Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62008CN0360

    Kawża C-360/08: Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Raad van State (l-Olanda) fl- 4 ta' Awwissu 2008 — 1. Stichting Greenpeace Nederland u 2. Stichting ter Voorkoming Misbruik Genetische Manipulatie VoMiGen vs Minister van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer, il-parti l-oħra: Pioneer Hi-Bred Northern Europe Sales Division

    ĠU C 285, 8.11.2008., 20./21. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/20


    Talba għal deċiżjoni preliminari magħmula mir-Raad van State (l-Olanda) fl-4 ta' Awwissu 2008 — 1. Stichting Greenpeace Nederland u 2. Stichting ter Voorkoming Misbruik Genetische Manipulatie “VoMiGen” vs Minister van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer, il-parti l-oħra: Pioneer Hi-Bred Northern Europe Sales Division

    (Kawża C-360/08)

    (2008/C 285/33)

    Lingwa tal-kawża: L-Olandiż

    Qorti tar-rinviju

    Raad van State

    Partijiet fil-kawża prinċipali

    Rikorrenti:

    1.

    Stichting Greenpeace Nederland

    2.

    Stichting ter Voorkoming Misbruik Genetische Manipulatie “VoMiGen”.

    Konvenut: Minister van Volkshuisvesting, Ruimtelijke Ordening en Milieubeheer

    Parti oħra fil-kawża: Pioneer Hi-Bred Northern Europe Sales Division

    Domandi preliminari

    1)

    Il-post tar-rilaxx ta' organiżmi modifikati ġenetikament li, skont l-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18/KE, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala kunfidenzjali, għandu jiġi interpretat fis-sens li jirreferi għall-parti tal-art kif irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet, jew ikun biżżejjed li tiġi indikata żona ġeografika akbar, fid-dawl b'mod partikolari tal-għan u tal-iskema ġenerali ta' din id-direttiva?

    2)

    (a)

    Jekk ikun biżżejjed li tiġi indikata żona ġeografika akbar, liema ċirkustanzi jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni fid-determinazzjoni ta' kif għandha ssir l-indikazzjoni taż-żona?

    (b)

    Id-Direttiva 2003/4/KE hija rilevanti fid-determinazzjoni tal-portata tal-indikazzjoni taż-żona?

    (c)

    L-indikazzjoni ta' żona li l-wiċċ tagħha huwa 20 darba akbar minn dak taż-żoni individwali użati għall-esperimenti tissodisfa l-prinċipju ta' proporzjonalità?

    3)

    Ikun sodisfatt il-prinċipju ta' proporzjonalità fejn, skont il-politika emendata fis-17 ta' Lulju 2008, tingħażel indikazzjoni globali ta' żona li tkun 100 darba akbar miż-żoni individwali użati għall-esperimenti?

    4)

    Jekk semplici indikazzjoni tal-art kif irreġistrata fir-reġistru tal-artijiet hija biżżejjed, iċ-ċirkustanzi msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jistgħu madankollu jikkostitwixxu ġustifikazzjoni sabiex l-informazzjoni dwar il-post preċiż tar-rilaxx tiġi trattata b'mod kunfidenzjali, u dan minkejja d-dispożizzjoni tal-Artikolu 25(4) tad-Direttiva 2001/18/KE?

    5)

    (a)

    L-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE jelenka b'mod eżawrjenti l-motivi ta' ġustifikazzjoni?

    (b)

    Jekk iva, il-protezzjoni tal-impriżi, kif ukoll tal-persuni u tal-prodotti li jinsabu fiha, u l-prevenzjoni ta' sabutaġġ sabiex jiġi mgħejjun l-iżvilupp bioteknoloġiku fl-Olanda, jistgħu jaqgħu taħt wieħed mill-motivi ta' ġustifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2003/4/KE?

    6)

    Jekk id-domanda 5(a) u (b) tingħata risposta pożittiva, l-indikazzjoni ta' żona li hija 20 jew 100 darba akbar mill-wiċċ tal-art użata għall-esperimenti hija, fid-dawl tal-Artikolu 4(2)(h) tad-Direttiva 2003/4/KE, proporzjonata fir-rigward tal-ħarsien ta' interessi privati (protezzjoni tal-impriżi, inklużi l-persuni u l-prodotti msemmija), u ta' interessi pubbliċi (prevenzjoni ta' sabutaġġ sabiex jiġi mgħejjun l-iżvilupp bioteknoloġiku fl-Olanda)?

    7)

    (a)

    Jekk id-domanda 5(a) tingħata risposta negattiva, il-protezzjoni tal-impriżi kif ukoll tal-persuni u tal-prodotti msemmija u l-prevenzjoni ta' sabutaġġ sabiex jiġi mgħejjun l-iżvilupp bioteknoloġiku fl-Olanda, jistgħu jikkostitwixxu motiv ta' ġustifikazzjoni?

    (b)

    Jekk id-domanda 7(a) tingħata risposta pożittiva, l-indikazzjoni ta' żona li hija 20 jew 100 darba akbar mill-wiċċ tal-art użata għall-esperimenti hija propozjonata fir-rigward tal-ħarsien ta' interessi privati (protezzjoni tal-impriżi, inklużi l-persuni u l-prodotti msemmija) u ta' interessi pubbliċi (prevenzjoni ta' sabutaġġ sabiex jiġi mgħejjun l-iżvilupp bioteknoloġiku fl-Olanda)?


    Augša