Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62008TJ0452

    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010.
    DHL Aviation u DHL Hub Leipzig GmbH vs Il-Kummissjoni Ewropea.
    Għajnuna mill-Istat – Trasport tal-merkanzija bl-ajru – Garanziji fir-rigward tal-operat tal-bażi Ewropea ġdida tal-kumpannija DHL fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha.
    Kawża T-452/08.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:T:2010:427





    Sentenza tal-Qorti Ġenerali (It-Tmien Awla) tas-7 ta’ Ottubru 2010 – DHL Aviation u DHL Hub Leipzig vs Il-Kummissjoni

    (Kawża T-452/08)

    “Għajnuna mill-Istat – Trasport tal-merkanzija bl-ajru – Garanziji fir-rigward tal-operat tal-bażi Ewropea ġdida tal-kumpannija DHL fl-ajruport ta’ Leipzig-Halle – Deċiżjoni li tiddikjara l-għajnuna inkompatibbli mas-suq komuni u li tordna l-irkupru tagħha”

    1.                     Rikors għal annullament - Persuni fiżiċi jew ġuridiċi - Atti li jikkonċernawhom direttament u individwalment - Deċiżjoni tal-Kummissjoni indirizzata lil Stat Membru u li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna statali mas-suq komuni - Rikors tal-benefiċjarju tal-għajnuna - Ammissibbiltà (ara l-punt 26)

    2.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tikkonstata l-inkompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni u li tordna l-ħlas lura tagħha - Obbligi tal-Istati Membri - Obbligu ta’ rkupru - Portata - Stabbiliment mill-ġdid tas-sitwazzjoni preċedenti (Artikolu 88(2) KE) (ara l-punt 32)

    3.                     Għajnuna mogħtija mill-Istati - Kunċett - Vantaġġ mogħti lill-benefiċjarji ta’ għajnuna statali - Garanziji tal-Istat - Nullità taħt il-liġi nazzjonali tal-klawżoli kuntrattwali li jagħtu l-garanzija tal-Istat - Nuqqas ta’ effett fuq il-klassifikazzjoni ta’ għajnuna (Artikolu 87(1) KE) (ara l-punti 38, 40)

    Suġġett

    Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/948/KE, tat-23 ta’ Lulju 2008, dwar miżuri mill-Ġermanja għall-benefiċċju tad-DHL u tal-ajruport Leipzig-Halle (ĠU L 346, p. 1).

    Dispożittiv

    1)         Ir-rikors huwa miċħud.

    2)         DHL Aviation SA/NV u DHL Hub Leipzig GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.

    Fuq