Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62011CJ0465
Judgment of the Court (Third Chamber), 13 December 2012.#Forposta SA and ABC Direct Contact sp. z o.o. v Poczta Polska SA.#Reference for a preliminary ruling from the Krajowa Izba Odwoławcza.#Directive 2004/18/EC — Article 45(2), first subparagraph, point (d) – Directive 2004/17/EC — Articles 53(3) and 54(4) — Public procurement — Postal services sector — Exclusion criteria in relation to the procedure for the award of a contract — Grave professional misconduct — Protection of the public interest — Maintenance of fair competition.#Case C‑465/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012.
Forposta SA u ABC Direct Contact sp. z o.o. vs Poczta Polska SA.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza.
Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) — Direttiva 2004/17/KE — Artikoli 53(3) u 54(4) — Kuntratti pubbliċi — Settur tas-servizzi postali — Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Żamma ta’ kompetizzjoni leali.
Kawża C‑465/11.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tat-13 ta’ Diċembru 2012.
Forposta SA u ABC Direct Contact sp. z o.o. vs Poczta Polska SA.
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Krajowa Izba Odwoławcza.
Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) — Direttiva 2004/17/KE — Artikoli 53(3) u 54(4) — Kuntratti pubbliċi — Settur tas-servizzi postali — Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Żamma ta’ kompetizzjoni leali.
Kawża C‑465/11.
Rapporti tal-qorti - ġenerali
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2012:801
SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla)
13 ta’ Diċembru 2012 ( *1 )
“Direttiva 2004/18/KE — L-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) — Direttiva 2004/17/KE — Artikoli 53(3) u 54(4) — Kuntratti pubbliċi — Settur tas-servizzi postali — Kriterji ta’ esklużjoni mill-proċedura għall-għoti tal-kuntratt — Kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità — Protezzjoni tal-interess pubbliku — Żamma ta’ kompetizzjoni leali”
Fil-Kawża C-465/11,
Li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa minn Krajowa Izba Odwoławcza (Il-Polonja), permezz ta’ deċiżjoni tat-30 ta’ Awwissu 2011, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fid-9 ta’ Settembru 2011, fil-proċedura
Forposta SA,
ABC Direct Contact sp. z o.o.
vs
Poczta Polska SA,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tielet Awla),
komposta minn K. Lenaerts, li qed jaġixxi bħala President tat-Tielet Awla, E. Juhász (Relatur), G. Arestis, J. Malenovský u T. von Danwitz, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Mazák,
Reġistratur: M. Aleksejev, Amministratur,
wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tas-26 ta’ Settembru 2012,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
— |
għal Forposta SA u ABC Direct Contact sp. z o.o, minn P. Gruszczyński u A. Starczewska-Galos, radcy prawni, |
— |
għal Poczta Polska SA, minn P. Burzyński u H. Kornacki, radcy prawni, |
— |
għall-Gvern Pollakk, minn M. Szpunar u B. Majczyna kif ukoll minn M. Laszuk u E. Gromnicka, bħala aġenti, |
— |
għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn S. Varone, avvocato dello Stato, |
— |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn K. Herrmann u A. Tokár, bħala aġenti, |
wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet
tagħti l-preżenti
Sentenza
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, fuq kordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti għal xogħlijiet pubbliċi, kuntratti għal provvisti pubbliċi u kuntratti għal servizzi pubbliċi [kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet, għal provvisti u għal servizzi] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 132), moqri flimkien mal-Artikoli 53(3) u 54(4) tad-Direttiva 2004/17/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-31 ta’ Marzu 2004, li tikkoordina l-proċeduri ta’ akkwisti ta’ entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi ta’ l-ilma, l-enerġija, t-trasport u postali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 6, Vol. 7, p. 19). |
2 |
Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn Forposta SA, li qabel kienet Praxis sp. z o.o., flimkien ma’ ABC Direct Contact sp. z o.o., u Poczta Polska SA (iktar ’il quddiem “Poczta Polska”) dwar deċiżjoni tagħha li teskludihom mill-proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku mibdija minn din il-kumpannija tal-aħħar. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
3 |
It-Taqsima 2 tal-Kapitolu VII tad-Direttiva 2004/18, ikkonsakrata għall-“Kriterji għal għażla kwalitattiva”, tinkludi l-Artikolu 45, bit-titolu “Sitwazzjoni personali tal-kandidat jew ta’ min jixħet l-offerta [offerent]”. Il-paragrafu 1 ta’ dan l-artikolu jelenka l-kriterji li jwasslu obbligatorjament għall-esklużjoni tal-kandidat jew tal-offerent għal kuntratt, filwaqt li l-paragrafu 2 tal-istess artikolu jelenka l-kriterji li jistgħu jwasslu għal tali esklużjoni. Dan il-paragrafu tal-aħħar huwa fformulat kif ġej: “Kull operatur ekonomiku jista’ jkun eskluż minn parteċipazzjoni f’kuntratt fejn dak l-operatur eknomiku:
Stati Membri għandhom jispeċifikaw, skond il-liġi nazzjonali tagħhom u b’rigward għal-liġi tal-Kommunità, il-kondizzjonijiet ta’ implimentazzjoni għal dan il-paragrafu.” |
4 |
Is-Sezzjoni 1 tal-Kapitolu VII tad-Direttiva 2004/17 hija intitolata “Kwalifika u għażla kwalitattiva”. L-Artikolu 53, li jifforma parti mill-istess taqsima, jipprovdi taħt it-titolu “Sistemi ta’ kwalifika”: “1. Entitajiet kontraenti li jixtiequ dan jistgħu jistabbilixxu u joperaw sistema ta’ kwalifika ta’ operaturi ekonomiċi. Entitajiet kontraenti li jistabbilixxu jew joperaw sistema ta’ kwalifika għandhom jiżguraw li operaturi ekonomiċi f’kull ħin jistgħu jitolbu l-kwalifika. […] 3. Il-kriterji u r-regoli għal kwalifika riferiti fil-paragrafu 2 jistgħu jinkludu l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla f’lista fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE dwar it-termini u l-kondizzjonijiet dikjarati fiha. Fejn l-entità kontraenti hija awtorita kontraenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a), dawk il-kriterji u r-regoli għandhom jinkludu l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla f’lista fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2004/18/KE. […]” |
5 |
L-Artikolu 54 tad-Direttiva 2004/17, li jifforma parti mill-istess Sezzjoni 1 u intitolat “Kriterji għal għażla kwalitattiva” jipprovdi fil-paragrafi 1 u 4 tiegħu: “1. Entitajiet kontraenti li jistabbilixxu kriterji ta’ għażla fi proċedura miftuħa għandhom jagħmlu dan bi qbil ma’ regoli u kriterji oġġettivi li huma disponibbli għal operaturi ekonomiċi interessati. […] 4. Il-kriterji dikjarati f’paragrafi 1 u 2 jistgħu jinkludu l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla f’lista fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18/KE dwar it-termini u l-kondizzjonijiet dikjarati fiha. Fejn l-entità kontraenti hija awtorita kontraenti fit-tifsira ta’ l-Artikolu 2(1)(a), dawk il-kriterji u r-regoli riferiti f’paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jinkludu l-kriterji ta’ esklużjoni mniżżla f’lista fl-Artikolu 45(1) tad-Direttiva 2004/18/KE.” |
Id-dritt Pollakk
6 |
Il-Liġi tad-29 ta’ Jannar 2004 fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi (Dz. U. Nru 113, Pożizzjoni 759 iktar ’il quddiem il-“Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi”) tiddefinixxi l-prinċipji u l-proċeduri ta’ għoti ta’ kuntratti pubbliċi u tispeċifika l-awtoritajiet kompetenti fil-qasam. Il-Liġi li temenda tal-25 ta’ Frar 2011 (Dz. U. Nru 87, Posizzjoni 484), li daħlet fis-seħħ fis-26 ta’ April 2011, inkludiet fil-punt 1.a) fl-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Din id-dispożizzjoni, emendata b’dan il-mod, hija fformulata kif ġej: “1. Huma esklużi mill-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku: […] 1. a) l-operaturi ekonomiċi li l-awtorità kontraenti ħassret, irrexxindiet jew irtirar kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lilu minħabba ċirkustanzi li huma imputabbli lilu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar seħħ f’terminu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jammonta għall-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt; […]” |
Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari
7 |
