This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52010AB0052
Opinion of the European Central Bank of 5 July 2010 on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 974/98 as regards the introduction of the euro in Estonia and on a proposal for a Council regulation amending Regulation (EC) No 2866/98 as regards the conversion rate to the euro for Estonia (CON/2010/52)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2010 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja (CON/2010/52)
Opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew tal- 5 ta’ Lulju 2010 dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja (CON/2010/52)
ĠU C 190, 14.7.2010, p. 1–1
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
14.7.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 190/1 |
OPINJONI TAL-BANK ĊENTRALI EWROPEW
tal-5 ta’ Lulju 2010
dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja u dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja
(CON/2010/52)
2010/C 190/01
Introduzzjoni u bażi legali
Fis-26 ta' Mejju 2010 il-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) irċieva talba mill-Kunsill ta' l-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 974/98 fir-rigward tal-introduzzjoni tal-euro fl-Estonja (1). Fit-30 ta' Ġunju 2010 il-BĊE irċieva talba mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għal opinjoni dwar proposta għal regolament tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 fir-rigward tar-rata ta' konverżjoni għall-euro għall-Estonja (2).
Il-kompetenza tal-BĊE li jagħti opinjoni hija bbażata fuq l-Artikolu 140(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Skond l-ewwel sentenza tal-Artikolu 17.5 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Bank Ċentrali Ewropew, il-Kunsill Governattiv adotta din l-opinjoni.
Osservazzjonijiet
1. |
Ir-regolamenti proposti se jagħmlu possibbli l-introduzzjoni tal-euro bħala l-valuta tal-Estonja wara l-abrogazzjoni tad-deroga tal-Estonja skont il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 140(2) tat-Trattat. |
2. |
Il-BĊE jilqa' r-regolamenti proposti. |
Magħmul fi Frankfurt am Main, 5 ta’ Lulju 2010.
Il-President tal-BĊE
Jean-Claude TRICHET
(1) COM(2010) 240 finali.
(2) COM(2010) 341 finali.