This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 62011CN0368
Case C-368/11: Reference for a preliminary ruling from the Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (Italy) on 11 July 2011 — criminal proceedings against Raffaele Arrichiello
Kawża C-368/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil- 11 ta’ Lulju 2011 — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello
Kawża C-368/11: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil- 11 ta’ Lulju 2011 — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello
ĠU C 282, 24.9.2011, p. 11–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
24.9.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 282/11 |
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Santa Maria Capua Vetere (l-Italja) fil-11 ta’ Lulju 2011 — proċeduri kriminali kontra Raffaele Arrichiello
(Kawża C-368/11)
2011/C 282/20
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Santa Maria Capua Vetere
Partijiet fil-kawża prinċipali
Raffaele Arrichiello
Domanda preliminari
Liema hija l-interpretazzjoni li għandha tingħata lill-Artikoli 43 u 49 KE dwar il-libertà ta’ istabbiliment u l-libertà li jiġu pprovduti servizzi fis-settur tal-imħatri fuq avvenimenti sportivi, sabiex jiġi ddeterminat jekk id-dispożizzjonijiet tat-Trattat iċċitati iktar ’il fuq jawtorizzawx jew le leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi monopolju favur l-Istat u sistema ta’ liċenzji u awtorizzazzjonijiet li, fil-kuntest ta’ numru determinat ta’ liċenzji, tipprovdi: a) l-eżistenza ta’ tendenza ġenerali li tipproteġi persuni li għandhom liċenzji li nħarġu preċedentement abbażi ta’ proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi; b) il-preżenza ta’ dispożizzjonijiet li fil-fatt jiggarantixxu ż-żamma ta’ pożizzjonijiet kummerċjali li nkisbu permezz ta’ proċedura li illegalment eskludiet parti mill-operaturi (pereżempju, billi pprekludiet li persuni liċenzjati ġodda jinstallaw il-kjosk minn tal-inqas f’distanza speċifika minn dawk li diġà jeżistu); u ċ) l-iffissar ta’ sitwazzjonijiet li jwasslu għar-revoka tal-liċenzja u għal kisba ta’ depożiti ta’ garanzija ta’ ammonti kbar, inkluż il-każ fejn il-persuna liċenzjata direttament jew indirettament topera attivitajiet ta’ logħob tal-ażżard transkonfinali simili għal dawk tal-liċenzja?