Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62009TB0005

    Kawża T-5/09: Digriet tal-Qorti Ġenerali tal- 24 ta’ Marzu 2010 — Lind vs Il-Kummissjoni ( “Rikors għad-danni — Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari f’Thule (il-Groenlandja) — Direttiva 96/29/Euratom — Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru — Rikors manifestament infondat fid-dritt” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 35–35 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/35


    Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Marzu 2010 — Lind vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-5/09) (1)

    (“Rikors għad-danni - Konsegwenzi fuq is-saħħa pubblika tal-aċċident nukleari f’Thule (il-Groenlandja) - Direttiva 96/29/Euratom - Nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni ta’ miżuri kontra Stat Membru - Rikors manifestament infondat fid-dritt”)

    2010/C 134/59

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Brigit Lind (Greve, id-Danimarka) (rappreżentant: I. Anderson, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: E. White u M. Patakia, aġenti)

    Suġġett

    Rikors għad-danni intiż sabiex jinkiseb kumpens għad-dannu subit minħabba l-allegat nuqqas ta’ adozzjoni min-naħa tal-Kummissjoni tal-miżuri neċessarji sabiex tobbliga lir-Renju tad-Danimarka li jadotta l-liġijiet u d-dispożizzjonijiet amministrattivi li jippermettulu li jikkonforma ruħhu mad-Direttiva tal-Kunsill 96/29/Euratom, tat-13 ta’ Mejju 1996, li tistabbilixxi standards bażiċi ta’ sigurtà għall-ħarsien tas-saħħa tal-ħaddiema u l-pubbliku ġenerali kontra l-perikli li jiġu minn radjazzjoni jonizzanti (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 2, p. 291) u sabiex japplika dawn id-dispożizzjonijiet għall-ħaddiema involuti fl-aċċident nukleari ta’ Thule (il-Groenlandja)

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    B. Lind hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 69, 21.3.2009.


    Top