Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2008/207/10

    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni (Każ COMP/M.5272 — Sony/Sony BMG) Test b'rilevanza għaż-ŻEE

    ĠU C 207, 14.8.2008, p. 14–14 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.8.2008   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    C 207/14


    Notifika minn qabel ta' konċentrazzjoni

    (Każ COMP/M.5272 — Sony/Sony BMG)

    (Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

    (2008/C 207/10)

    1.

    Fit-8 ta' Awwissu 2008, il-Kummissjoni rċeviet notifika għal konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1) li permezz tagħha l-Korporazzjoni Sony tal-Istati Uniti (“Sony”, il-Ġappun) takkwista fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament tal-Kunsill kontroll totali ta' Sony BMG Music Entertainment (“Sony BMG,”, l-Istati Uniti), permezz tal-akkwist ta' Bertelsmann AG b'50 % interess azzjonarju f'Sony BMG.

    2.

    L-attivitajiet ta' negozju tal-impriżi kkonċernati huma:

    għal Sony: elettronika u prodotti elettroniċi ta' konsum, negozju fis-settur tad-divertiment u negozji oħra varji,

    għal Sony BMG: mużika rrekordjata.

    3.

    Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni avżata tista' taqa' taħt ir-Regolament (KE) Nru 139/2004. Madankollu, id-deċiżjoni aħħarija dwar dan il-punt hija riżervata.

    4.

    Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jissottomettu lill-Kummissjoni l-kummenti li jista' jkollhom dwar din l-operazzjoni proposta.

    Il-kummenti għandhom jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta' din il-pubblikazzjoni. Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-faks (nru tal-faks (32-2) 296 43 01 jew 296 72 44) jew bil-posta, taħt in-numru ta' referenza COMP/M.5272 — Sony/Sony BMG, fl-indirizz li ġej:

    Il-Kummissjoni Ewropea

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

    Reġistru tal-Amalgamazzjonijiet

    J-70

    B-1049 Bruxelles/Brussel


    (1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1.


    Top