Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62011CN0371

    Kawża C-371/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Gent (Il-Belġju) fit- 13 ta’ Lulju 2011 — Punch Graphix Prepress Belgium NV vs Belgische Staat

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 11–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/11


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-hof van beroep te Gent (Il-Belġju) fit-13 ta’ Lulju 2011 — Punch Graphix Prepress Belgium NV vs Belgische Staat

    (Kawża C-371/11)

    2011/C 282/22

    Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    hof van beroep te Gent.

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Punch Graphix Prepress Belgium NV.

    Konvenuta: Belgische Staat

    Domanda preliminari

    L-awtoritajiet fiskali nazzjonali jistgħu jeskludu l-applikazzjoni tal-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 90/435/KEE, tat-23 ta’ Lulju 1990, dwar is-sistema komuni tat-tassazzjoni li tapplika fil-każ tal-kumpanniji prinċipali u sussidjarji ta’ Stati Membri differenti (1) abbażi tad-dispożizzjoni li tinsab f’dak l-artikolu li tistabbilixxi li dan ma jkunx applikabbli f’każ fejn is-sussidjarja tkun fi stralċ, billi tiġi invokata dispożizzjoni tad-dritt intern (f’dan il-każ l-Artikolu 210 tal-Wetboek van de inkomstenbelastingen 1992 [Kodiċi tat-taxxa fuq id-dħul tal-1992]) li jittratta b’mod identiku, amalgamazzjoni b’akkwist, fejn fir-realta’ ma jitwettaq l-ebda stralċ tas-sussidjarja u amalgamazzjoni fejn effettivamet jitwettaq stralċ tas-sussidjarja?


    (1)  ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 9, Vol. 1, p. 147.


    Top