Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62013CJ0672
Judgment of the Court (Sixth Chamber) of 19 March 2015.#OTP Bank Nyrt. v Magyar Állam and Magyar Államkincstár.#Request for a preliminary ruling from the Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégium.#Reference for a preliminary ruling — State aid — Article 107(1) TFEU — Concept of ‘State aid’ — Housing aid granted prior to the accession of Hungary to the European Union to certain categories of household — Payment of the aid by credit institutions in exchange for a State guarantee — Article 108(3) TFEU — Measure not previously notified to the European Commission — Illegality.#Case C-672/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015.
OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégium.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi – Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat – Artikolu 108(3) TFUE – Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea – Illegalità.
Kawża C-672/13.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tad-19 ta’ Marzu 2015.
OTP Bank Nyrt. vs Magyar Állam u Magyar Államkincstár.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Törvényszék Gazdasági Kollégium.
Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Għajnuna mill-Istat – Artikolu 107(1) TFUE – Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ – Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi – Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat – Artikolu 108(3) TFUE – Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea – Illegalità.
Kawża C-672/13.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2015:185
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla)
19 ta’ Marzu 2015 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Għajnuna mill-Istat — Artikolu 107(1) TFUE — Kunċett ta’ ‘għajnuna mill-Istat’ — Għajnuna għall-akkomodazzjoni, mogħtija qabel l-adeżjoni tal-Ungerija fl-Unjoni Ewropea, għal ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi — Likwidazzjoni tal-għajnuna minn stabbilimenti ta’ kreditu bħala korrispettiv għal garanzija mill-Istat — Artikolu 108(3) TFUE — Miżura li ma ġietx innotifikata minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea — Illegalità”
Fil-Kawża C‑672/13,
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Fővárosi Törvényszék (L-Ungerija), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Lulju 2013, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-17 ta’ Diċembru 2013, fil-proċedura
OTP Bank nyrt
vs
Magyar Állam,
Magyar Államkincstár,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Is-Sitt Awla),
komposta minn A. Borg Barthet, li qed jaġixxi bħala President tas-Sitt Awla, E. Levits u F. Biltgen (Relatur), Imħallfin,
Avukat Ġenerali: N. Jääskinen,
Reġistratur: I. Illéssy, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tat-13 ta’ Novembru 2014,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
— |
għal OTP Bank Nyrt, minn P. Nagy, ügyvéd, |
|
— |
għall-Gvern Ungeriż, minn Z. Fehér u G. Koós, bħala aġenti, |
|
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Talabér-Ritz u L. Flynn, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikoli 107 TFUE u tal-Artikolu 108 TFUE. |
|
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn OTP Bank Nyrt (iktar ’il quddiem “OTP Bank”), stabbiliment ta’ kreditu Ungeriż, u Magyar Állam (iktar ’il quddiem “Stat Ungeriż”) u Magyar Államkincstár (iktar ’il quddiem “Teżor pubbliku Ungeriż”), dwar talba għal rimbors abbażi ta’ garanzija mogħtija mill-Istat Ungeriż lil OTP Bank. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
|
3 |
Skont l-Artikolu 2(2) tiegħu, it-Trattat bejn ir-Renju tal-Belġju, ir-Renju tad-Danimarka, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, ir-Repubblika Ellenika, ir-Renju ta’ Spanja, ir-Repubblika Franċiża, l-Irlanda, ir-Repubblika Taljana, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, ir-Repubblika tal-Awstrija, ir-Repubblika Portugiża, ir-Repubblika tal-Finlandja, ir-Renju tal-Isvezja, ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (Stati Membri tal-Unjoni Ewropea) u r-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja, ir-Repubblika Slovakka li jikkonċerna l-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, tar-Repubblika tal-Estonja, tar-Repubblika ta’ Ċipru, tar-Repubblika tal-Latvja, tar-Repubblika tal-Litwanja, tar-Repubblika tal-Ungerija, tar-Repubblika ta’ Malta, tar-Repubblika tal-Polonja, tar-Repubblika tas-Slovenja u tar-Repubblika Slovakka mal-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p. 17, iktar ’il quddiem it-“Trattat ta’ Adeżjoni”) daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004. |
|
4 |
Skont l-Artikolu 1(2) tat-Trattat ta’ adeżjoni, il-kundizzjonijiet tad-dħul u l-aġġustamenti tat-Trattati li fuqhom hija mibnija l-Unjoni Ewropea jinsabu fl-Att li jirrigwarda l-kondizzjonijiet tal-adeżjoni tar-Repubblika Ċeka, ir-Repubblika tal-Estonja, ir-Repubblika ta’ Ċipru, ir-Repubblika tal-Latvja, ir-Repubblika tal-Litwanja, ir-Repubblika tal-Ungerija, ir-Repubblika ta’ Malta, ir-Repubblika tal-Polonja, ir-Repubblika tas-Slovenja u r-Repubblika tas-Slovakkja u l-aġġustamenti għat-trattati li fuqhom hija stabbilita l-Unjoni Ewropea (ĠU 2003, L 236, p. 33, iktar ’il quddiem l-“Att ta’ Adeżjoni”). |
|
5 |
