Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62007CC0441

    Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Kokott - 17 ta' Settembru 2009.
    Il-Kummissjoni Ewropea vs Alrosa Company Ltd.
    Appell - Pożizzjoni dominanti - Regolament (KE) Nru 1/2003 - Suq dinji tad-djamanti mhux maħduma - Impenji individwali offruti minn kumpannija li jirrigwardaw it-terminazzjoni tax-xiri tagħha ta’ djamanti mhux maħduma minn kumpannija oħra - Deċiżjoni li tagħmel l-impenji individwali offruti minn kumpannija vinkolanti u li ttemm il-proċedura.
    Kawża C-441/07 P.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza 2010 I-05949

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2009:555

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    KOKOTT

    ippreżentati fis-17 ta’ Settembru 2009 1(1)

    Kawża C‑441/07 P

    Il-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej

    vs

    Alrosa Company Ltd.

    “Appell – Kompetizzjoni – Abbuż minn pożizzjoni dominanti (Artikoli 82 KE u 54 ŻEE) – Suq dinji tal-produzzjoni u tal-provvista ta’ djamanti mhux maħduma – Impenji tal-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti – Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tirrendi vinkolanti l-impenji [Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003] – Prinċipju ta’ proporzjonalità – Libertà kuntrattwali – Dritt għal smigħ”







    Werrej


    I –   Introduzzjoni

    II – Il-kuntest ġuridiku

    A –   Ir-Regolament Nru 1/2003

    B –   Ir-Regolament Nru 773/2004

    III – Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura amministrattiva

    IV – Il-proċedura ġudizzjarja

    V –   Evalwazzjoni tal-aggravji

    A –   L-ewwel aggravju: kwistjonijiet ta’ mertu marbuta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    1.     Osservazzjoni preliminari fuq l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    2.     Ir-rekwiżiti dwar il-proporzjonalitŕ tad-deċiżjonijiet dwar l-impenji (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju)

    3.     Stħarriġ konkret tal-proporzjonalità tad-deċiżjoni dwar l-impenji (it-tieni parti tal-ewwel aggravju)

    a)     Fuq il-qbiż tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    i)     L-eżistenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni

    ii)   Il-ksur tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    b)     Fuq l-ilmenti l-oħra tal-Kummissjoni fir-rigward tal-modus operandi tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    i)     Fuq l-allegat “żnaturament tal-portata tal-investigazzjoni preliminari”

    ii)   Fuq il-kunsiderazzjoni unilaterali tal-argument u tal-interessi ta’ Alrosa

    iii) Fuq il-kwalifika ġuridikament żbaljata tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003

    iv)   Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 82 KE

    –       Fuq in-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni ta’ De Beers bħala produttriċi

    –       Fuq in-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-eventwalità ta’ aġir abbużiv tal-offerenti fil-kuntest tal-bejgħ b’irkant

    B –   It-tieni aggravju: id-dritt għal smigħ fil-proċedura amministrattiva

    1.     Kwistjoni preliminari: it-tieni aggravju huwa irrilevanti?

    2.     L-eżami tat-tieni aggravju

    a)     Fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni (l-ewwel parti tat-tieni aggravju)

    b)     Fuq il-prinċipju ne ultra petita u fuq id-dritt għal smigħ xieraq (it-tieni parti tat-tieni aggravju)

    i)     Fuq il-prinċipju ne ultra petita

    ii)   Fuq id-dritt għal smigħ xieraq

    ċ)     Fuq l-effetti ta’ żball eventwali dwar id-dritt għal smigħ fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ir-raba’ parti tat-tieni aggravju)

    d)     Fuq il-portata tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa (it-tielet parti tat-tieni aggravju)

    i)     Osservazzjoni preliminari

    ii)   Fuq l-ilment tal-Kummissjoni

    C –   Konklużjoni parzjali

    VI – Evalwazzjoni tar-rikors tal-ewwel istanza mressaq minn Alrosa

    A –   Il-legalità formali tad-deċiżjoni kkontestata (l-ewwel motiv fl-ewwel istanza)

    1.     Id-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    2.     Is-suġġett tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    3.     In-nuqqas ta’ ksur tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    B –   Il-legalità sostantiva tad-deċiżjoni kkontestata (it-tieni u t-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    1.     Fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (it-tieni motiv fl-ewwel istanza)

    a)     Fuq il-legalità li jkunu offruti impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003

    b)     Fuq il-limitazzjoni fiż-żmien tal-validitŕ ta’ deċiżjoni dwar l-impenji

    ċ)     Konklużjoni parzjali

    2.     Fuq il-ksur tal-Artikolu 82 KE, tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, u tal-prinċipji tal-libertà kuntrattwali u ta’ proporzjonalità (it-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    a)     Fuq il-libertà kuntrattwali (l-ewwel parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    b)     Fuq il-proporzjonalità (it-tieni parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    i)     Fuq l-eżistenza ta’ problema fil-qasam tal-kompetizzjoni

    ii)   Fuq l-idoneità u l-ħtieġa tal-impenji individwali ta’ De Beers

    iii) Fuq il-proporzjonalità fis-sens strett tat-terminu

    iv)   Fuq l-allegata diskriminazzjoni ta’ Alrosa

    v)     Konklużjoni parzjali

    Ċ –   Konklużjoni parzjali

    VII – Fuq l-ispejjeż

    VIII – Konklużjoni



    I –    Introduzzjoni

    1.        Liema rekwiżiti jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità meta l-Kummissjoni Ewropea, bħala awtorità tal-kompetizzjoni, taċċetta u tirrendi vinkolanti l-impenji (2) ta’ impriża, li jkollhom effetti fuq l-interessi ta’ impriża oħra? Din id-domanda, li hija ferm rilevanti għall-iżvilupp tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni, hija l-kwistjoni ċentrali f’dan l-appell. Mir-risposta tagħha tiddependi b’mod deċiżiv l-identifikazzjoni tal-portata tal-kompetenza l-ġdida li jiġu adottati deċiżjonijiet vinkolanti fuq l-impenji mogħtija lill-Kummissjoni fl-Artikolu 9 tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 (3). Madankollu, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja għandha jkollha effett anki fuq oqsma oħrajn tal-liġi tal-kompetizzjoni, u b’mod partikolari fuq id-dritt dwar l-għajnuna mill-Istat u fuq il-kontroll tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni.

    2.        Din il-kawża hija msejsa fuq impenn li l-impriża De Beers adottat fl-2006 fil-konfront tal-Kummissjoni, sabiex tevita l-akkuża ta’ abbuż minn pożizzjoni dominanti fis-suq (Artikolu 82 KE). Bħala l-ikbar impriża fuq livell dinji fil-kummerċ tad-djamanti, il-kumpannija De Beers intrabtet sabiex fil-ġejjieni, ma tixtrix iktar djamanti mhux maħduma mingħand Alrosa, it-tieni l-ikbar produttriċi fis-suq, li jfisser it-tmiem ta’ relazzjoni kummerċjali twila bejn iż-żewġ gruppi ta’ kumpanniji. Il-Kummissjoni għamlet dan l-impenn obbligatorju għal De Beers billi adottat deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (4). Alrosa temmen li dan l-impenn huwa sproporzjonat, u barra minn hekk tikkunsidra li nkiser id-dritt għal smigħ tagħha. Quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, hija kisbet l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (5). Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni ressqet dan l-appell.

    3.        Il-kawża bejn il-Kummissjoni u Alrosa turi kemm jista’ jkun diffiċli l-eżerċizzju ta’ evalwazzjoni, f’dan il-każ, biex jiġu bbilanċjati b’mod ekwu l-interess għal implementazzjoni effettiva tal-liġi tal-kompetizzjoni u l-interessi individwali tal-impriżi mingħajr ma jiġu ppenalizzati la d-drittijiet proċedurali u lanqas l-ekonomija tal-kawża.

    II – Il-kuntest ġuridiku

    4.        Il-kuntest ġuridiku f’din il-kawża jikkonsisti, minbarra mill-Artikolu 82 KE u mill-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE, minn diversi dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 u tar-Regolament (KE) Nru 773/2004 (6).

    A –    Ir-Regolament Nru 1/2003

    5.        Permezz tar-Regolament Nru 1/2003, fis-seħħ mill-1 ta’ Mejju 2004 (7), ġie mmodernizzat id-dritt proċedurali fil-qasam tal-akkordji u ġew estiżi l-kompetenzi tal-Kummissjoni bħala awtorità tal‑kompetizzjoni.

    6.        Fost il-kompetenzi l-ġodda tal-Kummissjoni hemm, b’mod partikolari, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, intitolat “Rabta[impenn]” u li jipprovdi dan li ġej:

    “1.      Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni li tirrikjedi li ksur jinġieb fit-temm [tmiem] u l-impriża konċernata toffri rabta [impenn] li tilħaq il-konċerni espressi lilhom mil-Kummissjoni fl-istima preliminari, il-Kummissjoni tista b’deċiżjoni tagħmel dak l-rbit vinkolanti fuq l-impriża. Deċiżjoni bħal din tista tiġi adottata għal perjodu speċifiku u ħa [għandha] tikkonkludi li ma hemmx aktar raġuni għall-azzjoni mil-Kummissjoni.

    2.      Il-Kummissjoni tista’, fuq it-talba jew l-inizjattiva tagħha, terġa tiftaħ il-proċeduri:

    (a)      fejn hemm bidla materjali f’kwalunkwe min dawn il-fatti li fuqhom ġiet ibbażata d-deċiżjoni;

    (b)      fejn l-impriża konċernata tagixxi għal kontrarju tal-irbit tagħhom; jew

    (ċ)      fejn id-deċiżjoni ġiet ibbażata fuq informazzjoni inkompluta, inkorreta jew qarrieqa previsti mil-partijiet”.

    7.        Barra minn hekk, għandu jissemma wkoll l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003; din id-dispożizzjoni hija intitolata “Is-sejba u t-temm tal-ksur”, u fl-Artikolu 7(1) tistabbilixxi:

    “Fejn il-Kummissjoni, taggixxi fuq ilment jew fuq l-inizjattiva proprja tagħha, issib li hemm ksur ta’ l-Artikolu 81 jew ta’ l-Artikolu 82 tat-Trattat, tista’ b’deċiżjoni tirrikjedi l-impriża u l-assoċjazzjoni tal-impriża konċernata li itemm dan il-ksur. Għal dan il-għan, tista’ timponi fuqhom kwalunkwe rimedju komportamentali jew strutturali li huma proporzjonali għall-ksur kommess u neċessarju biex iġib fit-temm dan il-ksur […]”.