Poczta Polska, kumpannija li tappartjeni għat-Teżorier pubbliku, li hija attiva fis-settur tas-servizzi postali, tikkostitwixxi entità kontraenti fis-sens tad-Direttiva 2004/17. Din il-kumpanniji bdiet proċedura miftuħa għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku għad-“distribuzzjoni ta’ pakketti postali nazzjonali u internazzjonali, pakketti postali kbar, oġġetti li jitħallsu mal-kunsinna u pakketti postali b’kundizzjonijiet speċjali bi ħlas”. Skont il-konstatazzjonijiet fit-talba għal deċiżjoni preliminari, l-ammont ta’ dan il-kuntratt jeċċedi l-limitu li minnu r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi huma applikabbli. |
8 |
Din l-entità kontraenti qieset li l-offerti ta’ Forposta SA u ta’ABC Direct Contact sp. z o.o. kienu l-iktar vantaġġużi għal ċerti lottijiet tal-kuntratti u stiednithom sabiex jikkonkludu kuntratt. Din l-għażla ma kinitx ikkontestata minn ebda parteċipant fil-proċedura. Madankollu, fil-21 ta’ Lulju 2011, li kienet id-data ffissata għall-konklużjoni tal-kuntratt, Poczta Polska annullat l-għoti minħabba li l-operaturi ekonomiċi li ppreżentaw l-offerti magħżula kellhom b’mod obbligatorju jiġu esklużi mill-proċedura skont il-punt 1.a) tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi. |
9 |
Iż-żewġ kumpanniji kkonċernati ddeferew din id-deċiżjoni quddiem il-Krajowa Izba Odwoławcza, billi sostnew li l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali hija kuntrarja għall-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18. B’mod konkret, fl-opinjoni tagħhom, il-portata tal-kundizzjonijiet iffissati minn din id-dispożizzjoni nazzjonali hija ħafna iktar kbira mill-kundizzjoni stabbilita mid-dritt tal-Unjoni, li tipprovdi bħala kawża għall-esklużjoni biss “kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità”, li tali kondotta ħażina ta’ ċerta gravità ma twettqitx f’din il-kawża. |
10 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, waqt l-adozzjoni tal-punt 1. a tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi, il-leġiżlatur nazzjonali indika li huwa kien ibbaża ruħu fuq l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2), u hija tesprimi dubji rigward il-konformità ta’ din id-dispożizzjoni, dubji li ser jiġu ġġustifikati mill-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. |
11 |
Fl-ewwel lok, il-kawża għall-esklużjoni pprovduta mill-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttiva 2004/18 hija kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, kunċett li jmur lura, fil-lingwaġġ ġuridiku, għall-ksur ta’ prinċipji li jaqgħu taħt l-etika, id-dinjità jew il-kuxjenza professjonali. Tali ksur jimpenja r-responsabbiltà professjonali ta’ dak li jwettqu permezz, b’mod partikolari, il-ftuħ ta’ proċedura dixxiplinarja mill-korpi professjonali. B’hekk, ikunu dawn il-korpi, jew il-qrati li jiddeċiedu fuq il-kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità u mhux l-awtoritajiet kontraenti, kif tipprovdi d-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni. |
12 |
Fit-tieni lok, il-kunċett ta’ fatti “imputabbli lill-operatur”, inkluż fil-punt 1.a Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi, ikunu sinjifikattivament ikbar mill-kunċett ta’ kondotta ħażina ta’ ċerta gravità “mwettqa mill-operatur”, li tinsab fl-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2), u, għalhekk, ma għandux jiġi użat fid-dispożizzjonijiet li huma intiżi sabiex jistabbilixxu sanzjoni. |
13 |
Fit-tielet lok, peress li l-imsemmija dispożizzjoni tad-Direttva 2004/18 teħtieġ li l-kondotta ħażina tkun “ta’ ċerta gravità”, ikun possibbli li jqum dubju li n-nuqqas ta’ eżekuzzjoni ta’ 5 % tal-ammont ta’ kuntratt tista’ tiġi kklassifikata bħala kondotta ħażina ta’ ċerta gravità. Il-qorti tar-rinviju tenfasizza li f’dan ir-rigward, meta l-kundizzjonijiet stabbiliti bid-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali huma sodisfatti, l-awtorità kontraent għandha r-responsabbiltà li teskludi l-operatur ekonomiku kkonċernat u ma hemm ebda possibbiltà li tittieħed is-sitwazzjoni individwali ta’ dan tal-aħħar, fatt li jista’ joħloq ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità. |
14 |
