This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52011XC0204(01)
Communication from the Commission relating to the available quantity for the May 2011 subperiod in the framework of certain quotas opened by the European Union for products in the rice sector
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2011 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2011 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross
ĠU C 35, 4.2.2011, p. 1–2
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
4.2.2011 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 35/1 |
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni rigward il-kwantità disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2011 fil-qafas ta' ċerti kwoti miftuħa mill-Unjoni Ewropea għal prodotti tas-settur tar-ross
2011/C 35/01
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1274/2009 fetaħ kwoti tariffarji għall-importazzjoni ta' ross li joriġina mill-pajjiżi u t-territoriji extra-Ewropej (OCT) (1). Ma ġewx imressqa applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni matul l-ewwel sebat ijiem ta’ Jannar 2011 għall-kwoti bin-numru tas-serje 09.4189 u 09.4190.
Skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 7(4) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 (2), il-kwantitajiet li għalihom ma jitressqux applikazzjonijiet għandhom jiżdiedu ma' tas-subperjodu ta’ wara.
Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 1(5) tar-Regolament (UE) Nru 1274/2009, il-kwantitajiet disponibbli fis-subperjodu ta’ wara għandhom jiġu nnotifikati mill-Kummissjoni sal-25 jum tal-aħħar xahar ta’ subperjodu partikolari.
B'konsegwenza ta’ dan, il-kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta’ Mejju 2011 fil-kuntest tal-kwoti bin-numri tas-serje 09.4189 u 09.4190, kif imsemmija fir-Regolament (UE) Nru 1274/2009, huma stabbiliti fl-Anness għal din il-Komunikazzjoni.
(1) ĠU L 344, 23.12.2009, p. 3.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Kwantitajiet disponibbli għas-subperjodu li jmiss, skont ir-Regolament (UE) Nru 1274/2009
Oriġni |
Numru tas-serje |
Applikazzjonijiet għal liċenzja tal-importazzjoni milqugħa għas-subperjodu ta' Jannar 2011 |
Kwantità totali disponibbli għas-subperjodu ta' Mejju 2011 (f'kg) |
L-Antilli Olandiżi u Aruba |
09.4189 |
16 667 000 |
|
OCTs l-inqas żviluppati |
09.4190 |
6 667 000 |
(1) Ma japplikax il-koeffiċjent ta' allokazzjoni għal dan is-subperjodu: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal liċenzja.