Atlasiet eksperimentālās funkcijas, kuras vēlaties izmēģināt!

Šis dokuments ir izvilkums no tīmekļa vietnes EUR-Lex.

Dokuments 62008CN0333

    Kawża C-333/08: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    ĠU C 285, 8.11.2008., 16./17. lpp. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    8.11.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 285/16


    Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2008 — Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs Ir-Repubblika Franċiża

    (Kawża C-333/08)

    (2008/C 285/27)

    Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

    Partijiet

    Rikorrenti: Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej (rappreżentant: B. Stromsky, aġent)

    Konvenuta: Ir-Repubblika Franċiża

    Talbiet tal-parti rikorrenti

    tikkonstata li, billi tistabbilixxi, għall-għajnuniet għall-ipproċessar u l-prodotti alimentari li għall-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar provenjenti minn Stati Membri oħra fejn ġew legalment manifatturati u/jew kummerċjaliżżati, sistema ta' awtoriżżazzjoni bil-quddiem li ma tirrispettax il-prinċipju ta' proporzjonalità, ir-Repubblika Franċiża naqset mill-obbligi tagħha skond l-Artikolu 28 tat-Trattat KE;

    tikkundanna lir-Repubblika Franċiża għall-ispejjeż.

    Motivi u argumenti prinċipali

    Permezz tar-rikors tagħha, il-Kummissjoni tilmenta kontra r-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ li jirriżultaw mil-leġiżlazzjoni Franċiża dwar l-għajnuniet għall-ipproċessar. Billi tistabbilixxi sistema ta' awtoriżżazzjoni bil-quddiem għal dawn il-prodotti kif ukoll għall-prodotti alimentari li għall-preparazzjoni tagħhom intużaw għajnuniet għall-ipproċessar provenjenti minn Stati Membri oħra fejn ġew legalment manifatturati u/jew kummerċjaliżżati, din il-leġiżlazzjoni effettivament tagħmel il-kummerċjaliżżazzjoni ta' dawn il-prodotti u għajnuniet iktar diffiċli u iktar għoljin, u għaldaqstant, tostakola l-kummerċ intrakomunitarju.

    Skont il-Kummissjoni, sistema ta' awtoriżżazzjoni bil-quddiem tista', f'ċerti każijiet, tkun iġġustifikata minn motiv ta' saħħa pubblika, iżda din is-sistema għandha, f'kull każ, tissodisfa l-kriterju ta' proporzjonalità u tirrispetta l-kundizzjonijiet stabbiliti mill-ġurisprudenza, b'mod partikolari, dawk imsemmija fis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-5 ta' Frar 2004, Il-Kummissjoni vs Franza (C-24/00). Issa, f'dan il-każ, ħafna minn dawn il-kundizzjonijiet huma neqsin, peress li l-proċeduri previsti mil-leġiżlazzjoni inkwistjoni la huma faċilment aċċessibbli, u lanqas rapidi u suġġetti għal appell ġudizzjarju f'każ ta' rifjut ta' awtoriżżazzjoni.


    Augša