    8.        L-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, li jirregola s-smigħ tal-partijiet, ta’ min ressaq l-ilmenti u tat-terzi, jipprovdi dan li ġej:

    “1.      Qabel ma jiġu meħuda d-deċiżjonijiet kif previsti mil-Artikoli 7, 8, 23 u l-Artikolu 24(2), il-Kummissjoni ħa tagħti l-impriża u l-assoċjazzjoni ta’ l-impriża li huma suġġetti għal proċeduri kondotti mil-Kummissjoni l-opportunità li jiġu msemma’ fuq matterji li l-Kummissjoni kellha oġġezzjoni fuqhom. Il-Kummissjoni ħa tibbaża d-deċiżjoni tagħha biss fuq l-oġġezzjonijiet li l-partijiet konċernati kienu kapaċi jikkummentaw fuqhom. L-ilmenti ħa jkunu assoċjati mil-viċin mal-proċeduri.

    2.      Id-dritt tad-difiża tal-partijiet konċernati ħa [għandhom] jkunu rispettati kompletament fil-proċeduri. Huma ħa [għandhom] jkunu intitolati li jkollhom aċċess lil file tal-Kummissjoni, suġġett għall-interess leġitimu ta’ l-impriża fil-prottezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ. […]

    3.      Jekk il-Kummissjoni tikkonsidrah neċessarju, hi tista’ ukoll tisma lil persuni oħra naturali jew legali. Applikazzjonijiet li jridu jiġu msemma fuq parti tal-persuna ħa, fejn juru interess suffiċjenti, jiġu mogħtija. […]

    4.      Fejn il-Kummissjoni qed taħseb li tadotta deċiżjoni skond l-Artikolu 9 jew l-Artikolu 10, hi ħa [għandha] tippublika il-każ konċiż u fil-qosor u l-kontenut prinċipali ta’ l-irbit [tal-impenn] jew ta’ azzjoni proposta. Terzi persuni interessati jistgħu jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom fl-limitu ta’ żmien stipulat mill-Kummissjoni fil-pubblikazzjoni tagħha u dan ma jistax ikun iqsar minn xahar. Il-publikazzjoni tieħu konsiderazzjoni ta’ l-interess leġittimu ta’ l-impriża fil-protezzjoni tas-sigrieti tal-kummerċ tagħhom.”

    B –    Ir-Regolament Nru 773/2004

    9.        Permezz tar-Regolament Nru 773/2004, li daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2004, il-Kummissjoni adottat dispożizzjonijiet dwar l-implementazzjoni tar-Regolament Nru 1/2003 (8).

    10.      Meta ngħatat id-deċiżjoni kkontestata, l-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 773/2004 kien jipprovdi dan li ġej:

    “1.      Il-Kummissjoni għandha tgħarraf lill-partijiet ikkonċernati bil-miktub bl-oġġezzjonijiet magħmula kontra tagħhom. Id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet għandha tkun innotifikata li kull waħda minnhom.

    2.      Il-Kummissjoni għandha, meta tinnotifika d-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet lill-partijiet ikkonċernati, tistabbilixxi limitu ta’ żmien li fih dawn il-partijiet jistgħu jinformawha bil-miktub bil-veduti tagħhom. Il-Kummissjoni m’għandhiex tkun obbligata tqis sottomissjonijiet miktuba rċevuti wara l-iskadenza ta’ dak il-limitu ta’ żmien.

    […]”

    11.      Barra minn hekk, l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 773/2004 jipprovdi:

    “Jekk tintalab dan, il-Kummissjoni għandha tagħti aċċess għall-file lill-(tal-)partijiet lil lilhom tkun indirizzat id-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet. Aċċess għandu jingħata wara n-notifika tad-dikjarazzjoni ta’ oġġezzjonijiet.”

    12.      L-emendi għar-Regolament Nru 773/2004, li saru sadanittant (9), daħlu fis-seħħ wara biss li ġiet adottata d-deċiżjoni kkontestata, u għaldaqstant, ma humiex applikabbli għal din il-kawża.

    III – Il-fatti li wasslu għall-kawża u l-proċedura amministrattiva

    13.      Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (10), il-fatti li wasslu għal din il-kawża u l-proċedura amministrattiva li saret quddiem il-Kummissjoni huma dawn li ġejjin.

    14.      Alrosa Company Ltd (11) hija kumpannija bl-uffiċċju rreġistrat tagħha f’Mirny (ir-Russja). B’mod partikolari, hija topera fis-suq dinji tal-produzzjoni u tal-provvista ta’ djamanti mhux maħduma, fejn tokkupa t-tieni post. Hija essenzjalment attiva fir-Russja. Hemmhekk, hija twettaq attivitajiet ta’ esplorazzjoni, ta’ estrazzjoni, ta’ evalwazzjoni u ta’ provvista, kif ukoll attività ta’ ġojjellerija.

    15.      De-Beers-Gruppe (12), li l-kumpannija holding prinċipali tiegħu hija De Beers SA, li għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha fil-Lussemburgu, jopera fis-suq dinji tal-produzzjoni u tal-provvista ta’ djamanti mhux maħduma, fejn jokkupa l-ewwel post. Huwa fuq kollox attiv fl-Afrika t’Isfel, fil-Botswana, fin-Namibja u fit-Tanzanija, kif ukoll fir-Renju Unit. Hemmhekk, huwa jwettaq attivitajiet ta’ esplorazzjoni, ta’ estrazzjoni, ta’ evalwazzjoni, ta’ provvista, ta’ negozju u ta’ fabbrikazzjoni, kif ukoll attività ta’ ġojjellerija, u b’hekk ikopri s-settur kollu tad-djamanti.

    16.      Fil-5 ta’ Marzu 2002, Alrosa u De Beers innotifikaw lill-Kummissjoni ftehim li kien ġie konkluż fis-17 ta’ Diċembru 2001 bejn Alrosa u żewġ kumpanniji sussidjarji tal-grupp De Beers. B’din in-notifika, huma kellhom l-għan li jiksbu attestazzjoni negattiva jew eżenzjoni għall-ftehim tagħhom skont ir-Regolament Nru 17 li dak iż-żmien kien għadu fis-seħħ (13).

    17.      Essenzjalment, il-ftehim innotifikat, li ġie konkluż fil-kuntest ta’ relazzjonijiet kummerċjali li kienu ilhom jeżistu għal żmien twil bejn Alrosa u De Beers, kellu bħala suġġett il-provvista ta’ djamanti mhux maħduma. Il-ftehim ġie konkluż għal perijodu ta’ ħames snin li kellu jibda jiddekorri mid-data li fiha l-Kummissjoni kellha tikkonferma liż-żewġ partijiet kontraenti li dan ma kienx jikser l-Artikolu 81 KE jew l-Artikolu 82 KE.

    18.      Matul dan il-perijodu, Alrosa impenjat ruħha sabiex tbiegħ lil De Beers djamanti naturali mhux maħduma prodotti fir-Russja f’ammont ta’ USD 800 miljun fis-sena, filwaqt li De Beers impenjat ruħha li tixtrihom mingħandha. Madankollu, fir-raba’ u fil-ħames sena tal-implementazzjoni tal-ftehim innotifikat, Alrosa kienet awtorizzata li tnaqqas dan l-ammont għal USD 700 miljun. L-ammont ta’ USD 800 miljun, stabbilit skont il-prezzijiet fis-seħħ fid-data meta ġie konkluż dan il-ftehim, kien jikkorrispondi għal madwar nofs il-produzzjoni annwali ta’ Alrosa u għat-totalità tal-produzzjoni esportata barra mill-Komunità tal-Istati Indipendenti (KSI).

    19.      Wara n-notifika, il-Kummissjoni fetħet żewġ proċeduri paralleli, waħda minnhom ibbażata fuq l-Artikolu 81 KE, u l-oħra fuq l-Artikolu 82 KE.

    20.      Fl-14 ta’ Jannar 2003, il-Kummissjoni bagħtet, min-naħa waħda, dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet lil Alrosa u lil De Beers (Każ COMP/E-3/38.381), li fiha hija sostniet li l-ftehim innotifikat seta’ jikkostitwixxi akkordju antikompetittiv ipprojbit mill-Artikolu 81(1) KE, u għalhekk ma setax jiġi eżentat skont l-Artikolu 81(3) KE. Min-naħa l-oħra, fl-istess ġurnata, hija bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet separata lil De Beers (Każ COMP/E-2/38.381), li fiha hija sostniet li l-ftehim seta’ jikkostitwixxi abbuż minn pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 82 KE.

    21.      Fil-31 ta’ Marzu 2003, Alrosa u De Beers bagħtu osservazzjonijiet komuni bil-miktub lill-Kummissjoni b’risposta għad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet magħmula fil-Każ COMP/E-3/38.381.

    22.      Fl-1 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni bagħtet dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet supplementari lil Alrosa u lil De Beers, li fiha hija qieset li l-ftehim innotifikat seta’ jikkostitwixxi akkordju antikompetittiv ipprojbit mill-Artikolu 53(1) tal-Ftehim ŻEE, u għalhekk ma setax jiġi eżentat skont l-Artikolu 53(3) tal-Ftehim ŻEE. Fl-istess ġurnata, hija bagħtet ukoll dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet supplementari separata lil De Beers li kienet tgħid li l-ftehim innotifikat seta’ jikkostitwixxi abbuż minn pożizzjoni dominanti pprojbit mill-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE.

    23.      Fis-7 ta’ Lulju 2003, il-Kummissjoni semgħet l-osservazzjonijiet orali ta’ Alrosa u ta’ De Beers.

    24.      Fit-12 ta’ Settembru 2003, Alrosa pproponiet impenji (14) li kienu intiżi sabiex jitnaqqsu, b’mod progressiv, il-kwantitajiet ta’ djamanti mhux maħduma mibjugħa lil De Beers mis-sitt sena wara d-dħul fis-seħħ tal-ftehim innotifikat u, mill-2013, impenn li ma tbiegħx iktar djamanti mhux maħduma lil De Beers. Madankollu, sussegwentement, Alrosa irtirat dawn l-impenji.

    25.      Fl-14 ta’ Diċembru 2004, Alrosa u De Beers ippreżentaw flimkien impenji(15) intiżi sabiex jirrispondu għat-tħassib li l-Kummissjoni kienet informathom dwaru. Dawn l-impenji kollettivi kienu jipprovdu għat-tnaqqis b’mod progressiv tal-bejgħ ta’ djamanti mhux maħduma minn Alrosa lil De Beers, li l-valur tagħhom kellu jinżel minn USD 700 miljun fl-2005 għal USD 275 miljun fl-2010; għall-perijodu sussegwenti, il-limitu massimu tagħhom kellu jkun stabbilit fuq dan il-livell.

