Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62008CJ0255

    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (is-Sitt Awla) tal-15 ta' Ottubru 2009.
    il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej vs ir-Renju ta' l-Olanda.
    Nuqqas ta' Stat li jwettaq obbligu - Direttiva 85/337/KEE - Stima tal-effetti ta' ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent - Determinazzjoni tal-limiti - Daqs tal-proġett -Transpożizzjoni inkompleta.
    Kawża C-255/08.

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:630





    Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (Is-Sitt Awla) tal-15 ta’ Ottubru 2009 – Il‑Kummissjoni vs Il‑Pajjiżi l‑Baxxi

    (Kawża C‑255/08)

    “Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu – Direttiva 85/337/KEE – Stima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent – Determinazzjoni tal-limiti – Daqs tal-proġett –Traspożizzjoni inkompleta”

    Ambjent - Evalwazzjoni tal-effetti ta’ ċerti proġetti fuq l-ambjent – Direttiva 85/337 - Sottomissjoni għal evalwazzjoni ta’ proġetti fil-klassijiet imsemmija fl-Anness II - Setgħa diskrezzjonali tal-Istati Membri - Limiti (Direttiva tal-Kunsill 85/337, kif emendata bid-Direttivi 97/11 u 2003/35, Artikoli 2(1), 3 u 4(2) u (3), u Annessi II u III) (ara l-punti 29-35, 39, 42, 43 u d-dispożittiv)

    Suġġett

    Nuqqas ta’ Stat li jwettaq obbligu - Traspożizzjoni inkorretta tal-Artikolu 4(2) u (3), moqri flimkien mal-Annessi II u III tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l-istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttivi 97/11/KE u 2003/35 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 1, p. 248).

    Dispożittiv

    1)

    Billi ma adottax id-dispożizzjonijiet kollha neċessarji sabiex il-proġetti li jista’ jkollhom effetti notevoli fuq l-ambjent ikunu, skont l-Artikolu 4(2) u (3) tad-Direttiva tal-Kunsill 85/337/KEE, tas-27 ta’ Ġunju 1985, dwar l‑istima tal-effetti ta’ ċerti proġetti pubbliċi u privati fuq l-ambjent, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 97/11/KE, tat-3 ta’ Marzu 1997, u bid-Direttiva 2003/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-26 ta’ Mejju 2003, l-imsemmi artikolu moqri flimkien mal-Annessi II u III ta’ din id-direttiva, suġġetti għal proċedura ta’ approvazzjoni u għal evalwazzjoni ta’ dawn l-effetti, ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi naqas milli jwettaq l-obbligi tiegħu taħt l-imsemmija direttiva.

    2)

    Ir-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi huwa kkundannat għall-ispejjeż.

    Fuq