L-Artikolu 22 tal-Att ta’ Adeżjoni li, bl-istess mod bħad-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ dan tal-aħħar, jifforma parti integrali mit-Trattat ta’ adeżjoni, jistabbilixxi li l-miżuri elenkati fil-lista li tinsab fl-Anness IV tiegħu għandhom jiġu applikati skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-imsemmi anness. |
|
6 |
Fil-punt 3 tiegħu, intitolat “Politika tal-Kompetizzjoni”, l-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni jistabbilixxi li:
|
|
7 |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 659/1999, tat-22 ta’ Marzu 1999, li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni ta’ l-Artikolu [108 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 339), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006, tal-20 ta’ Novembru 2006 (ĠU L 363, p. 1, iktar ’il quddiem ir-“Regolament Nru 659/1999”), fl-Artikolu 1 tiegħu, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprovdi li: “Għall-għan ta’ dan ir-Regolament:
[...]” |
Id-dritt Ungeriż
|
8 |
Skont is-setgħat mogħtija mil-liġijiet li jistabbilixxu l-baġit tar-Repubblika tal-Ungerija għas-snin 2000 sa 2002, il-Gvern ta’ dan l-Istat Membru adotta d-digriet tal-Gvern Nru 12/2001, tal-31 ta’ Jannar 2001, dwar l-għajnuna maħsuba li tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni (Magyar Közlöny 2001/11, iktar ’il quddiem id-“Digriet tal-2001”). |
|
9 |
L-Artikolu 24(1) ta’ dan id-digriet, li jinsab taħt il-Kapitolu VII ta’ dan tal-aħħar, kien jipprevedi li huma l-istabbilimenti ta’ kreditu li għandhom jagħtu jew li jħallsu s-self imsemmija fil-Kapitoli II sa VI tal-imsemmi digriet, li jiddeterminaw il-modalitajiet tar-rimborsi kif ukoll tal-għajnuna, u li jillikwidaw l-ammonti li għandhom jitressqu fil-baġit ġenerali, u dan indipendentement mill-persuna li tibni, li tordna li jinbena jew li tbigħ il-beni. |
|
10 |
Skont l-Artikolu 24(15) tal-istess digriet: “L-istabbiliment ta’ kreditu għandu jikkonkludi kuntratt mal-ministru u t-teżor pubbliku dwar il-ħlas ta’ għajnuna u ta’ antiċipi fis-sens tal-paragrafu 11 u s-sistema ta’ likwidazzjoni, kif ukoll il-provvista tad-data neċessarja għall-finijiet tal-kontroll finanzjarju. L-istabbiliment ta’ kreditu huwa awtorizzat li jipproċedi bil-likwidazzjoni tal-għajnuna u tal-antiċipi wara l-konklużjoni ta’ dan il-kuntratt.” |
|
11 |
Skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-digriet tal-2001: “1) Jekk l-applikant, sabiex jakkwista akkomodazzjoni, irrikorra wkoll għall-allowance għall-kostruzzjoni msemmija fl-Artikolu 5(4), l-Istat għandu jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu 80 % tas-somma tas-self , kif iffissat skont l-Artikolu 13(1), imħallas mill-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista jiġi rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà, tal-interessi u tal-ispejjeż fuq dan is-self, li ma jistgħux ikunu iktar minn nofs il-kapital tiegħu. 2) L-Istat għandu jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu s-somma tal-kapital, tal-interessi u spejjeż tal-self imħallas taħt forma ta’ antiċipi mill-istabbiliment ta’ kreditu skont l-Artikolu 5/A u li ma għadux jista’ jiġu rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà.” |
|
12 |
L-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, inkluż bl-Artikolu 10 tad-Digriet tal-Gvern Nru 257/2011 tas-6 ta’ Diċembru 2011 (iktar ’il quddiem id-“Digriet tal-2011”), jipprovdi li: “L-obbligi ta’ rimbors tal-Istat previsti fl-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet [tal-2001] ma humiex eżiġibbli meta dawn ikunu jikkonċernaw kuntratti ta’ self konklużi fl-1 ta’ Mejju 2004 jew suċċessivament.” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
|
13 |
Fil-15 ta’ Settembru 2008, il-ministeru tal-komunitajiet lokali, it-teżor pubbliku u OTP Bank ikkonkludew kuntratt ta’ kummissjoni abbażi tal-Artikolu 24(15) tad-Digriet tal-2001. |
|
14 |
Skont il-punt 1 tal-Kapitolu I ta’ dan il-kuntratt, il-ministeru tal-komunitajiet lokali obbliga lil OTP Bank, għall-finijiet tal-implimentazzjoni ta’ dan l-istess digriet, li jwettaq it-tranżazzjonijiet ta’ likwidazzjoni tal-għajnuna mill-Istat għall-akkomodazzjoni. F’dan il-kuntest, OTP Bank obbliga ruħu li jwettaq il-kompiti li ġejjin: jevalwa t-talbiet tal-applikanti għall-għajnuna għall-akkomodazzjoni u għas-self issussidjat għal proprjetà, iħallas l-għajnuna skont il-kundizzjonijiet previsti mid-Digriet tal-2001, jiżgura r-reġistrazzjoni fir-reġistru tal-artijiet tal-ipoteki favur l-Istat kif ukoll il-projbizzjonijiet ta’ ċessjoni u ta’ piżijiet, iwettaq kontabbiltà fil-baġit tal-ammonti mogħtija abbażi tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni u jikkomunika d-data skont id-dispożizzjonijiet ta’ dan id-digriet. |
|
15 |
Bħala korrispettiv għal dawn il-kompiti, OTP Bank irċieva r-rimbors tal-ispejjeż previsti fil-punt 5 tal-Kapitolu II tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2008, jiġifieri 1.5 % tal-ammonti mogħtija abbażi tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni u 3 % tal-ammonti ffissati f’kuntratti ta’ self imħallas taħt forma ta’ antiċipi, tal-għajnuna għall-akkomodazzjoni għaż-żgħażagħ u tal-għajnuna mogħtija abbażi tas-sistema l-antika ta’ rimbors tat-taxxa. |
|
16 |