    26.      Fit-3 ta’ Ġunju 2005, fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, il-Kummissjoni ppubblikat komunikazzjoni dwar dawn l-impenji kollettivi (16). Fiha, din stiednet lil terzi interessati sabiex jippreżentawlha l-osservazzjonijiet tagħhom fi żmien xahar. Il-Kummissjoni ddikjarat ukoll li kellha l-intenzjoni li tadotta deċiżjoni li permezz tagħha l-impenji kollettivi kellhom isiru vinkolanti, bla ħsara għall-eżitu tal-investigazzjoni tas-suq.

    27.      Wara din il-pubblikazzjoni, 21 terzi interessati ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom lill-Kummissjoni, li Alrosa u De Beers ġew informati bihom fis-27 ta’ Ottubru 2005. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni stiednet liż-żewġ impriżi, fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, sabiex jippreżentawlha, sal-aħħar taۥ Novembru 2005, impenji kollettivi ġodda fis-sens ta’ waqfien komplet tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom sa mill-2009.

    28.      Fil-25 ta’ Jannar 2006, De Beers ippreżentat impenji individwali (17) intiżi sabiex jirrispondu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni (18). Dawn l-impenji individwali kienu jipprevedu t-tnaqqis b’mod progressiv tax-xiri ta’ djamanti mhux maħduma ta’ De Beers mingħand Alrosa; il-valur ta’ dan ix-xiri kellu jinżel minn USD 600 miljun fl-2006 għal USD 400 miljun fl-2008; wara, ix-xiri kellu jieqaf għalkollox.

    29.      Fis-26 ta’ Jannar 2006, il-Kummissjoni bagħtet lil Alrosa silta mill-imsemmija impenji individwali ta’ De Beers, u stednitha sabiex tippreżenta l-osservazzjonijiet tagħha. Fl-istess ħin, hija bagħtitilha kopja tal-verżjonijiet mhux kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet li għamlu t-terzi.

    30.      Sussegwentement, sar skambju ta’ opinjonijiet bejn ir-rikorrenti u l-Kummissjoni fir-rigward ta’ ċerti aspetti tal-proċedura pprovduti mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-konsegwenzi tagħhom f’dan il-każ. Il-punti prinċipali li ġew diskussi kienu l-aċċess għall-fajl kif ukoll il-kwistjoni tad-drittijiet tad-difiża u, b’mod partikolari, tad-dritt għal smigħ. Barra minn hekk, fl-ittra tagħha tas-6 ta’ Frar 2006, Alrosa ħadet pożizzjoni dwar l-impenji individwali ta’ De Beers u dwar il-kummenti tat-terzi.

    31.      Fit-22 ta’ Frar 2006, il-Kummissjoni adottat id-deċiżjoni kkontestata, li fl-Artikolu 1 tagħha kienet tipprovdi: “[l]-impenji elenkati fl-anness huma vinkolanti fir-rigward ta’ De Beers [SA]” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. L-Artikolu 2 ta’ din id-deċiżjoni jipprovdi dan li ġej: “[i]l-proċedura mibdija f’dan il-każ hija magħluqa” [traduzzjoni mhux uffiċjali]. Id-deċiżjoni kkontestata ġiet adottata fil-proċedura bbażata fuq l-Artikoli 82 KE u 54 tal-Ftehim ŻEE. Għaldaqstant, il-proċedura parallela bbażata fuq l-Artikolu 81 KE u 53 tal-Ftehim ŻEE kienet superfluwa (19).

    IV – Il-proċedura ġudizzjarja

    32.      Fid-29 ta’ Ġunju 2006, Alrosa ressqet rikors quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza kontra d-deċiżjoni kkontestata, fejn talbet li din tiġi annullata u li l-Kummissjoni tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. Min-naħa tagħha, il-Kummissjoni talbet li r-rikors jinċaħad bħala infondat u li Alrosa tiġi kkundannata tbati l-ispejjeż. Skont l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza, ġiet applikata proċedura mgħaġġla (20).

    33.      Bis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza, fil-11 ta’ Lulju 2007, laqgħet ir-rikors ta’ Alrosa. Hija annullat id-deċiżjoni kkontestata u kkundannat lill-Kummissjoni tbati l-ispejjeż tagħha u dawk ta’ Alrosa.

    34.      Bl-appell tagħha, ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, fl-24 ta’ Settembru 2007 (21), il-Kummissjoni issa qed titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    –        tannulla s-sentenza appellata,

    –        tagħti deċiżjoni definittiva fuq il-mertu u tiċħad bħala infondat ir-rikors għal annullament imressaq fil-Kawża T-170/06, u

    –        tikkundanna lir-rikorrenti fil-Kawża T-170/06 għall-ispejjeż tal-Kummissjoni fiż-żewġ istanzi.

    35.      Min-naħa tagħha, Alrosa titlob sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha:

    –        tiċħad l-appell,

    –        tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u għall-ispejjeż ġudizzjarji u extraġudizzjarji ta’ Alrosa li jirriżultaw minn din il-kawża, u

    –        tadotta l-miżuri l-oħra kollha li l-Qorti tal-Ġustizzja tqis li jkunu xierqa.

    36.      Il-partijiet ippreżentaw l-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u, sussegwentement, fit-3 ta’ Ġunju 2009, it-trattazzjoni orali tagħhom.

    V –    Evalwazzjoni tal-aggravji

    37.      Il-Kummissjoni tinvoka żewġ aggravji kontra s-sentenza tal-ewwel istanza, fejn l-ewwel wieħed jikkonċerna kwistjonijiet ta’ mertu marbuta mal-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ proporzjonalità, filwaqt li t-tieni wieħed huwa marbut mad-dritt għal smigħ fil-proċedura amministrattiva.

    A –    L-ewwel aggravju: kwistjonijiet ta’ mertu marbuta mal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    38.      Bl-ewwel aggravju tagħha, essenzjalment, il-Kummissjoni tikkontesta lill-Qorti tal-Prim’Istanza interpretazzjoni u applikazzjoni żbaljati tal-prinċipju ta’ proporzjonalità f’dan il-każ. Barra minn hekk, f’dan il-kuntest, hija tosserva li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-Artikolu 82 KE, għamlet żbalji ta’ motivazzjoni, żnaturat il-fatti u qabżet il-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju.

    39.      Il-kwistjoni inizjali f’dan il-każ hija jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza rrikonoxxietx, ġustament, li seta’ kien hemm soluzzjonijiet alternattivi għall-impenji individwali ta’ De Beers – u speċjalment l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa – li kien ikollhom effetti inqas żvantaġġjużi fuq l-interessi ta’ Alrosa u li l-Kummissjoni ma kellhiex tinjorhom.

    1.      Osservazzjoni preliminari fuq l-applikabbiltà tal-prinċipju ta’ proporzjonalità

    40.      Fil-proċeduri fil-qasam tal-akkordji, il-Kummissjoni għandha l-għan li tiggarantixxi li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni fis-suq intern (Artikolu 3(1)(g) KE). Għal dan il-għan, il-Kummissjoni, minn naħa, tipproċedi kontra l-akkordji, id-deċiżjonijiet u l-prattiċi miftehma li jkollhom għan jew effett antikompetittiv (l-Artikolu 81 KE u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE) u min-naħa l-oħra, kontra l-abbuż minn pożizzjonijiet dominanti (l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE). Biex jirrispondu għat-tħassib tal-Kummissjoni fil-qasam tal-kompetizzjoni, l-impriżi jistgħu jfasslu impenji li l-Kummissjoni tista’ tagħmilhom vinkolanti permezz ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003.

    41.      Bħala prinċipju, bejn il-partijiet fil-proċedura huwa paċifiku li d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni li ġew adottati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom jissodisfaw il-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    42.      Huwa minnu li fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, b’differenza mill-Artikolu 7 tal-istess regolament, ma jsirx riferiment espliċitu għall-proporzjonalità. Madankollu, bħala prinċipju ġenerali tad-dritt Komunitarju, il-prinċipju ta’ proporzjonalità huwa l-punt ta’ riferiment sabiex tiġi evalwata l-legalità ta’ kwalunkwe att tal-istituzzjonijiet Komunitarji (22), inklużi d-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni fir-rwol tagħha bħala awtorità tal-kompetizzjoni (23).

    43.      Għalhekk, meta l-impenji ta’ impriża waħda jew iktar ikunu sproporzjonati b’relazzjoni mal-għan tal-Kummissjoni, li jikkonsisti f’li tiżgura li ma jkunx hemm distorsjoni tal-kompetizzjoni, hija ma tistax tiddikjarhom vinkolanti. Anzi, hija għandha tiġbed l-attenzjoni tal-impriża jew tal-impriżi dwar in-nuqqas ta’ proporzjonalità u, jekk ikun il-każ, tistedinhom sabiex jemendaw l-impenji tagħhom. Jekk pakkett ta’ impenji jkun jista’ jinqasam, il-Kummissjoni tista’ wkoll tirrendi vinkolanti biss parti mill-impenji (24).

    44.      Madankollu, l-identifikazzjoni eżatta tar-rekwiżiti li jirriżultaw mill-prinċipju ta’ proporzjonalità għad-deċiżjonijiet dwar l-impenji, skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, tat lok għal bosta diskussjonijiet bejn il-partijiet fil-proċedura.

    2.      Ir-rekwiżiti dwar il-proporzjonalità tad-deċiżjonijiet dwar l-impenji (l-ewwel parti tal-ewwel aggravju)

    45.      L-applikazzjoni, min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-kriterji korretti fl-istadju tal-istħarriġ tal-proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata, hija punt ta’ liġi li jista’ jitqajjem fil-kuntest ta’ appell (25).

    46.      Skont ġurisprudenza stabbilita, mill-prinċipju ta’ proporzjonalità jirriżulta li l-atti tal-istituzzjonijiet Komunitarji ma għandhomx jaqbżu l-limiti ta’ dak li huwa idoneu u meħtieġ sabiex jintlaħqu l-għanijiet leġittimi tal-leġiżlazzjoni inkwistjoni, bil-kundizzjoni li, meta tkun possibli għażla bejn diversi miżuri idonei, għandha tintgħażel dik l-inqas restrittiva, u li l-inkonvenjenti kkawżati ma għandhomx ikunu sproporzjonati meta pparagunati mal-għanijiet li għandhom jintlaħqu (26).

