Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62006TA0042

    Kawża T-42/06: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad- 19 ta’ Marzu 2010 — Gollnisch vs Il-Parlament ( “Privileġġi u immunitajiet — Membri tal-Parlament Ewropew — Deċiżjoni li ma jiġux imħarsa l-privileġġi u l-immunitajiet — Rikors għal annullament — Telf tal-interess ġuridiku — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Rikors għad-danni — Aġir li huwa akkużat bih il-Parlament — Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi — Rabta kawżali” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 29–30 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/29


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Marzu 2010 — Gollnisch vs Il-Parlament

    (Kawża T-42/06) (1)

    (“Privileġġi u immunitajiet - Membri tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li ma jiġux imħarsa l-privileġġi u l-immunitajiet - Rikors għal annullament - Telf tal-interess ġuridiku - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Rikors għad-danni - Aġir li huwa akkużat bih il-Parlament - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi - Rabta kawżali”)

    2010/C 134/48

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrent: Bruno Gollnisch (Limonest, Franza) (rappreżentanti: W. de Saint Just u G. Dubois, avukati)

    Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: H. Krück, C. Karamarcos u A. Padowska, sussegwentement H. Krück, D. Moore u A. Padowska, aġenti)

    Suġġett

    Minn naħa, l-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew, tat-13 ta’ Diċembru 2005, li tadotta r-rapport tal-Kumitat għall-Affarijiet Legali (A6-376/2005) u tiċħad it-talba għall-ħarsien tal-immunità u l-privileġġi ta’ Bruno Gollnisch [2005/2072 (IMM)], u, min-naħa l-oħra, rikors għad-danni intiż li jinkiseb kumpens għad-danni morali allegatament subiti mir-rikorrent wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata.

    Dispożittiv

    (1)

    Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talba għal annullament.

    (2)

    It-talba għad-danni hija miċħuda.

    (3)

    Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll żewġ terzi tal-ispejjeż sostnuti minn Bruno Gollnisch, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.

    (4)

    B. Gollnisch għandu jbati terz tal-ispejjeż tiegħu, inklużi wkoll dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.


    (1)  ĠU C 86, 8.4.2006.


    Top