Skont l-Artikolu 25(1) tad-Digriet tal-2001, fis-seħħ mill-mument tal-konklużjoni tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2008, jiġifieri qabel ma ġie emendat bid-Digriet tal-2011, l-Istat Ungeriż kien, taħt ċerti kundizzjonijiet, ukoll obbligat li jirrimborsa lill-istabbiliment ta’ kreditu 80 % tas-somma ta’ self, imħallas minn dan l-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat skont id-dispożizzjonijiet tal-Liġi tal-kontabbiltà, u tal-interessi u spejjeż fuq dan it-telf. |
|
17 |
L-Artikolu 25(2) tad-Digriet tal-2001 kien jipprovdi li l-Istat għandu wkoll jiggaranitxxi r-rimbors tal-istabbiliment ta’ kreditu tas-somma tal-kapital, tal-interessi u spejjeż tas-self imħallas taħt forma ta’ antiċipi mill-istabbiliment ta’ kreditu u li ma għadux jista’ jiġi rkuprat. |
|
18 |
OTP Bank stieden, diversi drabi, mingħajr ebda suċċess, l-Istat Ungeriż sabiex jeżegwixxi dan il-kuntratt ta’ kummissjoni sa fejn dan jirrigwarda t-tielet trimestru tas-sena 2009 u t-trimestri tas-snin sussegwenti. L-Istat Ungeriż ikkontesta dan l-obbligu, billi invoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, inklużi bid-Digriet tal-2011. Wara din l-emenda leġiżlattiva, l-Istat Ungeriż ikkunsidra lilu nnifsu li huwa meħlus mill-obbligi msemmija fl-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-2001 fir-rigward tal-kuntratti ta’ self konklużi mill-1 ta’ Mejju 2004. |
|
19 |
F’dan il-kuntest, OTP Bank ippreżenta rikors quddiem il-Fővárosi Törvényszék (Qorti ta’ Budapest), bil-għan li l-Istat Ungeriż jiġi kkundannat għall-ħlas ta’ somma ta’ HUF 1 261 506 204 forints Ungeriżi, miżjuda bl-interessi u spejjeż, u li d-deċiżjoni li tingħata għanda tkun tista’ tiġi invokata fir-rigward tat-Teżor pubbliku. Skont OTP Bank, barra minn hekk, l-Istat Ungeriż, wara l-adozzjoni tal-Artikolu 25/C tad-Digriet tal-2001, irrenda impossibbli l-eżekuzzjoni tal-kuntratt ta’ kummissjoni tal-15 ta’ Settembru 2008 u, minħabba dan, kiser dan il-kuntratt b’mod unilaterali. Għal din ir-raġuni, OTP Bank talab ukoll rendikont tal-kont marbut mas-servizzi pprovduti sabiex jiġi eżegwit dan il-kuntratt, skont l-Artikolu 479(3) tal-Kodiċi Ċivili. |
|
20 |
L-Istat Ungeriż u t-Teżor pubbliku, li talbu ċ-ċaħda tar-rikors ta’ OTP Bank, sostnew li l-emenda tad-Digriet tal-2001 bid-Digriet tal-2011 kienet neċessarja peress li l-garanzija pprovduta mill-Istat Ungeriż skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-2001 (iktar ’il quddiem il-“garanzija mill-Istat”) tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat ipprojbita mid-dritt tal-Unjoni. Għalhekk, billi adotta id-Digriet tal-2011, l-Istat Ungeriż kellu l-għan biss li jirrendi d-dritt Ungeriż konformi mad-dritt tal-Unjoni. |
|
21 |
Ir-rikors ta’ OTP Bank ġie miċħud mill-Fővárosi Törvényszék. Il-Fővárosi Ítélőtábla (qorti tal-appell ta’ Budapest) annullat din is-sentenza, filwaqt li kkunsidrat li seta’ jkun utli li tiġi mistħarrġa l-kompatibbiltà ta’ din l-allegata għajnuna mill-Istat mas-suq intern, fis-sens tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE, u rrinvijat il-kawża quddiem il-Fővarosi Törvényszék. |
|
22 |
Quddiem il-Fővárosi Törvényszék, li qiegħda tiddeċiedi mill-ġdid fuq il-kawża, OTP Bank isostni li, għalkemm din il-qorti għandha tikkunsidra li l-garanzija mill-Istat taqa’ taħt l-Artikolu 107(1) TFUE, hija għandha tistaqsi lil Qorti tal-Ġustizzja fuq il-punt dwar jekk din il-garanzija hijiex, skont id-dritt tal-Unjoni, kompatibbli mas-suq intern, b’mod partikolari fid-dawl tal-eċċezzjoni marbuta mal-għajnuna ta’ natura soċjali msemmija fl-Artikolu 107(2)(a) TFUE u taċ-ċirkustanza li l-benefiċjarji tal-forma ta’ għajnuna inkwistjoni huma individwi u mhux l-istituzzjonijiet ta’ kreditu. |
|
23 |
Skont il-Fővárosi Törvényszék, is-soluzzjoni tal-vertenza ppreżentata quddiemha tirrikjedi interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, jekk l-imsemmija garanzija ma hijiex għajnuna mill-Istat ipprojbita jew, inkella, jekk din tikkostitwixxi, fis-sens tal-Artikolu 107(2) u (3) TFUE, għajnuna kompatibbli mas-suq intern, jista’ jirriżulta, jekk xieraq, li l-Istat Ungeriż kiser il-kuntratt ta’ kummissjoni mingħajr ebda bażi valida skont il-liġi. |
|
24 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Fővárosi Törvényszék iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq l-ammissibbiltà
|
25 |
Il-Gvern Ungeriż u l-Kummissjoni Ewropea jesprimu dubji dwar l-ammissibbiltà tat-talba għal deċiżjoni preliminari jew, tal-inqas, tad-domandi magħmula, waħda jew l-oħra. |
|
26 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, fil-kuntest tal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 267 TFUE, hija biss il-qorti nazzjonali, li hija adita bil-kawża u li għandha tassumi r-responsabbiltà tad-deċiżjoni ġudizzjarja li għandha tittieħed, li għandha tevalwa, fid-dawl taċ-ċirkustanzi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità ta’ deċiżjoni preliminari sabiex tkun f’pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja. Konsegwentement, peress li d-domandi magħmula jirrigwardaw l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja hija, bħala prinċipju, obbligata li tagħti d-deċiżjoni (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Bruno et, C‑395/08 u C‑396/08, EU:C:2010:329, punt 18 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