    47.      Is-sentenza appellata hija bbażata fuq is-suppożizzjoni li l-prinċipju ta’ proporzjonalità, fil-kuntest tad-deċiżjonijiet dwar l-impenji adottati skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, ikollu l-istess effetti bħal ma jkollu fil-kuntest tad-deċiżjonijiet ta’ projbizzjoni li jiġu adottati skont l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament (27). Skont il-Qorti tal-Prim’Istanza, l-Artikolu 7 u l-Artikolu 9 għandhom l-istess għan; l-unika karatteristika partikolari tal-Artikolu 9 hija li l-Kummissjoni tiġi eżentata milli tkompli bil-proċedura rregolata mill-Artikolu 85 KE, u b’mod partikolari mill-obbligu li tipprova l-ksur (28).

    48.      Il-Kummissjoni ġustament tikkritika dan l-approċċ tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

    49.      Il-Qorti tal-Prim’Istanza tinjora differenzi fundamentali bejn l-Artikolu 9 u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003, li huma partikolarment rilevanti għall-istħarriġ tal-proporzjonalità tad-deċiżjonijiet rispettivi tal-Kummissjoni.

    50.      B’differenza mill-Artikolu 7, l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 ma huwiex strument li għandu l-għan li jaċċerta l-ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni (29), iżda sempliċement jippermetti li l-Kummissjoni tirrispondi b’mod effettiv għall-ġejjieni dwar it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni.

    51.      Karatteristika partikolari tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 hija l-isforz tal-ekonomija tal-ġudizzju. Il-Kummissjoni ssolvi l-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li tidentifika hija stess mingħajr ma l-ewwel toqgħod taċċerta jekk kienx hemm ksur (30) f’kooperazzjoni mal-impriżi kkonċernati, fuq il-bażi ta’ impenji li l-impriżi stess joffru b’mod volontarju. Min-naħa l-oħra, fil-kuntest ta’ deċiżjoni skont l-Artikolu 7, għandha tkun hija stess li eventwalment issib ir-rimedji, u dan ifisser li din tkun meħtieġa li twettaq investigazzjonijiet iktar estiżi u itwal, kif ukoll evalwazzjoni sħiħa tal-fatti.

    52.      Il-karatteristiċi partikolari tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 għandhom effett doppju fuq l-istħarriġ tal-proporzjonalità tad-deċiżjonijiet dwar l-impenji adottati skont din id-dispożizzjoni.

    53.      L-ewwel nett, fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, għandhom jiġu stabbiliti rekwiżiti iktar rigorużi dwar l-idoneità tal-impenji li saru vinkolanti. Jekk dawn l-impenji ma jkunux manifestament idonei sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li tkun identifikat il-Kummissjoni, din tal-aħħar hija awtorizzata li tiċħadhom. B’dan il-mod biss jista’ jintlaħaq l-għan tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, li jikkonsisti f’li tiġi żgurata soluzzjoni fil-pront u effettiva tal-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni billi jkun evitat sforz ikbar mil-lat tal-investigazzjoni u tal-evalwazzjoni min-naħa tal-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ma għandiex taċċetta impenji li l-idoneità tagħhom tista’ tiġi evalwata biss wara li hija stess tkun għamlet eżami dettaljat.

    54.      It-tieni nett, fl-eżami tal-ħtieġa tal-impenji intiżi sabiex jiġu solvuti l-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-Kummissjoni, għandha ssir distinzjoni skont jekk dawn ikollhomx impatt fuq l-interessi tal-impriża li tkun offriet l-impenji jew inkella fuq l-interessi tat-terzi.

    55.      Filwaqt li l-ħtieġa b’relazzjoni mal-interessi tal-impriża li offriet l-impenji (f’dan il-każ: De Beers), tista’ mingħajr dubju tiġi preżunta (31), tali suppożizzjoni ma tiġix ikkunsidrata jekk jintlaqtu l-interessi tat-terzi (f’dan il-każ: Alrosa). Fil-fatt, l-impenji ma humiex derivanti mingħand dawn tal-aħħar, b’tali mod li anki n-natura volontarja tal-offerta ta’ impenn ma tistax tkun ta’ garanzija għall-protezzjoni tal-interessi tagħhom. Anzi, għandu dejjem isir stħarriġ, b’relazzjoni mal-interessi tat-terzi, jekk l-impenji jmorrux lil hinn minn dak li jkun meħtieġ biex jissolvew il-problemi relatati fil-qasam tal-kompetizzjoni.

    56.      Huwa minnu li l-Kummissjoni ma hijiex obbligata, b’relazzjoni mad-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, li tfittex hija stess alternattivi inqas restrittivi għall-impenji li jiġu proposti lilha. Minkejja dan, hija għandha tistħarreġ l-alternattivi kollha għal dawn l-impenji li tkun taf bihom – speċjalment, f’dan il-każ, l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa – sabiex tikkonstata jekk dawn ikunux jikkostitwixxu miżuri inqas rigorużi sabiex jissolvew il-problemi identifikati fil-qasam tal-kompetizzjoni, li jippreġudikaw bi ftit jew li bl-ebda mod ma jippreġudikaw l-interessi tat-terzi.

    57.      Madankollu, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni biss dawk l-alternattivi li jkunu idonei sabiex jissolvew il-problemi identifikati fil-qasam tal-kompetizzjoni b’mod simili għall-impenji li ġew proposti lilha. Għaldaqstant, kemm l-impenji effettivament offruti kif ukoll l-alternattivi eventwali għalihom għandhom ikunu manifestament idonei sabiex isolvu l-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni (32).

    58.      Għalhekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza kienet żbaljata meta ilmentat li l-Kummissjoni injorat “soluzzjonijiet alternattivi inqas restrittivi għall-impriżi […] billi tinvoka l-allegata diffikoltà tad-determinazzjoni tagħhom” (33). Fil-fatt, b’mod konformi mar-ratio u mal-għan tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, il-kunsiderazzjoni tal-alternattivi ma għandiex teżiġi investigazzjonijiet jew evalwazzjonijiet estiżi u ta’ żmien twil. Fil-proċedura skont l-Artikolu 9, il-Kummissjoni tista’ tonqos milli tikkunsidra l-alternattivi li ma tistax tikkonstata l-idoneità tagħhom b’ċertezza suffiċjenti mingħajr sforz bħal dan.

    59.      Għalhekk, b’differenza minn dak li ssostni l-Qorti tal-Prim’Istanza (34), huwa għalkollox possibbli li l-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Artikolu 9, tiċħad ċerti soluzzjonijiet li kellha teżamina fil-kuntest tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003. Fil-fatt, minħabba l-ekonomija tal-ġudizzju mixtieqa, l-għażla tal-miżuri li jistgħu jittieħdu inkunsiderazzjoni sabiex tissolva problema fil-qasam tal-kompetizzjoni għandha t-tendenza li tkun iktar ristretta fil-kuntest tal-Artikolu 9 milli forsi tkun fil-kuntest tal-Artikolu 7.

    60.      L-interess ġenerali li tinstab soluzzjoni fil-pront u ekonomika mil-lat proċedurali għall-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni jiġġustifika l-limitazzjoni tal-għażla tal-miżuri possibbli fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003. L-impriżi li joffru impenji partikolari jaċċettaw b’mod konsapevoli l-eventwalità li l-konċessjonijiet tagħhom eventwalment imorru lil hinn minn dak li l-Kummissjoni stess setgħet timponilhom, wara eżami preċiż, f’deċiżjoni skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003. Min-naħa tagħhom, huma jiksbu, permezz tal-arkivjar tal-proċedura fil-qasam tal-akkordji li nfetħet kontra tagħhom, iċ-ċertezza immedjata tad-dritt u jistgħu jevitaw il-konstatazzjoni, għalihom żvantaġġjuża, ta’ ksur tal-kompetizzjoni kif ukoll il-possibbiltà ta’ multi eventwali.

    61.      Fil-parti l-kbira, anki t-terzi jibbenefikaw mill-fatt li impriża, sabiex tipprevjeni deċiżjoni ta’ projbizzjoni, tagħti konċessjonijiet relattivament estiżi lill-Kummissjoni. Madankollu, kif evidentement jipprova dan il-każ, l-impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jistgħu xi kultant imorru kontra l-interessi ta’ xi terz. Dan iseħħ, b’mod partikolari, jekk it-terz ikun wera fiduċja fil-persistenza ta’ prattika, li tkun dubjuża mil-lat tal-liġi tal-kompetizzjoni, ta’ impriża li jkollha pożizzjoni dominanti. Madankollu, tali fiduċja, meta jiġi kkunsidrat l-interess ġenerali għal kompetizzjoni mhux distorta, għandha l-iktar l-iktar tkun protetta b’mod limitat.

    62.      Meta naqset milli tieħu inkunsiderazzjoni l-karatteristiċi partikolari tal-proċedura skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, il-Qorti tal-Prim’Istanza applikat kriterju ta’ proporzjonalità wisq rigoruż fil-konfront tad-deċiżjoni kkontestata, biex b’hekk wettqet żball ta’ liġi. Dan l-iżball ta’ liġi wassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Għaldaqstant, l-ewwel parti tal-ewwel aggravju hija fondata u tiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata.

    3.      Stħarriġ konkret tal-proporzjonalità tad-deċiżjoni dwar l-impenji (it-tieni parti tal-ewwel aggravju)

    63.      Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssemmi wkoll numru ta’ ilmenti dettaljati kontra s-sentenza appellata, li jikkonċernaw l-applikazzjoni konkreta tal-prinċipju ta’ proporzjonalità għal dan il-każ. Is-suġġett tal-ilmenti hija l-evalwazzjoni, li għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-alternattivi għall-impenji individwali ta’ De Beers li saru vinkolanti. Il-Qorti tal-Prim’Istanza waslet għall-konklużjoni li l-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-alternattivi (35).

    64.      Qabel kollox, Alrosa tikkontesta kategorikament l-ammissibbiltà tal-argument tal-Kummissjoni, peress li dan iqiegħed indiskussjoni biss l-evalwazzjoni tal-fatti li għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza.

    65.      Huwa minnu li l-appell huwa limitat għall-punti ta’ liġi u li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi tagħha għal dik li tkun għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza (36). Fil-fatt, skont l-Artikolu 225(1) KE u l-Artikolu 58(1) tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-Qorti tal-Prim’Istanza biss hija kompetenti sabiex tikkonstata l-fatti – ħlief f’każ fejn l-ineżattezza materjali tal-konstatazzjonijiet tagħha tirriżulta mill-proċess tal-kawża – u sabiex tevalwahom (37).

    66.      Tabilħaqq, prima facie jidher li l-Kummissjoni biħsiebha tinqeda b’din it-tieni parti tal-ewwel aggravju biss bħala skuża biex teżamina mill-ġdid l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi li għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza, u dan huwa inammissibbli fl-istadju tal-appell.

