertainment (see more)

    (Kawża T-501/08) (1)

    (Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva see more - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti CMORE - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009))

    2011/C 319/26

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: NEC Display Solutions Europe GmbH (München, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Munzinger, avukat)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: W. Verburg, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: C More Entertainment AB (Stokkolma, l-Isvezja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-28 ta’ Awwissu 2008 (Każ R 1388/2007-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn C More Entertainment AB u NEC Display Solutions Europe GmbH.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    NEC Display Solutions Europe GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 19, 24.01.2009.


    Az oldal tetejére