27 |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, id-domandi dwar l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula mill-qorti nazzjonali fil-kuntest legali u fattwali li tiddefinixxi taħt ir-responsabbiltà tagħha, u li fir-rigward tagħhom ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tivverifika l-eżattezza, dawn jibbenefikaw minn preżunzjoni ta’ rilevanza. Ir-rifjut tal-Qorti tal-Ġustizzja li tiddeċiedi fuq talba għal deċiżjoni preliminari mressqa minn qorti nazzjonali huwa possibbli biss meta jidher b’mod ċar li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni Ewropea mitluba bl-ebda mod ma hija relatata mar-realtà jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex il-punti ta’ fatt u ta’ liġi meħtieġa sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenzi van der Weerd et, C‑222/05 sa C‑225/05, EU:C:2007:318, punt 22, kif ukoll Melki u Abdeli, C‑188/10 u C‑189/10, EU:C:2010:363, punt 27). |
|
28 |
Għalhekk, huwa biss f’ċirkustanzi eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tkun meħtieġa teżamina l-kundizzjonijiet li fihom it-talba għal deċiżjoni preliminari tkun tressqet mill-qorti nazzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza PreussenElektra, C‑379/98, EU:C:2001:160, punt 39). Fil-fatt, l-ispirtu ta’ kollaborazzjoni li jirregola l-funzjonament tar-rinviju għal deċiżjoni preliminari jimplika li, min-naħa tagħha, il-qorti nazzjonali tikkunsidra l-funzjoni fdata lill-Qorti tal-Ġustizzja, jiġifieri li tikkontribwixxi għall-amministrazzjoni tal-ġustizzja fl-Istati Membri u mhux li tifformula opinjonijiet konsultattivi dwar kwistjonijiet ġenerali jew ipotetiċi (sentenza Schmidberger, C‑112/00, EU:C:2003:333, punt 32 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
29 |
Sussegwentement, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għalkemm fil-kuntest ta’ proċedura mressqa skont l-Artikolu 267 TFUE ma huwiex il-kompitu ta’ din tal-aħħar li tiddeċiedi dwar il-kompatibbiltà ta’ regoli tad-dritt nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta liġijiet jew regolamenti nazzjonali, hija għandha madankollu l-ġurisdizzjoni li tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni u li jistgħu jippermettu lil din tiddeċiedi l-kawża li jkollha quddiemha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Paint Graphos et, C‑78/08 sa C‑80/08, EU:C:2011:550, punt 34 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
30 |
B’mod iktar preċiż, diġà ġie deċiż li l-kompetenza tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni ma tipprekludix lil qorti nazzjonali milli tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja, permezz ta’ domanda preliminari, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ għajnuna (sentenza DM Transport, C‑256/97, EU:C:1999:332, punt 15). B’hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ b’mod partikolari tipprovdi lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni kollha li jikkonċernaw id-dritt tal-Unjoni u li jippermettulha tiddetermina jekk miżura nazzjonali tistax tiġi kklassifikata li hija “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-imsemmi dritt (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Fallimento Traghetti del Mediterraneo, C‑140/09, EU:C:2010:335, punt 24 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
31 |
Fil-fatt, il-qrati nazzjonali jistgħu jiġu aditi b’kawżi li jobbligawhom jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna, imsemmi fl-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari, bl-għan li jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat kellhiex jew le tiġi suġġetta għal proċedura ta’ stħarriġ minn qabel stabbilit fl-Artikolu 108(3) TFUE, u, fejn xieraq, li tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat ikkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza P, C‑6/12, EU:C:2013:525, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
32 |
Fl-aħħar, u sa fejn, kif jirriżulta mill-punt 29 ta’ din s-sentenza, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tagħti risposta utli lill-qorti tar-rinviju, din għandha, fejn ikun meħtieġ, tifformula mill-ġdid id-domandi li jkunu ġew magħmula lilha (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Byankov, C‑249/11, EU:C:2012:608, punt 57 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
33 |
Fid-dawl ta’ dak li ntqal preċedentement, u għall-finijiet li tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ li jiġu fformulati mill-ġdid, iż-żewġ domandi li hemm lok li jiġu eżaminati konġuntement, fis-sens li l-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk il-garanzija mill-Istat mogħtija mil-Istat Ungeriż fil-kuntest tad-Digriet tal-2001 tistax tiġi kklassifikata bħala “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE u, f’każ ta’ risposta affermattiva, jekk din kinitx suġġetta għall-obbligu ta’ notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE u, fejn applikabbli, liema jkunu l-konsegwenzi naxxenti mill-inosservanza ta’ dan l-obbligu. |
Fuq id-domandi preliminari
Osservazzjonijiet preliminari
|
34 |
Fir-rigward tal-istħarriġ tal-osservanza mill-Istati Membri tal-obbligi tagħhom skont l-Artikoli 107 TFUE u 108 TFUE, hemm lok li jitfakkar, preliminarjament, il-mod kif id-dispożizzjonijiet ta’ dan l-aħħar imsemmi artikolu jirrelataw bejniethom kif ukoll is-setgħat u r-responsabbiltajiet li dawn id-dispożizzjonijiet jagħtu minn naħa lill-Kummissjoni, u min-naħa l-oħra lill-Istati Membri. |
|
35 |