    67.      Madankollu, wara analiżi iktar dettaljata tal-ilmenti tal-Kummissjoni – li ġew ifformulati b’mod ferm komplikat – tista’ tiġi rikonoxxuta, inter alia, l-akkuża li l-Qorti tal-Prim’Istanza, meta stħarrġet il-proporzjonalità tad-deċiżjoni kkontestata, marret lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju. Din il-kwistjoni, li se neżamina issa b’mod prinċipali (ara t-taqsima a), hija punt ta’ liġi (38), li tista’ tiġi evalwata fl-istadju ta’ appell. Wara biħsiebni niddiskuti fil-qosor l-ilmenti l-oħra tal-Kummissjoni (ara t-taqsima b).

    a)      Fuq il-qbiż tal-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    68.      Il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza, meta ssostitwiet l-evalwazzjoni tagħha tal-kundizzjonijiet tas-suq minflok dik tal-Kummissjoni, marret lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju. B’mod partikolari, dan l-ilment huwa mmirat lejn il-punti 134, 135, 138 u 153 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddiskuti l-alternattivi possibbli għall-impenji individwali ta’ De Beers. Dawn huma magħmula, min-naħa waħda, mill-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa u, min-naħa l-oħra, mill-proposta ta’ Alrosa, jiġifieri li kull sena tbiegħ b’irkant lill-aħjar offerent parti mid-djamanti mhux maħduma tagħha.

    69.      Sabiex tiġi kkonstatata l-fondatezza ta’ dan l-ilment, għandu jiġi mistħarreġ, min-naħa waħda, jekk f’dan il-każ, il-Kummissjoni kellhiex marġni ta’ diskrezzjoni fl-evalwazzjoni tal-impenji offruti minn De Beers u, min-naħa l-oħra, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kisritx dan il-marġni ta’ diskrezzjoni.

    i)      L-eżistenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni

    70.      L-istħarriġ jekk ċerti miżuri jkunux idonei u meħtieġa sabiex tissolva problema fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġiet identifikata mill-Kummissjoni, jeħtieġ evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni (39).

    71.      B’differenza minn dak li ssostni l-Qorti tal-Prim’Istanza (40) rigward l-evalwazzjoni tal-impenji tal-impriżi, ma hemm l-ebda differenza fundamentali bejn il-proċedura pprovduta mill-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 u l-proċedura ta’ stħarriġ tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni. Fiż-żewġ każijiet, fil-fatt, il-Kummissjoni tintalab tadotta deċiżjoni prospettiva fejn għandu jiġi kkalkulat kif se jkun l-andament futur tas-suq meta jiġu kkunsidrati l-impenji. Il-fatt li, fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, il-“prattika eżistenti” tagħti lok għall-proċedura, ma taffetwax il-ħtieġa ta’ “evalwazzjoni ekonomika prospettiva”, li tħares lejn il-ġejjieni, tal-effetti fuq il-funzjonament tas-suq mistennija mill-impenji.

    72.      Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tagħti lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, l-istess marġni ta’ diskrezzjoni li għandha hija stess, skont il-ġurisprudenza, b’relazzjoni għall-evalwazzjoni tal-impenji meta jiġu kkontrollati l-konċentrazzjonijiet (41).

    73.      F’dan ir-rigward, hija irrilevanti l-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tgħid li f’dan il-każ, il-Kummissjoni ma għamlitx “evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi” (42). Il-konstatazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza fil-fatt tirreferi biss għall-“ide[n]tifikazzjoni ta’ soluzzjonijiet alternattivi” li l-Kummissjoni, skont il-Qorti tal-Prim’Istanza, irrifjutat li tagħmel. Madankollu, kif issemma iktar ’il fuq, il-Kummissjoni bl-ebda mod ma hija obbligata, fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, li tfittex hija stess tali alternattivi għall-impenji li ġew proposti lilha.

    74.      Huwa deċiżiv – u hawnhekk il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ evalwazzjoni – il-fatt li l-Kummissjoni, qabel ma tadotta kwalunkwe deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, għandha tagħmel evalwazzjoni tas-sitwazzjoni tas-suq li jinsabu fih l-impenji li ġew offruti lilha. Hija marbuta li tistħarreġ l-effetti li dawn l-impenji jkollhom fuq l-andament futur tas-suq u jekk l-alternattivi li hija taf bihom humiex ukoll idonei sabiex tissolva l-problema identifikata fil-qasam tal-kompetizzjoni. Dan diġà jeżiġi evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma osservatx li l-Kummissjoni naqset, f’dan il-każ, milli twettaq tali evalwazzjoni tal-andament tas-suq u tal-alternattivi li kienet taf bihom għall-impenji individwali ta’ De Beers.

    75.      Għalhekk, jirriżulta li, f’dan il-każ, il-Kummissjoni kellha marġni ta’ diskrezzjoni u li hija għamlet użu minnu. Iktar ’il quddiem għandu jiġi eżaminat jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza kisritx dan il-marġni ta’ diskrezzjoni, hekk kif ilmentat il-Kummissjoni.

    ii)    Il-ksur tal-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    76.      Il-Qorti tal-Prim’Istanza osservat li “[i]d-deċiżjoni [kkontestata] hija vvizzjata minn żball ta’ evalwazzjoni li, barra minn hekk, huwa manifest” (43). Għandu jiġi mistħarreġ jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza, meta waslet għal din il-konklużjoni, kinitx qed tissodisfa r-rekwiżiti legali jew jekk marritx lil hinn mil-limiti tal-istħarriġ ġudizzjarju rigward id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni.

    77.      L-eżistenza ta’ marġni ta’ diskrezzjoni fi kwistjonijiet ekonomiċi ma tfissirx li l-qorti Komunitarja trid tastjeni minn kwalunkwe stħarriġ tal-interpretazzjoni tal-informazzjoni ekonomika mwettqa mill-Kummissjoni. Anzi, hija awtorizzata teżamina l-legalità sostantiva tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni mil-lat tal-korrettezza tal-fatti u tal-preżenza ta’ żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni (44). F’dan ir-rigward, hija tista’ tistħarreġ mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi ppreżentati, l-affidabbiltà u l-koerenza tagħhom, iżda tista’ wkoll tikkonstata jekk dawn il-provi jikkostitwixxux l-informazzjoni kollha rilevanti li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tkun evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk tkunx tali li tikkorrabora l-konklużjonjiet li nġibdu minnha (45).

    78.      Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha kull dritt li tistħarreġ jekk il-fatti kkonstatati mill-Kummissjoni setgħux jikkorraboraw il-konklużjonijiet li ġibdet hija stess, u speċjalment li l-impenji individwali ta’ De Beers kienu mhux biss idonei, iżda anki meħtieġa sabiex tissolva l-problema identifikata fil-qasam tal-kompetizzjoni.

    79.      Kif sostniet ġustament il-Qorti tal-Prim’Istanza f’dan ir-rigward, il-prinċipju ta’ proporzjonalità jeżiġi li l-Kummissjoni, qabel ma tiddeċiedi dwar l-impenji, teżamina l-idoneità ta’ miżuri inqas restrittivi li tkun taf bihom hi; huwa biss jekk jirriżulta li dawn il-miżuri inqas restrittivi ma jkunux idonei sabiex tingħata risposta għat-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni identifikat minnha stess li din tkun tista’ tuża l-formola iktar restrittiva (46).

    80.      F’dan il-każ kien paċifiku li l-Kummissjoni kienet taf b’soluzzjonijiet alternattivi b’effetti inqas restrittivi għall-interessi ta’ Alrosa, jiġifieri, b’mod partikolari, l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa (47). Madankollu, il-Kummissjoni – fuq kollox fuq il-bażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq li wettqet – kienet waslet għall-konklużjoni li dawn is-soluzzjonijiet alternattivi ma kinux idonei biex jissolvew il-problemi identifikati minnha fil-qasam tal-kompetizzjoni (48).

    81.      Huwa biss kieku din l-aħħar konklużjoni tal-Kummissjoni ma setgħetx tiġi kkorroborata mill-fatti kkonstatati minnha stess li l-Qorti tal-Prim’Istanza setgħet tikkonstata li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni.

    82.      Is-sentenza appellata ma tissodisfax dawn ir-rekwiżiti.

    83.      Imkien fis-sentenza appellata l-Qorti tal-Prim’Istanza ma tasal għar-riżultat li l-konklużjoni adottata mill-Kummissjoni ma hijiex korroborata mill-fatti kkonstatati. Il-Qorti tal-Prim’Istanza sempliċement tesprimi l-evalwazzjoni differenti tagħha b’relazzjoni mal-idoneità ta’ soluzzjonijiet alternattivi għall-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-Kummissjoni.

    84.      Madankollu, sabiex jitqies li kien hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni, ma huwiex suffiċjenti li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma taqbilx mal-Kummissjoni. Jekk, tabilħaqq, il-fatti u l-provi juru li diversi evalwazzjonijiet kienu ġustifikabbli, il-fatt li l-Kummissjoni għażlet waħda minn dawn, anki jekk din ma tkunx dik li l-Qorti tal-Prim’Istanza temmen li kienet preferibbli, ma jistax jiġi kkritikat mil-lat ġuridiku. Ikun hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni biss jekk il-konklużjonijiet li tadotta l-Kummissjoni fuq il-bażi tal-fatti u tal-provi ma jkunux iktar ġustifikabbli (49), jiġifieri meta ma tkun tista’ tinstab l-ebda bażi raġonevoli għalihom (50).

    85.      Fis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma turix li l-konklużjonijiet adottati mill-Kummissjoni ma humiex ġustifikabbli. Anzi, essenzjalment, il-Qorti tal-Prim’Istanza esprimiet biss suppożizzjonijiet vagi u evalwazzjonijiet provviżorji. B’hekk, hija ssostni li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa setgħu ikunu idonei “prima facie […] sabiex jirrispondu għat-tħassib espress mill-Kummissjoni” (51), li De Beers “diffiċilment” setgħet tinfluwenza l-prezzijiet iffissati minn Alrosa, u li De Beers u Alrosa kienu jsibuha “diffiċilment konċepibbli” li jikkoordinaw il-politiki tal-prezzijiet tagħhom (52).

    86.      Mill-affermazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza ma jidhirx b’mod ċar jekk l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa kinux manifestamente idonei sabiex isolvu l-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-Kummissjoni, u wisq inqas jekk dawn kinux ukoll idonei bl-istess mod bħall-impenji individwali ta’ De Beers li fl-aħħar nett il-Kummissjoni għamlithom vinkolanti. Bil-kontra, il-Qorti tal-Prim’Istanza donnha diġà tikkunsidra bħala suffiċjenti li soluzzjoni alternattiva kienet “tnaqqas ir-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni” (53) u ma kinitx “neċessarjament tipperikola” il-kisba tal-għanijiet imfittxija mill-Kummissjoni (54). Madankollu, għall-finijiet ta’ evalwazzjoni korretta, il-Qorti tal-Prim’Istanza kellha tikkonstata b’mod pożittiv li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa kienu suffiċjenti sabiex jeskludu r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni u sabiex jintlaħqu l-għanijiet tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-kompetizzjoni.

