Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62008CA0317

    Kawżi magħquda C-317/08 sa C-320/08: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat- 18 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Ischia — l-Italja) — Rosalba Alassini (C-317/08) u Filomena Califano vs Wind SpA (C-318/08) u Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA (C-319/08) u Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA (C-320/08) ( “Talba għal deċiżjoni preliminari — Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva — Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi — Direttiva 2002/22/KE — Servizz Universali — Disputi bejn l-utenti finali u fornituri — Tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja” )

    ĠU C 134, 22.5.2010, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    22.5.2010   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 134/3


    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) tat-18 ta’ Marzu 2010 (talbiet għal deċiżjoni preliminari tal-Giudice di Pace di Ischia — l-Italja) — Rosalba Alassini (C-317/08) u Filomena Califano vs Wind SpA (C-318/08) u Lucia Anna Giorgia Iacono vs Telecom Italia SpA (C-319/08) u Multiservice Srl vs Telecom Italia SpA (C-320/08)

    (Kawżi magħquda C-317/08 sa C-320/08) (1)

    (“Talba għal deċiżjoni preliminari - Prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Netwerks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi - Direttiva 2002/22/KE - Servizz Universali - Disputi bejn l-utenti finali u fornituri - Tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja”)

    2010/C 134/04

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Giudice di Pace di Ischia

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: Rosalba Alassini (C-317/08), Filomena Califano (C-318/08), Lucia Anna Giorgia Iacono (C-319/08), Multiservice Srl (C-320/08)

    Konvenuti: Telecom Italia SpA (C-317/08), Wind SpA (C-318/08) Telecom Italia SpA (C-319/08), Telecom Italia SpA (C-320/08)

    Suġġett

    Talba għal deċiżjoni preliminari — Giudice di Pace di Ischia — Interpretazzjoni tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 13, Vol. 29, p. 367), tad-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-25 ta’ Mejju 1999, dwar ċerti aspetti tal-bejgħ ta’ oġġetti tal-konsum u garanziji assoċjati magħhom (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4 p. 223) u tal-Artikolu 6 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem — Disputi fil-qasam tal-kommunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u operaturi, li jirrigwardaw kumpens għad-danni subiti minħabba l-allegat nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ kuntratt li għandu bħala suġġett is-servizz tat-telefonija pprovdut mill-operatur — Leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi għal tentattiv ta’ konċiljazzjoni obbligatorja qabel il-preżentata ta’ rikors ġudizzjarju — Possibbiltà li jiġi ppreżentat rikors ġudizzjarju mingħajr ma jkun sar tentattiv ta’ konċiljazzjoni

    Dispożittiv

    L-Artikolu 34 tad-Direttiva 2002/22/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-7 ta’ Marzu 2002, dwar servizz universali u d-drittijiet tal-utenti li jirrelataw ma’ networks u servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi (Direttiva “Servizz Universali”) għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi li disputi fil-qasam tas-servizzi ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi bejn utenti finali u fornituri tal-imsemmija servizzi, li jaqgħu taħt id-drittijiet mogħtija minn din id-direttiva, għandhom ikunu s-suġġett ta’ tentattiv obbligatorju ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarja sabiex ikunu ammessi bħala rikorsi ġudizzjarji.

    Il-prinċipji ta’ ekwivalenza u ta’ effettività kif ukoll il-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva lanqas ma jipprekludu leġiżlazzjoni nazzjonali li timponi fuq it-tali disputi l-ewwel nett l-implementazzjoni ta’ proċeduri ta’ konċiljazzjoni extra ġudizzjarji meta dawn il-proċeduri ma jwasslux għal deċiżjoni vinkolanti fuq il-partijiet, ma jikkawżawx dewmien sinjifikattiv biex rikors ġudizzjarju jiġi ppreżentat, jissospendu l-preskrizzjoni tad-drittijiet ikkonċernati u ma jiġġenerawx spejjeż, jew spejjeż insinjifikanti, għall-partijiet, sa fejn, madankollu, il-mezz elettroniku ma jikkostitwixxix l-uniku mezz ta’ aċċess għall-imsemmija proċedura ta’ konċiljazzjoni u li miżuri provviżorji huma possibbili f’każijiet eċċezzjonali fejn minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni dawn ikunu meħtieġa.


    (1)  ĠU C 236, 13.09.2008.


    Top