L-Artikolu 108 TFUE jistabbilixxi proċeduri distinti skont jekk l-għajnuna tkunx eżistenti jew ġdida. Filwaqt li l-għajnuna ġdida għandha, skont l-Artikolu 108(3) TFUE, tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni, u ma tistax tiġi eżegwita qabel ma l-proċedura tkun waslet għal deċiżjoni finali, l-għajnuna eżistenti tista’, skont l-Artikolu 108(1) TFUE, tiġi eżegwita b’mod regolari kemm-il darba l-Kummissjoni ma tkunx ikkonstatat l-inkompatibbiltà tagħha (sentenza P, EU:C:2013:525, punt 36 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
36 |
Fil-kuntest ta’ din is-sistema ta’ stħarriġ, il-Kummissjoni u l-qrati nazzjonali jeżerċitaw responsabbiltajiet u setgħat differenti (sentenza Namur-Les assurances du crédit, C‑44/93, EU:C:1994:311, punt 14). |
|
37 |
Skont il-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 31 ta’ din is-sentenza, dawn il-qrati jistgħu jiġu aditi b’kawżi li jobbligawhom li jinterpretaw u japplikaw il-kunċett ta’ għajnuna, imsemmija fl-Artikolu 107(1) TFUE, b’mod partikolari bil-għan li jiġi ddeterminat jekk miżura tal-Istat kellhiex jew le tiġi suġġetta għall-proċedura ta’ stħarriġ stabbilita fl-Artikolu 108(3) TFUE. Jekk l-imsemmija qrati jaslu għall-konstatazzjoni li l-miżura kkonċernata kellha effettivament tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni, huma għandhom jiddikjarawha illegali. Għall-kuntrarju, dawn l-istess qrati ma għandhomx ġurisdizzjoni sabiex jiddeċiedu dwar il-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, peress li dan l-istħarriġ jaqa’ taħt il-kompetenza esklużiva tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza P, EU:C:2013:525, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
Fuq il-mertu
|
38 |
Fid-dawl ta’ dawn l-elementi, u sabiex tingħata risposta utli lill-qorti tar-rinviju, jeħtieġ, fl-ewwel lok, li jiġi ddeterminat jekk il-miżura inkwistjoni fil-kawża prinċipali tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat fis-sens tal-Artikolu 107 TFUE. F’dan ir-rigward, għandhom jingħataw lill-qorti tar-rinviju l-elementi ta’ interpretazzjoni neċessarji tal-kundizzjonijiet li għalihom l-Artikolu 107(1) TFUE jissuġġetta l-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, jiġifieri l-finanzjament ta’ din il-miżura mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, is-selettività ta’ tali miżura, kif ukoll l-effett ta’ dawn tal-aħħar fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u d-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tirriżulta minn din il-miżura. Għalhekk, hemm lok li dawn it-tliet kundizzjonijiet jiġu eżaminati suċċessivament. |
Fuq il-kundizzjoni dwar finanzjament tal-miżura mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat
|
39 |
L-Artikolu 107(1) TFUE jikkonċerna “kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi ta’ l-Istat”. |
|
40 |
Skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-kunċett ta’ għajnuna huwa iktar ġenerali minn dak ta’ sussidju, peress li dan jinkludi mhux biss benefiċċji pożittivi, bħas-sussidji nfushom, iżda wkoll, interventi li, taħt forom diversi, itaffu l-ispejjeż li normalment huma inklużi fil-baġit ta’ impriża u li, bl-istess mod, mingħajr ma huma sussidji fil-veru sens tal-kelma, huma tal-istess natura u għandhom effetti identiċi (ara, b’mod partikolari s-sentenza Cassa di Risparmio di Firenze et, C‑222/04, EU:C:2006:8, punt 131 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
41 |
Fir-rigward tal-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li, minn naħa, il-garanzija mill-Istat kienet prevista fil-kuntratt ta’ kummissjoni konkluż fil-15 ta’ Settembru 2008 bejn il-ministeru tal-komunitajiet lokali, it-teżor pubbliku u OTP Bank, abbażi tal-Artikolu 24(15) tad-Digriet tal-2001. |
|
42 |
Min-naħa l-oħra, waqt sejħiet trimestrali għall-garanzija mill-Istat, l-istabbilimenti ta’ kreditu bagħtu t-talbiet tagħhom lill-ministeru tal-komunitajiet lokali jew lill-ministeru tal-ekonomija, li tawhom l-għajnuna u l-antiċipi mitluba billi imputawhom fuq il-krediti tal-baġit ġenerali allokati għall-“Għajnuna oħra għall-akkomodazzjoni”, fil-kontabbiltà amministrata mit-teżor pubbliku. |
|
43 |
Minn dan jirriżulta li l-garanzija mill-Istat tikkostitwixxi għajnuna mogħtija mill-Istat jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
Fuq il-kundizzjoni dwar in-natura selettiva tal-miżura
|
44 |
L-Artikolu 107(1) jipprojbixxi l-għajnuna li “tiffavorixxi ċerti impriżi jew il-produzzjoni ta’ ċerti oġġetti”, jiġifieri l-għajnuna selettiva. |
|
45 |
Għaldaqstant jeħtieġ li jiġi ddeterminat jekk il-garanzija mill-Istat hijiex ta’ natura li tiffavorixxi ċerti impriżi jew produzzjonijiet meta mqabbla ma’ impriżi oħra li jinsabu, fir-rigward tal-għan tal-miżura inkwistjoni, f’sitwazzjoni fattwali u legali paragunabbli. |
|
46 |
Preliminarjament, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-Digriet tal-2001, li abbażi tiegħu ngħatat din il-garanzija, jirregola l-għajnuna maħsuba sabiex tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ unitajiet domestiċi. Għalhekk, l-Artikolu 24(1) ta’ dan id-digriet jipprevedi li huma l-istabbiliment ta’ kreditu li għandhom jagħtu jew li jħallsu s-self u li jiddeterminaw il-modalitajiet tar-rimborsi u tal-għajnuna. Bħala korrispettiv, l-Artikolu 25(1) u (2) tal-imsemmi digriet jagħti l-imsemmija garanzija lill-istabbilimenti ta’ kreditu kkonċernati. |
|
47 |
Skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta għajnuna tingħata taħt forma ta’ garanzija, huwa essenzjali li l-qrati nazzjonali jidentifikaw il-benefiċjarji ta’ din l-għajnuna li jistgħu jkunu jew min jissellef, jew min isellef jew, f’ċerti każijiet, it-tnejn li huma flimkien (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Residex Capital IV, C‑275/10, EU:C:2011:814, punt 37). |
|
48 |
F’dan il-każ, kif jirriżulta mill-punt 46 ta’ din is-sentenza, id-digriet tal-2001 jipprevedi li huma l-istabbilimenti ta’ kreditu li għandhom jimplimentaw l-imsemmi digriet u b’hekk li jibbenefikaw mill-garanzija mill-Istat. Għaldaqstant, il-miżura inkwistjoni tidher li hija ta’ profitt esklużivament għas-settur tal-istabbilimenti ta’ kreditu. |
|
49 |
Issa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, għajnuna tista’ tkun selettiva fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE anki jekk din tkun tikkonċerna settur ekonomiku sħiħ (ara b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Belġju vs Il-Kummissjoni, C‑75/97, EU:C:1999:311, punt 33, kif ukoll Paint Graphos et, EU:C:2011:550, punt 53). |
|
50 |
Għaldaqstant, il-garanzija mill-Istat tista’ tiġi kkunsidrata bħala li hija ta’ natura selettiva. Iċ-ċirkustanza li, fejn applikabbli, din tal-aħħar tkun ta’ profitt ukoll għal benefiċjarji li ma humiex stabbilimenti ta’ kreditu, bħal, f’dan il-każ, ċerti unitajiet domestiċi li d-dħul tagħhom ma jippermettilhomx, waħidhom, li jipprevedu l-akkwist ta’ proprjetà, ma tpoġġix f’dubju lil din il-konstatazzjoni, li hija suffiċjenti għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
51 |
Jeħtieġ madankollu li jiġi osservat li waqt id-dibattiti li saru waqt is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, issemmiet emenda tad-Digriet tal-2001, li saret matul is-sena 2008, li estendiet il-possibbiltà li dan id-digriet jiġi implementat favur operaturi ekonomiċi oħra. |
|
52 |
Peress li hija kwistjoni ta’ fatt, hija ċertament il-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika l-veraċità ta’ dawn l-elementi u li tevalwa jekk dawn humiex ta’ natura li jpoġġu f’dubju n-natura selettiva tal-garanzija mill-Istat. |
Fuq il-kundizzjonijiet marbuta mal-effett tal-miżura fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u mad-distorsjoni tal-kompetizzjoni li tista’ tirriżulta minnha
|
53 |
L-Artikolu 107(1) TFUE jipprojbixxi għajnuna li taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u li toħloq distorsjoni jew thedded li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
54 |
Għall-finijiet tal-klassifikazzjoni ta’ miżura nazzjonali bħala għajnuna mill-Istat, għandu jkun hemm lok mhux li jiġi stabbilit effett reali tal-għajnuna inkwistjoni fuq il-kummerċ bejn l-Istati Membri u distorsjoni effettiva tal-kompetizzjoni, iżda li jiġi eżaminat biss jekk l-għajnuna tistax taffettwa dan il-kummerċ u li toħloq distorsjoni tal-kompetizzjoni (sentenzi L-Italja vs Il-Kummissjoni, C‑372/97, EU:C:2004:234, punt 44, u Unicredito Italiano, C‑148/04, EU:C:2005:774, punt 54). |
|
55 |
B’mod partikolari, meta għajnuna mogħtija minn Stat Membru ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ impriża meta pparagunata ma’ impriżi kompetituri oħra fil-kummerċ intra-Komunitarju, dawn tal-aħħar għandhom jiġu kkunsidrati bħala li huma influwenzati mill-għajnuna (ara s-sentenza Unicredito Italiano, EU:C:2005:774, punt 56 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
56 |
F’dan ir-rigward, ma huwiex neċessarju li l-impriża benefiċjarja stess tkun qed tipparteċipa fil-kummerċ intra-Komunitarju. Fil-fatt, meta Stat Membru jagħti għajnuna lil impriża, l-attività interna tista’ tinżamm jew tiżdied, bir-riżultat li l-impriżi stabbiliti fi Stati Membri oħra jkollhom inqas possibbiltà li jippenetraw is-suq ta’ dan l-Istat Membru. Barra minn hekk, tisħiħ tal-pożizzjoni dominanti ta’ impriża li, sa dak iż-żmien, ma kinitx tipparteċipa fil-kummerċ intra-Komunitarju jista’ jqegħidha f’sitwazzjoni li tippermettilha li tippenetra s-suq ta’ Stat Membru ieħor (sentenza Unicredito Italiano, EU:C:2005:774, punt 58). |
|
57 |
Fir-rigward tal-kawża prinċipali, jeħtieġ li jiġi rrilevat li l-garanzija mill-Istat tippermetti lill-istabbilimenti ta’ kreditu li jikkonkludu self mingħajr ma jkollhom jassumu r-riskju ekonomiku relatat. Għalhekk, l-istabbilimenti ta’ kreditu li jkunu kkonkludew kuntratt ta’ kummissjoni bħal dak inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma jkollhomx neċessarjament jeżaminaw is-solvenza tal-persuni li jissellfu u lanqas li jipprevedu primjum ta’ garanzija. Barra minn hekk, il-persuni li jissellfu, ħafna drabi jitolbu servizzi addizzjonali mingħand dawn l-istabbilimenti, bħall-ftuħ ta’ kont kurrenti. Għaldaqstant, il-garanzija mill-Istat tikkonferixxi lill-imsemmija stabbilimenti vantaġġ peress li din għandha l-effett li tkabbar il-klijentela tagħhom u żżid id-dħul tagħhom. |
|
58 |
Minn dan isegwi li l-garanzija mill-Istat għandha l-effett li ssaħħaħ il-pożizzjoni tal-istabbilimenti ta’ kreditu meta mqabbla ma’ dawk ta’ operaturi oħra tas-suq u li tirrendi iktar diffiċli d-dħul fis-suq Ungeriż mill-operaturi stabbiliti fl-Istati Membri l-oħra. Għaldaqstant, din il-garanzija tista’ taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri u twassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. |
|
59 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li jiġi kkonstatat li l-garanzija mill-Istat mogħtija b’mod esklużiv lill-istabbilimenti ta’ kreditu tikkostitwixxi, a priori, “għajnuna mill-Istat”, fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk, wara l-emenda tad-Digriet tal-2001, li allegatament saret matul is-sena 2008, din il-garanzija tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija. |
