Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62007TA0048

    Kawża T-48/07: Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas- 16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX) ( Trade mark Komunitarja — Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX — Raġunijiet assoluti għal rifjut — Karattru parzjalment deskrittiv — Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94 )

    ĠU C 285, 8.11.2008., 38./39. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/38


    Sentenza tal-Qorti tal-Prim'Istanza tas-16 ta' Settembru 2008 — ratiopharm vs UASI (BioGeneriX)

    (Kawża T-48/07) (1)

    (“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali BioGeneriX - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru parzjalment deskrittiv - Artikolu 7(1)(b) u (ċ), tar-Regolament (KE) Nru 40/94’)

    (2008/C 285/70)

    Lingwa tal-kawża: Il-Ġermaniż

    Partijiet

    Rikorrenti: ratiopharm GmbH (Ulm, il-Ġermanja) (rappreżentanti: inizjalment minn S. Völker, imbagħad minn S. Völker u A. Schabenberger, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta' Diċembru 2006 (R 1048/2004-4) dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali “BioGeneriX” bħala trade mark Komunitarja.

    Dispożittiv

    1)

    Id-deċiżjoni tar-Raba' Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-20 ta' Diċembru 2006 (Każ R 1048/2004-4) hija annullata, għal dak li jirrigwarda l-prodotti kimiċi intiżi sabiex jippreżervaw l-ikel, tal-klassi 1.

    2)

    Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.

    3)

    ratiopharm GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-UASI. L-UASI għandu jbati n-nofs l-ieħor tal-ispejjeż tiegħu.


    (1)  ĠU C 82, 14.4.2007


    Augša