Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011TB0142(01)

    Kawża T-142/11: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas- 6 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill ( “Politika barranija u tas-sigurtà komuni — Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire — Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati — Rikors għal annullament — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni” )

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 21–22 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/21


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Lulju 2011 — SIR vs Il-Kunsill

    (Kawża T-142/11) (1)

    (Politika barranija u tas-sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire - Tneħħija mil-lista tal-persuni kkonċernati - Rikors għal annullament - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)

    2011/C 282/44

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Société ivoirienne de raffinage (SIR) (Abidjan, Côte d’Ivoire) (rappreżentant: M. Ceccaldi, avukat)

    Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u A. Vitro, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/18/PESK, tal-14 ta’ Jannar 2011, li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/656/PESK li ġġedded il-miżuri restrittivi kontra l-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 36), u tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 25/2011, tal-14 ta’ Jannar 2011, li jemenda r-Regolament (KE) Nru 560/2005, li jimponi ċerti miżuri restrittivi speċifiċi kontra ċerti persuni u entitajiet minħabba s-sitwazzjoni fil-Côte d’Ivoire (ĠU L 11, p. 1), sa fejn dawn l-atti jistabbilixxu miżuri restrittivi li jikkawżaw preġudizzju lir-rikorrenti.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma fadalx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

    (2)

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    (3)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal intervent tal-Kummissjoni Ewropea.


    (1)  ĠU C 130, 30.04.2011.


    Top