Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0264

    Kawża T-264/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk ( “Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni — Sejħa għal teħid ta’ azzjoni — Inammissibbiltà — Rikors għad-danni — Rabta kawżali — Dannu — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 17–17 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/17


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Ġunju 2011 — Tecnoprocess vs Il-Kummissjoni u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

    (Kawża T-264/09) (1)

    (Rikors għal nuqqas li tittieħed azzjoni - Sejħa għal teħid ta’ azzjoni - Inammissibbiltà - Rikors għad-danni - Rabta kawżali - Dannu - Rikors manifestament infondat fid-dritt)

    2011/C 282/30

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrenti: Tecnoprocess Srl (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: A. Majoli, avukat)

    Konvenuti: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Bordes u L. Prete, aġenti); u Delegazzjoni tal-Unjoni fil-Marokk

    Suġġett

    Rikors intiż, min-naħa waħda, sabiex jiġi kkonstatat nuqqas li tittieħed azzjoni mill-Kummissjoni Ewropea u mid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea fil-Marokk u, min-naħa l-oħra, sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu allegatament subit minħabba, b’mod partikolari, dan in-nuqqas li tittieħed azzjoni.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud bħala parzjalment inammissibbli u parzjalment manifestament infondat fid-dritt.

    (2)

    Tecnoprocess Srl hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 220, 12.09.2009.


    Top