Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/271/01

Minuti tas-seduta tat-tnejn, 17 ta' Marzu 2008

ĠU C 271, 25.10.2008, pp. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

25.10.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

C 271/1


MINUTI TAS-SEDUTA TAT-TNEJN, 17 TA' MARZU 2008

(2008/C 271/01)

(Is-seduta nfetħet fil-11.05)

Seduta inawgurali formali

Indirizzaw l-Assemblea dawn li ġejjin:

Is-Sur France Cukjati, l-Ispiker tal-Parlament tas-Slovenja, is-Sur Janez Janša, Prim Ministru tas-Slovenja, is-Sur Wilkie Rasmussen, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE, is-Sur Hans-Gert Pöttering, President tal-Parlament Ewropew (permezz ta' messaġġ vidjow) u s-Sa Glenys Kinnock, Kopresident tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE.

(Is-seduta ġiet aġġornata f'12.05 u kompliet fit-15.15)

IPPRESEDIET: Is-Sa Glenys KINNOCK

Kopresident

Seduta tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident tat merħba lill-parteċipanti kollha.

1.   Kompożizzjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta

Il-Kopresident ħabbret li l-lista tal-Membri tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, kif ingħaddiet mill-awtoritajiet tal-Istati tal-ACP u l-President tal-Parlament Ewropew, kienet se tkun annessa mal-minuti.

2.   Akkreditar tar-rappreżentanti mhux parlamentari

Il-Kopresident ħabbret li l-awtoritajiet tal-Istati tal-ACP kienu bagħtu lista ta' rappreżentanti mhux parlamentari. Bi qbil mal-Artikolu 17(1) tal-Ftehima ta' Sħubija u mal-Artikolu 1 tar-Regoli ta' Proċedura tal-Assemblea Parlamentari Konġunta, ipproponiet li dawn ir-rappreżentanti jiġu reġistrati u ismijithom jitniżżlu f'anness għall-minuti.

L-Assemblea Parlamentari Konġunta qablet ma' dan.

3.   Sostituti

Il-Kopresident ħabbret is-sostituti li ġejjin: Gill (flok Jöns), Hutchinson (flok Ferreira), Isler Beguin (flok Irujo Amezaga), Leinen (flok Gröner), Maldeikis (flok Zaborska), Mauro (flok Coelho), Peterle (flok Ventre) u Yañez-Barnuevo (flok Gurmai).

4.   Adozzjoni tal-abbozz tal-aġenda (ACP-UE/100.210)

Kelliema: Deva, Martens, Martínez Martínez, Kopresident Kinnock, Kopresident Rasmussen u Polisi (Rwanda).

L-abbozz ta' aġenda ġie adottat hekk kif jidher f'dawn il-minuti.

5.   Approvazzjoni tal-minuti tal-14-il sessjoni tal-Assemblea Parlamentari Konġunta ACP-UE (ĠU C 58, 1.3.2008)

Il-minuti ġew approvati.

6.   Avviżi tal-Kopresidenti, inklużi d-deċiżjonijiet meħuda fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Marzu

Il-Kopresident ddeskriviet fil-qosor id-deċiżjonijiet li ttieħdu fil-laqgħa tal-Bureau tas-16 ta' Marzu:

permezz ta' votazzjoni, biex it-tieni punt urġenti, is-sitwazzjoni fiċ-Ċad, jinżamm bħala dibattitu b'riżoluzzjoni;

biex jiġu awtorizzati r-rapporti li ġejjin għall-kumitati permanenti:

Kumitat għall-Affarijiet Politiċi: l-isfidi għall-akkomodazzjoni demokratika tad-diversitajiet etniċi, kulturali u reliġjużi fil-pajjiżi tal-ACP u l-UE

Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ: il-qagħda attwali tal-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika u l-impatt potenzjali tagħhom fuq il-pajjiżi tal-ACP

Kumitat għall-Affarijiet Soċjali u l-Ambjent: l-impatt soċjali u ambjentali tal-bidla fil-klima

biex il-Kopresidenti jiġu awtorizzati jattendu laqgħat ta' livell għoli bħala rappreżentanti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta sakemm jiġi adottat test definittiv f'laqgħa sussegwenti tal-Bureau;

biex tiġi organizzata missjoni għall-osservazzjoni tal-elezzjoni fl-Angola fil-5 u s-6 ta' Settembru 2008, suġġetta għal jekk l-UE tiġi mistiedna biex tibgħat Missjoni għall-Osservazzjoni ta' Missjoni;

biex ikomplu t-tħejjijiet għall-ewwel laqgħa reġjonali tal-Assemblea Parlamentari Konġunta f'Windhoek, b'fondi mill-Parlament Ewropew (mhux fondi tal-EDF);

biex tiġi aċċettata l-offerta ta' Vanuatu li tospita laqgħa reġjonali direttament wara s-16-il sessjoni f'Port Moresby;

