Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62008CN0377

    Kawża C-377/08: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit- 18 ta' Awwissu 2008 — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate

    ĠU C 285, 8.11.2008., 25./25. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/25


    Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja) fit-18 ta' Awwissu 2008 — EGN BV — Filiale Italiana vs Agenzia delle Entrate

    (Kawża C-377/08)

    (2008/C 285/41)

    Lingwa tal-kawża: It-Taljan

    Qorti tar-rinviju

    Corte suprema di cassazione

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti: EGN BV — Filiale Italiana

    Konvenuta: Agenzia delle Entrate

    Domanda preliminari

    L-Artikolu 17(3)(a) tad-Direttiva tal-Kunsill 77/388/KEE (1), tas-17 ta' Mejju 1977, jawtorizza lill-fornitur, fil-każ ta' provvista ta' servizzi ta' telekomunikazzjoni bejn persuni taxxabbli residenti f'diversi Stati Membri tal-Komunità u fejn il-persuna li tirċevihom għandha tħallas il-VAT fuqhom, inaqqas it-taxxa li jkollha titħallas fuq l-akkwist jew l-importazzjonijiet ta' oġġetti marbuta ma' dawn it-tranżazzjonijiet, li l-fornitur kien ikollu dritt inaqqas kieku kien jipprovdi l-istess servizzi fil-pajjiż tiegħu?


    (1)  ĠU L 145, p. 1.


    Augša