|
60 |
Fit-tieni lok, u jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, jeħtieġ, sabiex din tkun tista’ tevalwa l-legalità tagħha, tiddetermina jekk din tal-aħħar ġietx suġġetta għall-proċedura ta’ notifika prevista fl-Artikolu 108(3) TFUE. Sabiex isir dan, hemm lok li jiġi stabbilit jekk l-imsemmija garanzija tikkostitwixxix għajnuna eżistenti jew għajnuna ġdida. |
|
61 |
Mill-Artikolu 1(b)(i) tar-Regolament (KE) Nru 659/1999 jirriżulta li tikkostitwixxi għajnuna eżistenti, mingħajr preġudizzju għall-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni, kull għajnuna eżistenti qabel id-dħul fis-seħħ tat-Trattat FUE fl-Istat Membru kkonċernat, jiġifieri l-iskemi ta’ għajnuna u ta’ għajnuna individwali li ġew eżegwiti qabel, u applikabbli wara l-imsemmi dħul fis-seħħ. |
|
62 |
Il-punt 3 tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni jipprovdi li l-miżuri kollha li jkunu għadhom applikabbli wara d-data tal-adeżjoni li jikkostitwixxu għajnuna pubblika u li ma jissodisfaw l-ebda waħda mill-kundizzjonijiet elenkati fil-punt 3(1) tal-imsemmi anness huma kkunsidrati bħala għajnuna ġdida fid-data tal-adeżjoni. |
|
63 |
F’dan il-każ, jeħtieġ li jiġi rrilevat li d-Digriet tal-2001, li abbażi tiegħu ngħatat il-garanzija mill-Istat, daħal fis-seħħ wara l-10 ta’ Diċembru 1994, li ma ssemmiex fil-lista ta’ għajnuna elenkata fl-appendiċi tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni u li ma ġiex innotifikat lill-Kummissjoni fil-kuntest tal-proċedura msejħa “ta’ tranżizzjoni” imsemmija fil-punt 3(1)(ċ) tal-Anness IV ta’ dan l-att. |
|
64 |
Konsegwentement, il-garanzija mill-Istat ma tissodisfax it-tliet kundizzjonijiet elenkati fil-punt 3(1) tal-Anness IV tal-Att ta’ Adeżjoni u għandha, għaldaqstant, fejn xieraq, tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida. |
|
65 |
Skont l-Artikolu 108(3) TFUE, l-għajnuna ġdida għandha tiġi nnotifikata minn qabel lill-Kummissjoni u ma tistax tidħol fis-seħħ qabel mal-proċedura tkun wasslet għal deċiżjoni finali. |
|
66 |
Skont il-ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, miżura ta’ għajnuna eżegwita bi ksur tal-obbligi li jirriżultaw mill-Artikolu 108(3) TFUE hija illegali (sentenza Distribution Casino France et, C‑266/04 sa C‑270/04, C‑276/04 u C‑321/04 sa C‑325/04, EU:C:2005:657, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
67 |
Issa, fir-rigward tal-kawża prinċipali, jidher li l-Ungerija ma nnotifikatx il-garanzija mill-Istat lill-Kummissjoni. |
|
68 |
Minn dak li ntqal preċedentement jirriżulta li, anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali. |
|
69 |
Fir-rigward, fit-tielet lok, tal-konsegwenzi li jirriżultaw minn tali illegalità, u b’mod iktar partikolari fir-rigward tal-benefiċjarji tal-għajnuna illegali, jeħtieġ qabel xejn, li jitfakkar li l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet b’mod ripetut li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jisiltu l-konsegwenzi tal-ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħhom, kemm fir-rigward tal-validità tal-atti li jinvolvu l-eżekuzzjoni tal-miżuri tal-għajnuna kif ukoll tal-irkupru tal-appoġġ finanzjarju mogħti bi ksur ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi van Calster et, C‑261/01 u C‑262/01, EU:C:2003:571, punt 64; Xunta de Galicia, C‑71/04, EU:C:2005:493, punt 49, kif ukoll CELF u ministre de la Culture et de la Communication, C‑199/06, EU:C:2008:79, punt 41). |
|
70 |
Il-konsegwenza loġika tal-konstatazzjoni tal-illegalità ta’ għajnuna hija t-tneħħija tagħha permezz tal-irkupru sabiex terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni preċedenti (ara, b’mod partikolari, is-sentenzi L-Italja u SIM 2 Multimedia vs Il-Kummissjoni, C‑328/99 u C-399/00, EU:C:2003:252, punt 66, kif ukoll Mediaset vs Il-Kummissjoni, C‑403/10 P, EU:C:2011:533, punt 122). |
|
71 |
B’hekk, l-għan prinċipali tal-irkupru ta’ għajnuna mill-Istat imħallsa illegalment huwa li tiġi eliminata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni kkawżata mill-vantaġġ kompetittiv mogħti mit-tali għajnuna (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Il-Ġermanja vs Il-Kummissjoni, C‑277/00, EU:C:2004:238, punt 76, u Il-Kummissjoni vs MTU Friedrichshafen, C‑520/07 P, EU:C:2009:557, punt 57). Fil-fatt, bir-rimbors tal-għajnuna, il-benefiċjarju jitlef il-vantaġġ li huwa kellu fis-suq meta mqabbel mal-kompetituri tiegħu, u b’dan il-mod terġa’ tiġi stabbilita s-sitwazzjoni eżistenti qabel l-għoti tal-għajnuna (sentenza Il-Kummissjoni vs L-Italja, C‑350/93, EU:C:1995:96, punt 22). |
|
72 |
Huwa biss jekk ikun hemm ċirkustanzi eċċezzjonali, li jista’, fejn applikabbli, ma jkunx xieraq li jiġi ordnat ir-rimbors tal-għajnuna (ara s-sentenza Residex Capital IV, EU:C:2011:814, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
73 |
Fil-kawża prinċipali, mill-proċess ippreżentat quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja ma jirriżultax li ġiet invokata l-eżistenza ta’ tali ċirkustanzi eċċezzjonali quddiem il-qorti tar-rinviju. Konsegwentement, il-qorti nazzjonali hija obbligata, fil-prinċipju, li tordna r-rimbors tal-għajnuna inkwistjoni f’din il-kawża, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha. |