Il-qorti tar-rinviju tirrileva li, fl-aħħar nett, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenzi tas-16 ta’ Diċembru 2008, Michaniki, C-213/07, Ġabra p. I-9999, kif ukoll tat-23 ta’ Diċembru 2009, Serrantoni u Consorzio stabile edili, C-376/08, Ġabra p. I-12169), id-Direttiva 2004/18 ma tipprekludix lil Stat Membru milli jipprovdi kawżi għall-esklużjoni minbarra dawk stabbiliti fl-Artikolu 45(2) tagħha, u li ma jkunux ibbażati fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi li jirrigwardaw il-kwalitajiet professjonali tal-operaturi ekonomiċi, sakemm huma jkunu proporzjonati għall-għan segwit. Madankollu, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza tat-3 ta’ Marzu 2005, Fabricom, C-21/03 u C-34/03, Ġabra p. I-1559, kif ukoll tal-15 ta’ Mejju 2008, SECAP u Santorso, C-147/06 u C-148/06, Ġabra p. I-3565), id-dritt tal-Unjoni jipprekludi l-leġiżlazzjonijiet nazzjonali li jipprovdu l-esklużjoni awtomatika tal-parteċipazzjoni ta’ operatur għall-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt, iċ-ċaħda awtomatika tal-offerti jew l-applikazzjoni ta’ miżuri sproporzjonati fir-rigward tal-għan imfittex. Id-dispożizzjoni nazzjonali inkwistjoni tkun mhux ta’ applikazzjoni awtomatika, iżda, barra minn hekk, tmur lil hin minn dawk li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-għan ta’ protezzjoni tal-interess pubbiku segwit, li jikkonsisti li jiġu esklużi l-operaturi ekonomiċi realment ftit dgħajfa. |
15 |
Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Krajowa Izba Odwoławcza ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:
|
Fuq id-domandi preliminari
Fuq il-kompetenza tal-Qorti tal-Ġustizzja
16 |
Poczta Polska ssostni li Krajowa Izba Odwoławcza ma għandhiex kompetenza, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, peress li hija għandha kemm funzjonijiet ġudizzjarji kif ukoll konsultattivi. |
17 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jitfakkar li skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, sabiex tiddetermina jekk korp ta’ rinviju għandux in-natura ta’ “qorti jew tribunal”, skont l-Artikolu 267 TFUE, liema kwistjoni taqa’ unikament taħt id-dritt tal-Unjoni, il-Qorti tal-Ġustizzja tieħu inkunsiderazzjoni sensiela ta’ kriterji, bħal jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, jekk huwiex permanenti, jekk il-ġurisdizzjoni tiegħu hijiex ta’ natura obbligatorja, jekk il-proċeduri quddiemu humiex kontradittorji, jekk il-korp japplikax regoli tad-dritt, kif ukoll jekk huwiex indipendenti (sentenzi tas-17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult, C-54/96, Ġabra p. I-4961, punt 23, kif ukoll tad-19 ta’ April 2012, Grillo Star, C-443/09, punt 20 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
18 |
F’din il-kawża, għandu jiġi kkontatat li, kif jirriżulta mill-proċess imqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Krajowa Izba Odwoławcza, li hija korp stabbilit mil-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi, bil-ġurisdizzjoni esklużiva sabiex tieħu konjizzjoni fl-ewwel istanza ta’ kawżi bejn operaturi ekonomiċi u awtoritajiet kontraenti, u li l-funzjonament tagħha huwa rregolat bl-Artikoli 172 sa 198 ta’ din il-liġi, tikkostitwixxi qorti, fis-sens tal-Artikolu 267 TFUE, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħha li jaqgħu taħt dawn id-dispożizzjonijiet, kif inhu l-każ fil-kuntest tal-kawża prinċipali. Il-fatt li dan il-korp huwa eventwalment mogħti, skont dispożizzjonijiet oħrajn, funzjonijiet ta’ natura konsultattiva huwa mingħajr ebda konsegwenza f’dan ir-rigward. |
Fuq l-ammissibbiltà
19 |
Il-Gvern Pollakk isostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli minħabba l-fatt li hija ipotetika u hija intiża, essenzjalment, sabiex tiddetermina jekk ir-regola nazzjonali hijiex konformi mad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/18, u mhux sabiex tinkiseb interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni sabiex jiġi ċċarat is-suġġett tal-kawża, li għandu jiġi deċiż fuq il-bażi tad-dritt nazzjonali. Ma hijiex il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-kuntest tal-proċedura għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari, li għandha tevalwa l-konformità ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta dispożizzjonijiet leġiżlattiv nazzjonali. |
20 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, minn naħa, l-qorti tar-rinviju ma titlobx lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex tevalwa l-konformità tal-leġiżlazzjoni nazzjonali kkonċernata mad-dritt tal-Unjoni u lanqas li tinterpreta din il-leġiżlazzjoni. Hija tillimita ruħha li titlob l-interpretazzjoni tar-regoli tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi sabiex tevalwa jekk jeħtieġx li ma jiġix applikat, fil-kawża prinċipali, il-punt1.a tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li d-domandi magħmula huma rilevanti għas-soluzzjoni ta’ din il-kawża, peress li Poczta Polska annullat l-għoti tal-kuntratt ikkontestat minħabba li l-operaturi ekonomiċi, li l-offerti tagħhom intgħażlu, kellhom b’mod obbligatorju jiġu esklużi mill-proċedura skont l-imsemmija dispożizzjoni nazzjonali. |
21 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-talba għal deċiżjoni preliminari hija ammissibbli u għandha għaldaqstant tingħata risposta għad-domandi magħmula. |
Fuq l-ewwel domanda
22 |
Permezz ta’ din id-domanda, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, li twassal għall-esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku minħabba proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku fis-seħħ, tkun seħħet meta, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu imputabbli lil dan l-istess operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lill-imsemmi operatur, jew irtirat minnu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u li l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jammonta għall-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt. |
23 |
Fid-dawl ta’ ċerti osservazzjonijiet ippreżentati mill-Gvern Pollakk waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali li saret quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, li jipprovdu li każ bħala dak tal-kawża prinċipali, li jaqa’ ratione materiae taħt id-Direttiva 2004/17, għandu jiġi evalwat fil-kuntest biss tagħha, jeħtieġ jiġi enfasizzat li, skont il-konstatazzjonijiet tal-qorti tar-rinviju, il-leġiżlatur nazzjonali stess indika li, waqt l-adozzjoni tal-punt 1.a tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi, fuq il-bażi tiegħu l-kumpanniji kkonċernati ġew esklużi mill-proċeduri għall-għoti, huwa bbaża ruħu fuq l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Diretttiva 2004/18. Huwa barra minn hekk għal dan l-Artikolu 45 li jirreferu espliċitament l-Artikoli 53(3) u 54(4) tad-Direttiva 2004/17. |
24 |
Għaldaqstant jidher li r-Repubblika tal-Polonja użat il-fakultà mogħtija mill-imsemmija dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/17 u inkludiet, fil-leġiżlazzjoni nazzjonali, il-kawża għall-esklużjoni prevista fl-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18. |
25 |
Għandu jiġi kkonstatat li l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, bid-differenza għal dispożizzjonjiet li jikkonċernaw il-kawżi għall-esklużjoni previsti fl-istess paragrafu 2(a), (b) u (f) ta’ dan l-artikolu, ma jirreferix għal-leġiżlazzjonijiet u għar-regolamenti nazzjonali, iżda li t-tieni paragrafu ta’ dan l-istess paragrafu 2 jipprovdi li l-Istati Membri jispeċifikaw, skont il-liġi nazzjonali tagħhom u fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni, il-kundizzjonijiet tal-applikazzjoni tiegħu. |
26 |
Konsegwentement, il-kunċetti ta’ “kondotta ħażina”“professjonali”“ta’ ċerta gravità”, li jinsabu fl-imsemmi l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) jistgħu jiġu speċifikati fid-dritt nazzjonali, fir-rispett, madankollu, tad-dritt tal-Unjoni. |
27 |
F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, kif ġustament isostni l-Gvern Pollakk, il-kunċett ta’ “kondotta professjonali ħażina” ikopri kull aġir ħażin li għandu rilevanza fuq il-kredibbiltà professjonali tal-operatur inkwisjtoni u mhux biss il-ksur ta’ regoli ta’ deontoloġija fis-sens strett tal-professjoni li jappartjeni għaliha dan l-operatur, li huma kkonstatati mill-korp ta’ dixxiplina stabbilit fil-kuntest ta’ din il-professjoni jew minn deċiżjoni ġudizzjarja li hija awtorità ta’ res judicata. |
28 |
Fil-fatt, l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 jawtorizza l-awtoritajiet kontraenti sabiex jikkonstataw kondotta professjonali ħażina b’kull mezz li huma jistgħu jiġġustifikaw. Barra minn hekk, bid-differenza ta’ dan l-istess paragrafu 2(ċ), sentenza li għandha awtorità ta’ res judicata ma hijiex meħtieġa għall-konstatazzjoni ta’ kondotta professjonali ħażina, fis-sens tad-dispożizzjoni li tinsab f’imsemmi paragrafu 2(d). |
29 |
Konsegwentement, in-nuqqas ta’ osservazzjoni minn operatur ekonomiku tal-obbligi kuntrattwali tiegħu jista’, fil-prinċipju, jitqies bħala kondotta professjonali ħażina. |
30 |
Madankollu, il-kunċett ta’ “kondotta professjonali ħażina” għandu jinftiehem bħala li jirreferi normalment għal aġir tal-operatur ekonomiku inkwistjoni li jindika intenzjoni ta’ kondotta ħażina jew negliġenza ta’ ċerta gravità min-naħa tiegħu. B’hekk kull eżekuzzjoni inkorretta, impreċiża jew nuqqas ta’ kuntrattt jew parti minn dan tal-aħħar tista’ eventwalment turi kompetenza professjonali limitata tal-operatur ekonomiku inkwistjoni, iżda ma tammontax awtomatikament għal kondotta ħażina ta’ ċerta gravità. |
31 |
Barra minn hekk, il-konstatazzjoni tal-eżistenza ta’ “kondotta ħażina ta’ ċerta gravità” teħtieġ, fil-prinċipju, li titwettaq evalwazzjoni konkreta u individwali tal-attitudni tal-operatur ekonomiku kkonċernat. |
32 |
Il-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali timponi lill-awtorità kontraenti li teskludi mill-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku meta, minħabba ċirkustanzi li “huma imputabbli” lil dan tal-aħħar, din l-awtorità ħassret jew irrixxendiet kuntratt konkluż miegħu fil-kuntest ta’ kuntratt pubbliku preċedenti. |
33 |
F’dan ir-rigward, jeħtieġ li jiġi rrilevat li, fid-dawl tal-karatteristiċi proprji tas-sistemi legali nazzjonali fil-qasam ta’ responsabbiltà, il-kunċett ta’ “ċirkustanzi imputabbli” huwa wiesa’ wisq u jista’ jifhem sitwazzjonijiet li jmorru lil hinn sew minn attitudni tal-operatur ekonomiku inkwisjtoni li tindika intenzjoni ta’ kondotta ħażina jew ta’ negliġenza ta’ ċerta gravità min-naħa tiegħu. L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(1) tad-Direttiva 2004/17 jirreferi għall-fakultà ta’ applikazzjoni tal-kriterji ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004’18 “[fil-]kondizzjonijiet dikjarati fiha”, b’tali mod li l-kunċett ta’ “kondotta ħażina ta’ ċerta gravità”,fis-sens tal-punt 25 ta’ din is-sentenza, ma jistax jiġi sostitwit mill-kunċett ta’ “ċirkustanzi imputabbli” lill-operatur ekonomiku kkonċernat. |
34 |
Barra minn hekk, il-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali tiddetermina hija stess il-parametri li abbażi tagħhom aġir preċedenti ta’ operatur ekonomiku jimponi fuq l-awtorità kontraenti inkwistjoni li teskludi awtomatikament dan l-operatur mill-proċedura tal-għoti ta’ kuntratt pubbliku mibdija mill-ġdid, mingħajr ma tħalli lil din l-awtorità kontraenti l-fakultà li tevalwa, każ b’każ, il-gravità tal-aġir allegatament ħażin tal-imsemmi operatur fil-kuntest tal-eżekuzzjoni tal-kuntratt preċedenti. |
35 |
Konsegwentement, għandu jiġi kkonstatat li l-leġiżlazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tillimitax li timmarka l-kuntest ġenerali ta’ applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18, iżda timponi, f’dan ir-rigward fuq l-awtoritajiet kontraenti, kundizzjonijiet obbligatorji u konklużjonijiet li għandhom jirriżultaw awtomatikament minn ċerti ċirkustanzi, li teċċedi b’dan il-mod il-marġni ta’ diskrezzjoni li għandhom l-Istati Membri, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva, rigward il-preċiżjoni tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-kawżi għall-esklużjoni prevista f’dan l-istess l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-paragrafu 2(d) fir-rispett tad-dritt tal-Unjoni. |
36 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjoni kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 45(2)(d) tad-Direttiva 2004/18 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li tipprovdi li kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità, li twassal għall-esklużjoni awtomatika tal-operatur ekonomiku minħabba proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku fis-seħħ, tkun seħħet meta, minħabba ċirkustanzi li jistgħu jiġu imputabbli lil dan l-istess operatur ekonomiku, l-awtorità kontraenti ħassret jew irrexxindiet kuntratt pubbliku preċedenti mogħti lill-imsemmi operatur, jew irtirat minnu, jekk dan it-tħassir, rexxissjoni jew irtirar mill-kuntratt seħħ fil-perijodu ta’ tliet snin qabel il-ftuħ tal-proċedura fis-seħħ u li l-ammont tal-parti mill-kuntratt pubbliku li ma ġietx eżegwita jammonta għall-inqas 5 % tal-ammont totali ta’ dan il-kuntratt. |
Fuq it-tieni domanda
37 |
Permezz ta’ din id-domanda, li hija magħmula fil-każ ta’ risposta negattiva għall-ewwel domanda, huwa mistoqsi, essenzjalment, jekk il-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi jiġġustifikawx li, taħt il-protezzjoni tal-interess pubbliku u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kontraenti, kif ukoll iż-żamma ta’ kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, timponi fuq l-awtorità kontraenti li teskludi awtomatikament minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku f’ipoteżi bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda. |
38 |
F’dan ir-rigward, għalkemm, ċertament, mill-Artikolu 54(4) tad-Direttiva 2004/17 jirriżulta li l-awtoritajiet kontraenti jistgħu jiffissaw kriterji għal għażla kwalitattiva li jirriżultaw mill-kriterji ta’ esklużjoni elenkati fl-Artikolu 45 tad-Direttiva 2004/18, xorta jibqa’ l-fatt li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmi Artikolu 45(2) ta’ din id-direttiva tal-aħħar jelenka, b’mod eżawrjenti, il-kawżi li jistgħu jiġġustifikaw l-esklużjoni ta’ operatur ekonomiku mill-parteċipazzjoni għal kuntratt għal raġunijiet, ibbażati fuq fatturi oġġettivi, li jirrigwarda l-kwalitajiet professjonali tieħgu u jipprekludi, konsegwentment, lill-Istati Membri milli jżidu mal-lista inkluża fih kawżi oħra għall-esklużjoni bbażati fuq kriterji marbuta mal-kwalità professjonali (ara s-sentenzi tad-9 ta’ Frar 2006, La Cascina et, C-226/04 u C-228/04, Ġabra p. I-1347, punt 22; Michaniki, iċċitata iktar ’il fuq, punt 43, kif ukoll tal-15 ta’ Lulju 2010, Bâtiments u Ponts Construction u WISA Produktionsservice, C-74/09, Ġabra p. I-7271, punt 43). |
39 |
Huwa biss meta l-kawża għall-esklużjoni kkonċernata ma hijiex marbuta mal-kwalitajiet professjonali tal-operatur ekonomiku u, għaldaqstant, ma taqax taħt tali lista eżawrjenti li l-ammissibbiltà eventwali ta’ din il-kawża fir-rigward tal-prinċipji jew ta’ regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni fil-qasma ta’ kuntratti pubbliċi tista’ tiġi prevista (ara, f’dan ir-rigward, is-sentenzi tat-3 ta’ Marzu 2005, Fabricom, iċċitata iktar ’il fuq, C-21/03 u C-34/03, Ġabra p. I-1559, punti 25 sa 36; Michaniki, iċċitata iktar ’il fuq, punti 44 sa 69, kif ukoll Assitur, tad-19 ta’ Mejju 2009, Assitur, C-538/07, Ġabra p. I-4219, punti 21 sa 33). |
40 |
F’dan il-każ, il-punt 1.a tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi jipprovdi kawża għall-esklużjoni li tirrigwarda l-kwalità professjonali tal-operatur ekonomiku kkonċernat, kif ukoll ikkonfermah il-fatt, li jirriżulta mill-punti 10 u 23 ta’ din is-sentenza, li l-leġiżlatur Pollakk invoka l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 insostenn tal-adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni nazzjonali. Tali kawża għall-esklużjoni, li toħroġ mill-kuntest tal-lista eżawrjenti li tinsab f’dan l-ewwel subparagrafu, kif ukoll jirriżulta mill-ewwel domanda, ma hijiex lanqas ammissibbli fir-rigward tal-prinċipji u ta’ regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. |
41 |
Konsegwentement, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-prinċipji u r-regoli tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi ma jiġġustifikawx li, taħt il-protezzjoni tal-interess pubbliku u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet kontraenti, kif ukoll iż-żamma ta’ kompetizzjoni leali bejn operaturi ekonomiċi, leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, timponi fuq l-awtorità kontraenti li teskludi awtomatikament minn proċedura għall-għoti ta’ kuntratt pubbliku operatur ekonomiku f’ipoteżi bħal dik imsemmija fl-ewwel domanda preliminari. |
Fuq l-effetti ta’ din is-sentenza ratione temporis
42 |
