This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document C2007/235/24
Case T-275/07: Action brought on 18 July 2007 — Ebro Puleva v OHIM — Berenguel (BRILLO'S)
Kawża T-275/07: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2007 — Ebro Puleva vs L-UASI — Berenguel (BRILLO'S)
Kawża T-275/07: Rikors ippreżentat fit- 18 ta' Lulju 2007 — Ebro Puleva vs L-UASI — Berenguel (BRILLO'S)
ĠU C 235, 6.10.2007, pp. 13–14
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
|
6.10.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
C 235/13 |
Rikors ippreżentat fit-18 ta' Lulju 2007 — Ebro Puleva vs L-UASI — Berenguel (BRILLO'S)
(Kawża T-275/07)
(2007/C 235/24)
Lingwa tar-rikors: L-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Ebro Puleva SA (Madrid) (rappreżentant: P. Casamitjana Lleonart, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni)
Parti oħra quddiem il-Bord ta' l-Appell: Luis Berenguel SL
Talbiet tar-rikorrenti
|
— |
tannulla d-deċiżjoni tat-Tieni Bord ta' Appell ta' l-UASI tal-21 ta' Mejju 2007, mogħtija fil-każ Nru R 493/2006-2 (relativ għall-proċedimenti ta' oppożizzjoni B 705 790). |
Motivi u argumenti prinċipali
Applikant għat-trade mark Komunitarja: LUIS BERENGUEL, SL
Trade mark Komunitarja kkonċernata: trade mark verbali “BRILLO'S”, għall-prodotti fil-klassijiet 29, 30 u 31 (applikazzjoni għar-reġistrazzjoni Nru 2.984.995).
Proprjetarju tat-trade mark jew tas-sinjal invokat in sostenn ta'l-oppożizzjoni: ir-rikorrenti.
Trade mark jew sinjal invokat in sostenn ta' l-oppożizzjoni: it-trade mark figurattiva Spanjola “brillante” (trade mark Nru 922.772) għal prodotti fil-klassi 30, u t-trade mark figurattiva Spanjola “brillante” (trade mark Nru 2.413.459) għal prodotti fil-klassi 29.
Deċiżjoni tad-Diviżjoni ta' l-Oppożizzjoni: ċaħda ta' l-oppożizzjoni.
Deċiżjoni tal-Bord ta' l-Appell: ċaħda tar-rikors.
Motivi invokati: ksur ta' l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (1), in kwantu ġie meqjus li s-sinjali kunfliġġenti huma fonetikament, kunċettwalment u viżwalment distinti.
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) ta' l-20 ta' Diċembru 1993, Nru 40/94, dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 1994, L 11, p. 1).