biex tintbagħat ittra lill-President tal-Burundi u lill-Ispiker tal-Assemblea Nazzjonali li tikkundanna l-attakki reċenti ta' politiċi fl-oppożizzjoni u li titlob garanziji għas-sikurezza tagħhom;

biex is-servizzi legali tal-PE u tal-ACP jintalbu jipprovdu opinjonijiet legali dwar jekk hux possibli li Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika jerġgħu jiġu nnegozjati wara li jkunu ġew inizjalati;

biex tinkiteb ittra ta' sogħba lill-Kummissarju Mandelson dwar l-assenza regolari tiegħu mid-dibattiti tal-Assemblea Parlamentari Konġunta dwar il-Ftehimiet ta' Sħubija Ekonomika, b'kopja għall-President Barroso.

Il-Kopresident ħabbret il-gruppi ta' ħidma għad-19 ta' Marzu, tat merħba lill-osservaturi mill-Assemblea Leġiżlattiva tal-Afrika tal-Lvant, ħabbret l-iskadenzi għall-emendi għas-sessjoni u spjegat is-sistema għall-allokazzjoni tal-ħin għall-interventi.

Kelliema: Ribeiro e Castro u Gomes.

7.   Il-pożizzjoni attwali fin-negozjati dwar il-Ftehima ta' Sħubija Ekonomika u s-segwitu għad-Dikjarazzjoni ta' Kigali: dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Il-Kopresident tat introduzzjoni qasira għas-suġġett u wriet is-sogħba tagħha li l-Kummissarju Ewropew għall-Kummerċ ma kienx preżenti għad-dibattitu.

Kelliema: Maertens (Kummissjoni Ewropea), Humphrey (Barbados), Dombrovskis, Dalrymple-Philibert (Ġamajka), Hutchinson, Ali (Etjopja), Cavuilati (Fiġi), Hall, Sithole (Afrika t'Isfel), Lahai (Sierra Leone), Zimmer, Baldeh (Gambja), Diallo (Ginea), Schmidt, Deerpalsing (Mawrizju), Martens, Assarid (Mali), Borrell Fontelles, William (Seychelles), Dekuek (Sudan), Schnellhardt, Absullahi (Niġerja), and Seck (Senegal).

Is-Sur Maertens (Kummissjoni Ewropea) wieġeb għad-dibattitu.

8.   Opinjonijiet tal-Parlamenti tal-ACP dwar l-Ipprogrammar għall-10 EDF u d-Dokumenti ta' Strateġija tal-Pajjiżi tal-ACP dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Il-Kopresident introduċiet is-suġġett.

Is-Sa Lahai (Sierra Leone) u s-Sur Assarid (Mali) irrapurtaw dwar id-diskussjonijiet li saru fil-parlamenti nazzjonali tagħhom.

Kelliema: Talagi (Niue), Baldeh (Gambja), Baum (Kummissjoni Ewropea) u Oumarou (Niġer).

9.   Il-Qorti Kriminali Internazzjonali: dibattitu mingħajr riżoluzzjoni

Il-Kopresident introduċiet is-suġġett.

Kelliema: Swaak-Goldman (uffiċċju tal-Prosekutur tal-Qorti Kriminali Internazzjonali), Donat Cattin (Parliamentarians for Global Action), Mayer, Leinen, Straker (San Vincenz u l-Grenadini), Dekuek (Sudan), Deva, Assarid (Mali), Jimenez (Repubblika Dominikana), Gomes, Lahai (Sierra Leone), Martínez Martínez u Awudu Mbaya (Camerun).

10.   Rapport mis-Sur Mohamed Ali (Etjopja) u s-Sur Alain Hutchinson Kumitat għall-Iżvilupp Ekonomiku, il-Finanzi u l-Kummerċ (ACP-EU/100.205/08/fin.) dwar kwistjonijiet ta' sigurtà tal-ikel fil-pajjiżi tal-ACP u l-irwol tal-koperazzjoni ACP-UE

Is-Sur Hutchinson u s-Sur Ali (Etjopja) preżentaw ir-rapport.

Kelliema: Njobvu (Zambja), Mugambe (Uganda), Bowis, Borrell Fontelles, Ernesto (Możambik), Aubert, Assarid (Mali), Novak, William (Seychelles), Schnellhardt, Danata (Camerun), Baum (Kummissjoni Ewropea), Fernandes u Diallo (Ginea).

Is-Sur Ali (Etjopja) u s-Sur Hutchinson ikkonkludew id-dibattitu.

(Is-seduta ntemmet fis-19.20)

Wilkie RASMUSSEN u

Glenys KINNOCK

Kopresidenti

Sir John KAPUTIN u

Dietmar NICKEL

Ko-Segretarji Ġenerali


Top