    87.      Għaldaqstant, il-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza ma jissodisfawx ir-rekwiżiti legali msemmija iktar ’il fuq b’relazzjoni għal stħarriġ tal-proporzjonalità fil-kuntest tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (55).

    88.      Barra minn hekk, bl-affermazzjonijiet tagħha rigward l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa, il-Qorti tal-Prim’Istanza tabbanduna l-qasam tal-istħarriġ tal-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni u fir-realtà twettaq evalwazzjoni ekonomika kumplessa hija stess. Dan iseħħ, pereżempju, fil-każ tal-affermazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, li tgħid li tnaqqis, sa mill-2009, fil-bejgħ tad-djamanti mhux maħduma ta’ Alrosa lil De Beers ta’ 35 % tal-ammont mibjugħ fl-2004 (b’valur attwali ta’ USD 275 miljun) kien se jippermetti li t-terzi jkollhom aċċess effettiv għal sors alternattiv u indipendenti ta’ provvista (56). L-istess japplika għall-evalwazzjoni tal-proposta ta’ Alrosa, li kull sena tbiegħ b’irkant lill-aħjar offerent parti mid-djamanti mhux maħduma tagħha (57). Sabiex ma jiġux ikkunsidrati bħala sempliċi affermazzjonijiet, allegazzjonijiet bħal dawn kienu jeħtieġu analiżi bir-reqqa tal-kundizzjonijiet tas-suq, iżda f’dan ir-rigward, hija l-Kummissjoni li għandha l-kompetenza li twettaq tali analiżi, u mhux il-Qorti tal-Prim’Istanza.

    89.      Fil-proċedura tal-appell, il-Qorti tal-Ġustizzja ma għandiex taġixxi bħala arbitru bejn l-opinjonijiet differenti, mil-lat ekonomiku, tal-Qorti tal-Prim’Istanza u tal-Kummissjoni, u tiddeċiedi jekk għandhomx jiġu ppreferuti l-evalwazzjonijiet ta’ waħda jew l-oħra b’relazzjoni għall-idoneità ta’ soluzzjonijiet alternattivi. Fil-fatt, dan ikun ifisser li l-Qorti tal-Ġustizzja, min-naħa tagħha, tissostitwixxi b’mod inammissibbli l-evalwazzjoni tagħha minflok dik tal-Kummissjoni u tal-Qorti tal-Prim’Istanza, u tagħmel evalwazzjoni ekonomika kumplessa.

    90.      F’dan il-każ, huwa biss deċiżiv il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza ssostitwiet l-evalwazzjoni tagħha għal dik tal-Kummissjoni, biex b’hekk kisret, b’mod legalment żbaljat, il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni (58). Għaldaqstant, l-ilment tal-Kummissjoni għandu jintlaqa’. Peress li dan l-iżball ta’ liġi tal-Qorti tal-Prim’Istanza wassal għall-annullament tad-deċiżjoni kkontestata, huwa jiġġustifika wkoll l-annullament tas-sentenza appellata.

    b)      Fuq l-ilmenti l-oħra tal-Kummissjoni fir-rigward tal-modus operandi tal-Qorti tal-Prim’Istanza

    91.      Iktar ’il quddiem niddiskuti l-ilmenti l-oħra tal-Kummissjoni fil-kuntest ta’ din it-tieni parti tal-ewwel aggravju.

    i)      Fuq l-allegat “żnaturament tal-portata tal-investigazzjoni preliminari”

    92.      Il-Kummissjoni teċċeppixxi li l-Qorti tal-Prim’Istanza “żnaturat il-portata tal-investigazzjoni preliminari tagħha tal-każ”. Hija ttraskurat il-fatt li irrispettivament mill-ftehim kuntrattwali pproġettat, bejn De Beers u Alrosa, baqa’ jsir ċertu hekk imsejjaħ bejgħ ad hoc, skont il-prinċipju ta’ “willing buyer/willing seller”. Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat dan il-bejgħ ad hoc bħala biss prattika li kien hemm bejn iż-żewġ impriżi, madankollu mingħajr ma kkunsidrat l-effetti attwali ta’ dan il-bejgħ.

    93.      Din l-eċċezzjoni hija ammissibbli, peress li permezz tagħha qed jiġi sostnut żnaturament tal-fatti jew tal-provi (59).

    94.      Madankollu, l-ilment dwar iż-żnaturament tal-fatti jew tal-provi ma huwiex fondat fil-mertu. Fil-fatt, ikun hemm tali żnaturament biss meta, mingħajr ma jkun hemm għalfejn jiġu ammessi provi ġodda, ikun jidher b’mod ċar li l-evalwazzjoni tal-provi disponibbli ma tkunx eżatta (60). Dan ma jseħħx f’dan il-każ.

    95.      Huwa minnu li f’ċerti punti mis-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza semmiet, fil-kuntest tal-bejgħ ad hoc, “l-eżistenza ta’ relazzjonijiet li ilhom jeżistu għal żmien twil” bejn De Beers u Alrosa u rreferiet għal “prattiċi preċedenti” taż-żewġ impriżi (61). Madankollu, is-sentenza ma tinkludi fiha l-ebda element ċar li jwassal sabiex jitqies li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat il-bejgħ ad hoc esklużivament bħala fenomenu tal-imgħoddi u mhux anki bħala prattika persistenti taż-żewġ impriżi.

    96.      Għaldaqstant, din l-eċċezzjoni tal-Kummissjoni għandha tiġi miċħuda.

    ii)    Fuq il-kunsiderazzjoni unilaterali tal-argument u tal-interessi ta’ Alrosa

    97.      Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li s-sentenza appellata tinjora r-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ħadet inkunsiderazzjoni b’mod unilaterali l-interessi u l-osservazzjonijiet ta’ Alrosa, u tathom wisq importanza, filwaqt li injorat l-interessi tal-kompetizzjoni. Is-sentenza ma tikkunsidrax diversi argumenti tal-Kummissjoni, u essenzjalment sempliċement issostni li l-istħarriġ tal-proporzjonalità għandu karattru oġġettiv (62).

    98.      Kif tiċċara fir-replika tagħha, il-Kummissjoni tixtieq li dan l-argument jinftiehem bħala ilment rigward nuqqas ta’ motivazzjoni. Hija tikkunsidra li s-sentenza appellata hija kontradittorja u għandha motivazzjoni insuffiċjenti.

    99.      Il-kwistjoni jekk il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza tkunx kontradditorja jew insuffiċjenti hija punt ta’ liġi li jista’, bħala tali, jitqajjem fil-kuntest ta’ appell (63).

    100. Mil-lat sostantiv, l-obbligu tal-Qorti tal-Prim’Istanza li timmotiva d-deċiżjonijiet tagħha ma jistax jiġi interpretat bħala li hija għandha tirrispondi b’mod dettaljat għal kull argument dedott minn parti (64). Anzi, għandu jiġi kkunsidrat suffiċjenti jekk mill-motivazzjoni ta’ sentenza jirriżulta b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament li tkun segwiet il-Qorti tal-Prim’Istanza sabiex il-partijiet ikkonċernati jkunu jafu x’inhuma l-motivi tad-deċiżjoni li tkun adottat il-Qorti tal-Prim’Istanza u sabiex il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ twettaq l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (65).

    101. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza ssodisfat dawn ir-rekwiżiti. Għall-qarrej huwa faċli li jirrikonoxxi l-motivi li abbażi tagħhom il-Qorti tal-Prim’Istanza laqgħet ir-rikors ta’ Alrosa. Anki l-Kummissjoni ma kellha l-ebda diffikultà sabiex tifhem il-motivazzjoni u sabiex tikkontesta s-sentenza permezz ta’ appell estiż.

    102. Fir-realtà, jidhirli li l-ilment tal-Kummissjoni huwa dirett mhux lejn l-idoneità tal-motivazzjoni u għalhekk lejn ir-regolarità formali tas-sentenza appellata, iżda pjuttost lejn il-korrettezza tal-kontenut tagħha. Is-sempliċi fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza waslet, fuq il-mertu, għal konklużjoni differenti minn dik tal-appellant, minnu nnifsu ma jistax iwassal sabiex is-sentenza appellata tkun ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni (66).

    103. Għaldaqstant, l-ilment rigward in-nuqqas ta’ motivazzjoni huwa infondat.

    iii) Fuq il-kwalifika ġuridikament żbaljata tal-pubblikazzjoni skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003

    104. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssostni li l-Qorti tal-Prim’Istanza interpretat b’mod żbaljat il-komunikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjal skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003 (67). L-ilment tagħha huwa dirett lejn il-punti 136 u 192 tas-sentenza appellata. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeduċi, mis-sempliċi eżistenza tal-imsemmija komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali, li saħansitra l-Kummissjoni kkunsidrat li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa kienu “prima facie, japplikaw” it-tħassib fil-qasam tal-kompetizzjoni. Dan jiġi kkunsidrat mill-Kummissjoni bħala żnaturament tal-fatti jew bħala kwalifika ġuridikament żbaljata tal-komunikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali.

    105. Kemm żnaturament eventwali tal-fatti kif ukoll il-kwalifika ġuridika tagħhom jistgħu jiġu mistħarrġa fl-istadju tal-appell (68). Għaldaqstant, dan l-ilment tal-Kummissjoni huwa ammissibbli.

    106. Dan l-ilment imqajjem mill-Kummissjoni huwa korrett anki fuq il-mertu.

    107. Fil-punti 136, 192 u 194 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza tipprova torbot lill-Kummissjoni mal-evalwazzjoni inizjali tagħha tal-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa. Hija tikkunsidra din l-evalwazzjoni bħala ħjiel tal-fatt li l-impenji kollettivi kienu idonei sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-Kummissjoni.