|
74 |
Sussegwentement, jeħtieġ li jitfakkar li hija biss il-Kummissjoni li hija kompetenti sabiex tevalwa l-kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq intern, billi twettaq dan l-eżami anki fil-każ fejn l-Istat Membru jikser il-projbizzjoni, imsemmija fl-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE, tal-eżekuzzjoni tal-miżuri ta’ għajnuna. Fil-fatt, il-qrati nazzjonali, f’tali sitwazzjoni, sempliċement tissalvagwardja, sad-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni, id-drittijiet tal-partijiet fil-kawża mill-ksur possibbli, mill-awtoritajiet tal-Istat, ta’ din il-projbizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza CELF u ministre de la Culture et de la Communication, EU:C:2008:79, punt 38 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
75 |
Għaldaqstant, hija l-Kummissjoni li għandha teżamina l-kompatibbiltà tal-garanzija mill-Istat mas-suq intern sabiex, b’mod partikolari, tevalwa jekk l-imsemmija għajnuna tistax tibbenefika mill-eżenzjoni marbuta mal-għajnuna ta’ natura soċjali prevista fl-Artikolu 107(2)(a) TFUE. |
|
76 |
Madankollu, anki jekk jiġi preżunt li l-Kummissjoni tiddikjara, f’deċiżjoni finali li għandha tingħata, li l-garanzija mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern, il-qorti nazzjonali tibqa’ obbligata li tordna r-rimbors ta’ din l-għajnuna mill-Istat, b’mod konformi mad-dritt nazzjonali tagħha. Fil-fatt, sabiex ma jiġix ippreġudikat l-effett dirett tal-aħħar sentenza tal-Artikolu 108(3) TFUE u ma jinkisrux l-interessi tal-partijiet fil-kawża li l-qrati nazzjonali għandhom l-għan li jippreżervaw, l-imsemmija deċiżjoni finali tal-Kummissjoni ma għandhiex il-konsegwenza li tirregolarizza, a posteriori, l-atti ta’ eżekuzzjoni li kienu invalidi minħabba li ġew adottati bi ksur tal-projbizzjoni msemmija f’dan l-artikolu. Kull interpretazzjoni oħra twassal sabiex tiffavorixxi n-nuqqas ta’ osservanza, mill-Istat Membru kkonċernat, tal-aħħar sentenza tal-paragrafu 3 tal-imsemmi artikolu u sabiex iċaħħadha mill-effett utli tagħha (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi Fédération nationale du commerce extérieur des produits alimentaires u Syndicat national des négociants et transformateurs de saumon, C‑354/90, EU:C:1991:440, punt 16, kif ukoll SFEI et, C‑39/94, EU:C:1996:285, punti 67 sa 69). |
|
77 |
Fl-aħħar nett, u fir-rigward b’mod partikolari tal-benefiċjarji tal-garanzija mill-Istat, jeħtieġ li jiġi enfasizzat li, fid-dawl tan-natura imperattiva tal-istħarriġ tal-għajnuna mill-Istat imwettaq mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 108 TFUE, minn naħa l-impriżi benefiċjarji ta’ għajnuna jista’ jkollhom, fil-prinċipju, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għajnuna tagħhom biss jekk din tal-aħħar tkun ingħatat b’osservanza tal-proċedura prevista f’dan l-artikolu u, min-naħa l-oħra, operatur ekonomiku diliġenti għandu normalment ikun f’pożizzjoni li jiżgura ruħu li din il-proċedura ġiet osservata. B’mod partikolari, meta għajnuna tiġi eżegwita mingħajr notifika minn qabel lill-Kummissjoni, b’tali mod li din tkun illegali skont l-Artikolu 108(3) TFUE, il-benefiċjarju tal-għajnuna ma jistax ikollu, f’dan il-mument, aspettattivi leġittimi fir-regolarità tal-għoti ta’ din tal-aħħar (sentenza Unicredito Italiano, EU:C:2005:774, punt 104 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
78 |
Mill-kunsiderazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-benefiċjarji ta’ garanzija mill-Istat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
79 |
Fid-dawl ta’ dawn l-iżviluppi, hemm lok li tingħata risposta għad-domandi magħmula mill-qorti tar-rinviju fis-sens li:
|
Fuq l-ispejjeż
|
80 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
Il-garanzija mogħtija mill-Istat Ungeriż skont l-Artikolu 25(1) u (2) tad-Digriet tal-Gvern Nru 12/2001, tal-31 ta’ Jannar 2001, dwar l-għajnuna maħsuba li tiffavorixxi l-aċċess għall-akkomodazzjoni mogħtija b’mod esklużiv lill-istabbilimenti ta’ kreditu tikkostitwixxi, a priori, “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE. Madankollu, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tevalwa b’mod iktar partikolari n-natura selettiva ta’ tali garanzija billi tiddetermina, b’mod partikolari, jekk wara l-emenda ta’ dan id-digriet, li allegatament saret matul is-sena 2008, din il-garanzija tistax tingħata lil operaturi ekonomiċi oħra minbarra l-istabbilimenti ta’ kreditu u, f’każ ta’ risposta pożittiva, jekk din iċ-ċirkustanza hijiex ta’ natura li tpoġġi f’dubju n-natura selettiva tal-imsemmija garanzija. |
|
Anki jekk jiġi preżunt li l-qorti tar-rinviju tikklassifika l-garanzija mill-Istat li hija tikkostitwixxi “għajnuna mill-Istat” fis-sens tal-Artikolu 107(1) TFUE, tali garanzija għandha tiġi kkunsidrata bħala għajnuna ġdida, u hija, abbażi ta’ dan, suġġetta għall-obbligu ta’ notifika minn qabel lill-Kummissjoni Ewropea, skont l-Artikolu 108(3) TFUE. Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk l-Istat Membru kkonċernat kkonformax ruħu ma’ dan l-obbligu u, jekk dan ma jkunx il-każ, li tiddikjara din il-garanzija illegali. |
|
Il-benefiċjarji ta’ garanzija mill-Istat, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, mogħtija bi ksur tal-Artikolu 108(3) TFUE u, għaldaqstant, illegali, ma għandhomx rimedju skont id-dritt tal-Unjoni. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż.