Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex
Dokument 62009CJ0465
Judgment of the Court (Third Chamber) of 9 June 2011. # Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (C-465/09 P and C-468/09 P), Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (C-466/09 P and C-469/09 P) and Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (C-467/09 P and C-470/09 P) v European Commission. # Appeals - State aid - Action for annulment - Decision initiating the formal investigation procedure under Article 88(2) EC - Subsequent final decisions finding that State aid schemes implemented by Spain in 1993 for certain newly established firms in Álava, Vizcaya and Guipúzcoa were not compatible with the common market - Corporation tax exemptions - Lis pendens - Concept of 'authorised aid' - Legitimate expectations - Compliance with a reasonable time-limit - No notification. # Joined cases C-465/09 P to C-470/09 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tad-9 ta' Ġunju 2011.
Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (C-465/09 P u C-468/09 P), Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (C-466/09 P u C-469/09 P) u Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (C-467/09 P u C-470/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Deċiżjonijiet finali sussegwenti li jikkonstataw l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-iskemi ta' għajnua mill-Istat implementati minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta' Álava, ta' Vizcaya u ta' Guipúzcoa - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Lis alibi pendens - Kunċett ta' "għajnuna awtorizzata" - Aspettattivi leġittimi - Osservanza ta' terminu raġonevoli - Nuqqas ta' notifikazzjoni.
Każijiet Magħquda C-465/09 P sa C-470/09 P.
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (it-Tielet Awla) tad-9 ta' Ġunju 2011.
Territorio Histórico de Vizcaya - Diputación Foral de Vizcaya (C-465/09 P u C-468/09 P), Territorio Histórico de Álava - Diputación Foral de Álava (C-466/09 P u C-469/09 P) u Territorio Histórico de Guipúzcoa - Diputación Foral de Guipúzcoa (C-467/09 P u C-470/09 P) vs Il-Kummissjoni Ewropea.
Appell - Għajnuna mill-Istat - Rikors għal annullament - Deċiżjoni ta' ftuħ tal-proċedura ta' investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE - Deċiżjonijiet finali sussegwenti li jikkonstataw l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-iskemi ta' għajnua mill-Istat implementati minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda fil-provinċja ta' Álava, ta' Vizcaya u ta' Guipúzcoa - Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji - Lis alibi pendens - Kunċett ta' "għajnuna awtorizzata" - Aspettattivi leġittimi - Osservanza ta' terminu raġonevoli - Nuqqas ta' notifikazzjoni.
Każijiet Magħquda C-465/09 P sa C-470/09 P.
IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2011:372
Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tad-9 ta’ Ġunju 2011 – Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya et vs Il‑Kummissjoni
(Kawżi magħquda C-465/09 P sa C-470/09 P)
“Appell – Għajnuna mill-Istat – Rikors għal annullament – Deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura ta’ investigazzjoni formali prevista fl-Artikolu 88(2) KE – Deċiżjonijiet finali sussegwenti li jikkonstataw l-inkompatibbiltà mas-suq komuni tal-iskemi ta’ għajnuna mill-Istat implementati minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Álava, ta’ Vizcaya u ta’ Guipúzcoa – Eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji – Lis alibi pendens – Kunċett ta’ ‛għajnuna awtorizzata’ – Aspettattivi leġittimi – Osservanza ta’ terminu raġonevoli – Nuqqas ta’ notifikazzjoni”
1. Appell - Aggravji - Kontestazzjoni, li terġa’ tinvoka motivi u argumenti mressqa quddiem il-Qorti Ġenerali, tal-interpretazzjoni jew tal-applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni magħmula minnha - Ammissibbiltà (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 256(1) TFUE; Statut tal-Qorti tal-Ġustizzja, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 58; Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, Artikolu 112(1)(ċ)) (ara l-punti 78, 79, 82)
2. Proċedura - Preżentazzjoni ta’ motivi ġodda fil-mori tal-kawża - Kundizzjonijiet - Motiv ġdid - Kunċett (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 48(2)) (ara l-punt 84)
3. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Għajnuna eżistenti u għajnuna ġdida - Klassifikazzjoni bħala għajnuna eżistenti - Kriterji - Miżuri ta’ għajnuna mhux innotifikati - Awtorizzazzjoni sempliċement minħabba s-skiet tal-Kummissjoni - Esklużjoni (Artikolu 88(3) KE; Regolament tal-Kunsill Nru 659/1999, Artikolu (1)(b)(ii)) (ara l-punti 90, 91, 94-97)
4. Appell - Aggravji - Stħarriġ mill-Qorti tal-Ġustizzja tar-rifjut tal-Qorti Ġenerali li tordna miżuri istruttorji - Portata (Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, Artikolu 66(1)) (ara l-punti 108-110)
5. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Eżami mill-Kummissjoni - Kompatibbiltà ta’ għajnuna mas-suq komuni - Evalwazzjoni tal-kompatibbiltà ta’ għajnuna mhux innotifikata fid-dawl tal-linji gwida adottati wara li din l-għajnuna ngħatat - Ksur tal-prinċipju ta’ ċertezza legali - Assenza - Ksur tal-prinċipju ta’ nuqqas ta’ retroattività - Assenza (Artikoli 87 KE u 88 KE; Komunikazzjoni tal-Kummissjoni 98/C 74/06) (ara l-punti 120-128)
6. Għajnuna mogħtija mill-Istati - Irkupru ta’ għajnuna illegali - Għajnuna mogħtija bi ksur tar-regoli proċedurali tal-Artikolu 88 KE - Aspettattivi leġittimi possibbli tal-benefiċjarji - Protezzjoni - Kundizzjonijiet u limiti - Nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Kummissjoni matul perijodu relattivament twil - Awtoritajiet nazzjonali li jiksru d-dmir tagħhom ta’ kollaborazzjoni mal-Kummissjoni - Nuqqas ta’ aspettattivi leġittimi (Artikoli 87 KE u 88 KE) (ara l-punti 150-156, 162, 163)
7. Appell - Aggravji - Motivi ta’ sentenza vvizzjati bi ksur tad-dritt tal-Unjoni - Dispożittiv ibbażat fuq motivi oħra ta’ dritt - Rifjut (ara l-punt 171)
Suġġett
Appell mis-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza (Il-Ħames Awla Estiża), tad-9 ta’ Settembru 2009, Diputación Foral de Álava | et | vs Il‑Kummissjoni (T‑30/01 sa T‑32/01 u T‑86/02 sa T‑88/02), li permezz tagħha l-Qorti Ġenerali ddeċidiet, fil-Kawżi T‑30/01 sa T‑32/01 li ma kienx hemm iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, tat-28 ta’ Novembru 2000, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 88(2) KE fir-rigward tal-vantaġġi fiskali mogħtija permezz ta’ dispożizzjonijiet adottati mid-Diputación Foral de Álava, mid-Diputación Foral de Guipúzcoa u mid-Diputación Foral de Vizcaya, taħt forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji lil ċerti impriżi ġodda stabbiliti, u, fil-Kawżi T‑86/02 sa T‑88/02, ċaħdet talba għall-annullament tad-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2003/28/KE, 2003/86/KE u 2003/192/KE, tal-20 ta’ Diċembru 2001, dwar skema ta’ għajnuna mill-Istat implementata minn Spanja fl-1993 favur ċerti impriżi ġodda stabbiliti fil-provinċja ta’ Álava (T‑86/02), ta’ Vizcaya (T‑87/02) u ta’ Guipúzcoa (T‑88/02) (rispettivament ĠU 2003, L 17, p. 20, ĠU 2003, L 40, p. 11, u ĠU 2003, L 77, p. 1), taħt il-forma ta’ eżenzjoni mit-taxxa fuq il-kumpanniji. |
Dispożittiv
1) |
L-appelli huma miċħuda. |
2) |
It-Territorio Histórico de Vizcaya – Diputación Foral de Vizcaya, it-Territorio Histórico de Álava – Diputación Foral de Álava, it-Territorio Histórico de Guipúzcoa – Diputación Foral de Guipúzcoa u l-Comunidad autónoma del País Vasco – Gobierno Vasco huma kkundannati f’partijiet indaqs għall-ispejjeż relatati mal-preżenti appelli. |
3) |
Ir-Renju ta’ Spanja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess. |