Il-Gvern Pollakk talab lill-Qorti tal-Ġustizzja, waqt is-seduta għas-sottomissjonijiet orali li seħħew quddiemha, sabiex tillimita ratione temporis l-effetti tas-sentenza preżenti fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tinterpreta l-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali. |
43 |
Insostenn tat-talba tiegħu, il-Gvern Pollakk jinvoka n-natura allegatament ftit ċara ta’ din id-dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, li għadha ma ġietx interpretata mill-Qorti tal-Ġustizzja, kif ukoll ir-riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi serji fil-livell nazzjonali li tinvolvi tali interpretazzjoni. |
44 |
F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li l-interpretazzjoni li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti lil regola tad-dritt tal-Unjoni, fl-eżerċizzju tal-ġurisdizzjoni mogħtija lilha mill-Artikolu 267 TFUE, tikkjarifika u tippreċiża t-tifsira u l-portata ta’ din ir-regola, hekk kif għandha jew kellha tinftiehem u tiġi applikata sa mill-mument tad-dħul fis-seħħ tagħha, u huwa biss f’każijiet eċċezzjonali li l-Qorti tal-Ġustizzja tista’, b’applikazzjoni ta’ prinċipju ġenerali ta’ ċertezza legali inerenti fl-ordinament ġuridiku tal-Unjoni, tillimita l-possibbiltà għal kull persuna kkonċernata li tinvoka dispożizzjoni li hija tkun interpretat sabiex tikkontesta relazzjonijiet ġuridiċi stabbiliti in bona fide (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-10 ta’ Mejju 2012, Santander Asset Management SGIIC et, C-338/11 sa C-347/11, punt 58 u 59, kif ukoll tat-18 ta’ Ottubru 2012, Mednis, C-525/11, punti 41 u 42). |
45 |
B’mod iktar speċifiku, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikorriet għal din is-soluzzjoni biss f’ċirkustanzi ferm speċifiċi, b’mod partikolari meta kien hemm riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi serji dovuti b’mod partikolari għan-numru kbir ta’ relazzjonijiet ġuridiċi kkostitwiti in bona fide fuq il-bażi tal-leġiżlazzjoni kkunsidrata bħala validament fis-seħħ u meta kien jidher li l-individwi u l-awtoritajiet nazzjonali kienu mħeġġa jadottaw aġir ma kienx konformi mad-dritt tal-Unjoni minħabba inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva fir-rigward tal-portata tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni, inċertezza li għaliha possibbilment ikkontribwixxa l-aġir stess adottat minn Stati Membri oħra jew mill-Kummissjoni Ewropea (ara, b’mod partikolari, is-sentenza Santander Asset Management SGIIC et, iċċitata iktar ’il fuq, punt 60, kif ukoll Mednis, punt 43). |
46 |
Għal dak li jikkonċerna l-allegata eżistenza ta’ inċertezza oġġettiva u sinjifikattiva rigward il-portata tad-dispożizzjonijiet ikkonċernati tad-dritt tal-Unjoni, hija ma tistax tiġi kkonstatata fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, minn naħa, l-ipoteżi tal-“kondotta professjonali ħażina ta’ ċerta gravità”, fis-sens tal-ewwel subparagrafu tal-punt d tal-Artikolu 45(2) tad-Direttiva 2004/18 ma tkoprix b’mod ċar il-kawża ta’ esklużjoni previst fil-punt 1.a tal-Artikolu 24(1) tal-Liġi fuq id-dritt tal-kuntratti pubbliċi. Min-naħa l-oħra, minn ġurisprudenza diġà stabbilita sew fid-data ta’ adozzjoni ta’ din id-dispożizzjoni jirriżulta li din kawża għall-esklużjoni ma tistax tiġi ġġustifikata mill-prinċipji jew minn regoli oħrajn tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta’ kuntratti pubbliċi. |
47 |
Għal dak li jikkonċerna l-konsegwenzi finanzjarji li jistgħu jirriżultaw, għal Stat Membru, minħabba sentenza mogħtija fil-kuntest ta’ talba għal deċiżjoni preliminari ma jiġġustifikawx, fihom infushom, il-limitazzjoni tal-effetti ta’ din is-sentenza ratione temporis (sentenzi ċċitati iktar ’il fuq Santander Asset Management SGIIC et, punt 62, kif ukoll Mednis, punt 44). |
48 |
Hemm lok li jiġi rrilevat li, fi kwalunkwe każ, il-Gvern Pollakk ma pprovda ebda data li tippermetti lill-Qorti tal-Ġustizzja li tevalwa l-eżistenza, minħabba din is-sentenza, ta’ riskju ta’ riperkussjonijiet ekonomiċi serji għar-Repubblika tal-Polonja. |
49 |
Għaldaqstant, ma hemmx lok li l-effetti ta’ din is-sentenza jiġu limitati ratione temporis. |
Fuq l-ispejjeż
50 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: il-Pollakk.