    108. Meta għamlet din il-kunsiderazzjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza ttraskurat il-fatt li komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003 tista’ tkun ibbażata biss fuq evalwazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni. Ir-ratio u l-għan ta’ din il-komunikazzjoni jikkonsistu fl-offerta lit-terzi interessati, fil-kuntest ta’ investigazzjoni tas-suq, tal-opportunità li jagħmlu osservazzjonijiet dwar offerta ta’ impenn. Fuq il-bażi tar-riżultati ta’ din l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni għandha tivverifika l-evalwazzjoni provviżorja tagħha dwar is-sitwazzjoni tas-suq u tagħmel evalwazzjoni ġdida tal-idoneità tal-impenji intiżi sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni identifikati minnha stess. F’dan ir-rigward, l-investigazzjoni tas-suq mhux neċessarjament għandha tiżvela fatti jew ħsibijiet ġodda; mir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq tista’ tirriżulta anki evalwazzjoni mmodifikata ta’ fatti diġà magħrufa u, fl-aħħar mill-aħħar, tas-sitwazzjoni tas-suq. L-investigazzjoni tas-suq tkun farsa jekk din ma tkunx tista’ twassal għal modifika tal-pożizzjoni oriġinali tal-Kummissjoni.

    109. Jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza ma tistax tuża lanqas dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet bħala kriterju li permezz tiegħu tiġi mistħarrġa l-legalità ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni (69), dan għandu japplika iktar u iktar għal komunikazzjoni skont l-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003. Fil-fatt, komunikazzjoni ta’ din ix-xorta ma hija xejn għajr riproduzzjoni oħra tal-evalwazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni, u barra minn hekk hija ferm inqas dettaljata u hija bbażata biss fuq eżami sommarju tal-każ.

    110. Barra minn hekk, f’dan il-każ, anki mit-test tal-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali (70) kien jirriżulta b’mod ċar li l-Kummissjoni kienet għadha ma wettqitx evalwazzjoni definittiva tal-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa li diġà kienu offruti lilha. Minkejja li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet, mingħajr dubju, taf b’dan it-test (71), fis-sentenza appellata, hija ma tadottax il-konklużjonijiet xierqa b’relazzjoni man-natura provviżorja tal-evalwazzjonijiet tal-Kummissjoni inklużi fil-komunikazzjoni.

    111. Jekk il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-Ġurnal Uffiċjali tiġi kkunsidrata bħala ħjiel favur l-idoneità tal-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa, b’hekk il-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet kwalifika ġuridika mhux eżatta tal-fatti.

    112. Għaldaqstant, l-ilment tal-Kummissjoni rigward il-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali huwa fondat. Madankollu, dan iż-żball ta’ liġi, minnu nnifshu, ma jistax iwassal għall-annullament tas-sentenza appellata, peress li r-referenza għall-imsemmija komunikazzjoni hija biss waħda minn numru ta’ argumenti li fuqhom il-Qorti tal-Prim’Istanza bbażat il-kunsiderazzjonijiet tagħha rigward l-eżistenza u l-idoneità tas-soluzzjonijiet alternattivi (72).

    iv)    Fuq l-allegat ksur tal-Artikolu 82 KE

    113. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza kisret l-Artikolu 82 KE darbtejn fil-kuntest tal-istħarriġ tagħha tal-proporzjonalità.

    114. Is-suġġett ta’ dawn l-ilmenti huma l-kunsiderazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza b’relazzjoni għall-alternattivi possibbli għall-impenji individwali ta’ De Beers li saru vinkolanti. B’mod partikolari, il-Kummissjoni tikkontesta l-punti 152 u 153 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tieħu pożizzjoni dwar il-proposta ta’ Alrosa li kull sena tbiegħ b’irkant, lill-aħjar offerent, parti mid-djamanti mhux maħduma tagħha. L-ewwel nett, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset għalkollox milli tikkunsidra l-fatt li De Beers mhux biss hija l-ikbar xerrejja fis-suq tad-djamanti mhux maħduma, iżda li hija wkoll l-ikbar produttriċi fl-istess suq. It-tieni nett, il-Qorti tal-Prim’Istanza injorat il-fatt li anki l-bejgħ bl-irkant lill-aħjar offerent ma jistax jipprekludi l-abbuż minn pożizzjoni dominanti ta’ impriża meta jsiru l-offerti.

    115. Diversament minn Alrosa, ma nqisx li dan l-ilment huwa inammissibbli. Dan ma huwiex sempliċi skuża sabiex l-evalwazzjoni tal-fatti u tal-provi li għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza tiġi eżaminata mill-ġdid. Anzi, b’dan l-argument qed jitqajjem il-punt ta’ liġi dwar jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza, meta interpretat u applikat l-Artikolu 82 KE, applikatx il-kriterji korretti (73), u jekk injoratx aspetti ġuridikament rilevanti.

    –       Fuq in-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-pożizzjoni ta’ De Beers bħala produttriċi

    116. L-ewwel ilment ibbażat fuq l-Artikolu 82 KE huwa dirett b’mod speċifiku lejn il-punt 153 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeskrivi lil De Beers bħala x-“xerrejja l-iżjed importanti fis-suq”, madankollu mingħajr ma tiffaċċja l-fatt li De Beers hija anki l-ikbar produttriċi fl-istess suq.

    117. Ġustament, il-Kummissjoni tikkritika dan l-approċċ.

    118. Huwa minnu li l-Qorti tal-Prim’Istanza kienet, mingħajr dubju, taf li kemm De Beers kif ukoll Alrosa huma produtturi ta’ djamanti mhux maħduma (74). Madankollu, hija injorat għalkollox dan il-fatt meta eżaminat l-alternattivi eventwali għall-impenji individwali ta’ De Beers li saru vinkolanti. Fis-siltiet deċiżivi tal-motivazzjoni tas-sentenza, De Beers tiġi deskritta biss bħala l-iktar xerrejja importanti jiġifieri l-ikbar xerrejja fis-suq, li Alrosa, skont il-Qorti tal-Prim’Istanza, għandu jibqa’ jkollha aċċess għaliha (75).

    119. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Prim’Istanza tinjora l-fatt li, sabiex relazzjoni ta’ provvista li ilha teżisti żmien twil bejn żewġ impriżi tkun evalwata mil-lat tal-liġi tal-kompetizzjoni, huwa ferm rilevanti jekk tkunx teżisti jew le relazzjoni ta’ kompetizzjoni effettiva jew potenzjali bejn dawn iż-żewġ impriżi.

    120. Fil-fatt, jekk iż-żewġ impriżi joperaw fl-istess suq bħala produtturi, bħala prinċipju, ma huwiex konformi ma’ aġir kompetittiv normali l-fatt li waħda miż-żewġ impriżi tixtri regolarment il-produzzjoni tal-oħra – jew f’kull każ parti kunsiderevoli minnha – b’mod partikolari meta x-xerrejja jkollha pożizzjoni dominanti fis-suq. Meta sarulha domandi f’dan ir-rigward waqt is-seduta, anki Alrosa ammettiet dan il-fatt quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    121. Huwa minnu li anki impriża li jkollha pożizzjoni dominanti jkollha d-dritt li tipproteġi l-interessi kummerċjali tagħha. Madankollu, l-Artikolu 82 KE jipprekludi aġir ta’ impriża li jkollha pożizzjoni dominanti, li jkollu l-għan li jsaħħaħ din il-pożizzjoni u li jabbuża minnha (76).

    122. Huwa proprju abbuż ta’ din ix-xorta li wieħed għandu jibża’ minnu, meta impriża li jkollha pożizzjoni dominanti tixtri l-produzzjoni ta’ produttur ieħor li jopera fl-istess suq. Fil-fatt, dan il-produttur l-ieħor jiġi eżentat mill-ħtieġa li joħloq sistema ta’ distribuzzjoni tiegħu stess u li jidħol f’kompetizzjoni mal-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti. Dan jista’ jkollu effett ħażin fuq l-istruttura tas-suq u, fl-aħħar mill-aħħar, anki fuq il-konsumatur, iktar u iktar għaliex il-kompetizzjoni fis-suq inkwistjoni diġà hija mdgħajfa minħabba l-preżenza tal-impriża dominanti. Jeżisti r-riskju li l-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti, permezz tax-xiri tal-produzzjoni tal-produttur l-ieħor, tinfluwenza l-bejgħ b’detriment għall-konsumaturi, u b’hekk, fl-aħħar mill-aħħar, anki l-prezzijiet fis-suq inkwistjoni. Tali aġir imur lil hinn mill-protezzjoni – fil-prinċipju ammissibbli – tal-interessi leġittimi tal-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti.

    123. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ma semmietx, f’dan il-każ, ċirkustanzi speċjali li jistgħu jeskludu, b’mod eċċezzjonali, li kien hemm abbuż. Anzi, il-Qorti tal-Prim’Istanza naqset għalkollox milli tikkunsidra r-rwol doppju ta’ De Beers bħala l-ikbar produttriċi u l-iktar xerrejja importanti fuq livell dinji fis-suq tad-djamanti mhux maħduma, minkejja li l-Kummissjoni kienet ġibdet l-attenzjoni lejn din iċ-ċirkustanza (77). Madankollu, il-kunsiderazzjoni ta’ dan ir-rwol doppju kienet tkun indispensabbli sabiex ikun jista’ jiġi evalwat b’mod adegwat jekk il-bejgħ annwali b’irkant, lill-aħjar offerent, ta’ parti mid-djamanti ta’ Alrosa jistax ikun idoneu sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni, b’relazzjoni għall-Artikolu 82 KE, li ġew identifikati mill-Kummissjoni.

    124. Meta injorat din iċ-ċirkustanza sinjifikattiva, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta għamlet l-istħarriġ tal-proporzjonalità. Dan iż-żball ta’ liġi jiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata, peress li fuqu hija bbażata s-suppożizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tgħid li f’dan il-każ kien hemm soluzzjonijiet alternattivi idonei, li kienu inqas restrittivi għall-impriżi kkonċernati.

    –       Fuq in-nuqqas ta’ kunsiderazzjoni tal-eventwalità ta’ aġir abbużiv tal-offerenti fil-kuntest tal-bejgħ b’irkant

    125. It-tieni ilment ibbażat fuq l-Artikolu 82 KE huwa dirett lejn il-punti 152 u 153 tas-sentenza appellata, fejn il-Qorti tal-Prim’Istanza ssostni li l-bejgħ ad hoc ta’ Alrosa, permezz ta’ rkant lill-aħjar offerent, ma jistax, minnu nnifsu, imur kontra r-regoli tal-kompetizzjoni, saħansitra jekk dawn jimplikaw il-konferma jew it-tisħiħ, min-naħa ta’ De Beers, tar-rwol tagħha bħala l-ewwel kumpannija tas-suq.

    126. Ġustament, il-Kummissjoni tikkontesta dawn il-konklużjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza.

    127. F’din is-sede, fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza sempliċement tikkonstata li ma hemmx raġuni għalfejn wieħed jibża’ li De Beers tingħata trattament preferenzjali min-naħa ta’ Alrosa fil-kuntest tal-bejgħ b’irkant, peress li ma hemmx elementi favur l-applikazzjoni ta’ kriterji ta’ għoti ta’ kuntratti mhux oġġettivi min-naħa ta’ Alrosa (“kriterji differenti mill-kwalità tal-offerta ta’ xiri”) (78).

    128. B’dan il-mod, il-Qorti tal-Prim’Istanza tittraskura l-fatt li l-bejgħ b’irkant jista’ jagħti lok għal aġir abbużiv mhux biss min-naħa tal-bejjiegħ, iżda anki min-naħa tax-xerrejja. Fil-fatt, jekk f’bejgħ b’irkant tipparteċipa impriża li tipproduċi u tbiegħ hija stess prodotti li jikkompetu ma’ dawk li se jiġu rkantati u li jkollha wkoll pożizzjoni dominanti fis-suq inkwistjoni, tista’ sseħħ politika tal-prezzijiet predatorja. Tista’ tinħoloq sitwazzjoni fejn l-impriża dominanti tgħolli b’mod artifiċjali l-offerti sabiex tiżgura ruħha, permezz tal-eliminazzjoni ta’ persuni ikkonċernati oħrajn, mill-kontroll tal-produzzjoni tal-kompetitur tagħha, attwali jew potenzjali; dan jista’ jwassal għal tnaqqis fl-offerta fis-suq u, fl-aħħar mill-aħħar, għal żieda artifiċjali tal-prezzijiet b’detriment għall-konsumaturi. Skont l-Artikolu 82 KE, aġir ta’ din ix-xorta huwa abbużiv u jmur lil hinn mill-protezzjoni tal-interessi leġittimi tal-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti (79).

    129. Jekk l-offerenti jkollhomx tabilħaqq raġuni għalfejn jibżgħu minn tali aġir abbużiv min-naħa ta’ impriża li jkollha pożizzjoni dominanti, jiddependi ċertament minn evalwazzjoni globali taċ-ċirkustanzi tal-każ reali. Madankollu, is-sentenza appellata ma tinkludi l-ebda ħjiel tal-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza ddiskutiet din il-kwistjoni anki biss b’mod sommarju, u dan minkejja li l-allegazzjonijiet tal-Kummissjoni pprovdew okkażjoni għal dan. B’hekk, il-Kummissjoni enfasizzat kemm-il darba r-rwol ta’ De Beers bħala “market maker”, u ġibdet l-attenzjoni għat-tentattivi li saru sa dak il-mument minn De Beers sabiex tikkontrolla l-produzzjoni fis-suq tad-djamanti (80).

    130. Il-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat bħala suffiċjenti, f’dan il-każ, il-fatt li fit-twettiq tal-bejgħ b’irkant propost minn Alrosa ma kien hemm, min-naħa tal-bejjiegħ, l-ebda riskju ta’ abbuż fl-għoti tal-kuntratt. Madankollu, dan il-fatt, waħdu, ma huwiex suffiċjenti sabiex jeskludi, min-naħa tax-xerrejja, l-aġir abbużiv ta’ impriża li jkollha pożizzjoni dominanti.

    131. Billi ttraskurat dan l-aspett fundamentali, il-Qorti tal-Prim’Istanza, meta stħarrġet il-proporzjonalità, wettqet żball ta’ liġi. Dan l-iżball ta’ liġi jiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata, peress li fuqu hija bbażata s-suppożizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li f’dan il-każ kien hemm soluzzjonijiet alternattivi inqas restrittivi għall-impriżi kkonċernati.

    B –    It-tieni aggravju: id-dritt għal smigħ fil-proċedura amministrattiva

    132. Bit-tieni aggravju tagħha, il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza, essenzjalment, wettqet żbalji ta’ liġi b’relazzjoni għad-dritt għal smigħ fil-proċedura amministrattiva. Hija ssostni wkoll li l-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet ultra petita u terġa’ tilmenta minn nuqqasijiet ta’ motivazzjoni fis-sentenza appellata.

    1.      Kwistjoni preliminari: it-tieni aggravju huwa irrilevanti?

    133. Alrosa ssostni li dan it-tieni aggravju tal-Kummissjoni huwa irrilevanti, peress li huwa dirett kontra l-affermazzjonijiet inklużi fis-sentenza appellata li l-Qorti tal-Prim’Istanza għamlet biss ad abundantiam.

    134. Huwa minnu li lment tar-rikorrenti mqajjem fir-rigward ta’ punt tal-motivazzjoni tas-sentenza tal-ewwel istanza li ġie żviluppat ad abundantiam ma jistax iwassal għall-annullament tagħha, u għalhekk għandu jiġi miċħud peress li huwa ineffettiv jew irrilevanti (“inopérant”) (81). Madankollu, dan ma huwiex il-każ f’din il-kawża.

    135. Huwa minnu li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkwalifikat b’mod xejn ċar, “ad abundantiam”, l-affermazzjonijiet tagħha rigward il-ksur tad-dritt għal smigħ (82). Madankollu, dan ma jfissirx li dan huwa każ ta’ sempliċi obiter dicta. Anzi, dawn l-affermazzjonijiet jirrappreżentaw pilastru indipendenti ieħor tas-sentenza, li fuqu huwa bbażat l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata. Dan huwa partikolarment ċar jekk jiġi kkunsidrat il-punt 204 tas-sentenza appellata, fejn jiġi ddikjarat b’mod espliċitu li l-motiv tar-rikors ta’ Alrosa rigward il-ksur tad-dritt għal smigħ huwa fondat. B’hekk, l-affermazzjonijiet rigward dan id-dritt huma motivi essenzjali li fuqhom huwa bbażat id-dispożittiv tas-sentenza appellata.

    136. Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ Alrosa, li tgħid li t-tieni aggravju huwa irrilevanti, għandha tiġi miċħuda.

    2.      L-eżami tat-tieni aggravju

    a)      Fuq l-insuffiċjenza tal-motivazzjoni (l-ewwel parti tat-tieni aggravju)

    137. Qabel kollox, il-Kummissjoni teċċepixxi li s-sentenza appellata ma hijiex motivata b’mod suffiċjenti b’relazzjoni għan-nuqqas ikkonstatat rigward id-dritt għal smigħ. Il-Qorti tal-Prim’Istanza ssostitwiet motivazzjoni b’sempliċi suspett. Hija naqset milli tiċċara, fil-punti 201 u 203 tas-sentenza appellata, għaliex Alrosa ma setgħetx tirrispondi “b’mod utli” għad-dokumenti li ntbagħtulha sabiex tikkonsulthom (83) u “teżerċita […] b’mod sħiħ” id-dritt għal smigħ tagħha. Barra minn hekk, ma jiġix ipprovat li kien hemm rabta kawżali bejn l-irregolarità kkonstatata u l-eżitu tal-proċedura, jiġifieri d-deċiżjoni dwar l-impenji.

    138. Dawn l-argumenti ma jikkonvinċunix.

    139. Il-motivazzjoni ta’ sentenza tal-ewwel istanza tista’ ssir, f’ċerti punti, anki b’mod impliċitu, sakemm b’mod komplessiv ikun jirriżulta b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-Qorti tal-Prim’Istanza, b’tali mod li l-persuni ikkonċernati jkunu jistgħu jsiru jafu l-motivi tad-deċiżjoni li ġiet adottata mill-Qorti tal-Prim’Istanza, u l-Qorti tal-Ġustizzja tkun tista’ tagħmel l-istħarriġ ġudizzjarju tagħha (84).

    140. F’dan il-każ, mis-sentenza appellata jirriżulta b’mod ċar biżżejjed li l-Qorti tal-Prim’Istanza kkunsidrat li kien inkiser id-dritt għal smigħ ta’ Alrosa minħabba li ċerti dokumenti ntbagħtu tard. Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni bagħtet lil Alrosa verżjoni mhux kunfidenzjali tal-osservazzjonijiet tat-terzi interessati “biss fis-26 ta’ Jannar 2006, jiġifieri iktar minn sitt ġimgħat wara d-data tat-talba formali mressqa [minn Alrosa] f’dan ir-rigward u iktar minn tliet xhur wara l-laqgħa tas-27 ta’ Ottubru 2005”; barra minn hekk, il-Qorti tal-Prim’Istanza tilmenta wkoll mill-fatt li dawn id-dokumenti ntbagħtu lil Alrosa biss “fl-istess ħin li fih ntbagħtet il-kopja ta’ l-impenji individwali ta’ De Beers” (85). Minn dan, il-Qorti tal-Prim’Istanza tiddeduċi li Alrosa ma kellhiex il-possibbiltà li “teżerċita […] b’mod sħiħ” id-dritt tagħha għal smigħ (86).

    141. Huwa possibbli li l-Kummissjoni ma taqbilx mal-Qorti tal-Prim’Istanza. Hija tista’ tikkunsidra li dawn id-dokumenti ma ntbagħtux tard u, f’kull każ, fi żmien xieraq sabiex Alrosa tkun tista’ tieħu pożizzjoni b’mod utli. Diversament mill-Qorti tal-Prim’Istanza, il-Kummissjoni tista’ anki tikkunsidra li d-dritt għal smigħ ta’ Alrosa ma nkisirx jew li ksur eventwali ma kellux effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, fir-realtà, b’dan il-mod hija ma hijiex qed tilmenta mill-illegalità formali tas-sentenza appellata minħabba nuqqas ta’ motivazzjoni, iżda qed tqiegħed indiskussjoni l-fondatezza tal-motivazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza, u b’hekk il-legalità sostantiva (fil-mertu) tas-sentenza.

    142. Madankollu, il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza tasal, fil-mertu, għal konklużjoni differenti minn dik tar-rikorrenti, ma jistax ifisser li s-sentenza appellata tkun ivvizzjata minn nuqqas ta’ motivazzjoni (87).

    143. Għaldaqstant, l-ilment dwar nuqqas ta’ motivazzjoni għandu jiġi miċħud.

    b)      Fuq il-prinċipju ne ultra petita u fuq id-dritt għal smigħ xieraq (it-tieni parti tat-tieni aggravju)

    144. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li fis-sentenza appellata jiġi kkonstatat ksur tad-dritt għal smigħ għal raġunijiet ghalkollox differenti minn dawk invokati fl-ewwel istanza minn Alrosa fir-rikors għal annullament tagħha. Kull ma għamlet Alrosa kien li fl-ewwel istanza oġġezzjonat li l-Kummissjoni ma kinitx spjegatilha l-motivi li wasluha sabiex tibdel fehmtha wara l-investigazzjoni tas-suq u ma tagħthiex l-opportunità li tieħu pożizzjoni dwar l-evalwazzjoni mmodifikata tagħha tal-każ. Alrosa qatt ma qajmet il-kwistjonijiet marbuta mad-dritt għal smigħ ikkunsidrati bħala deċiżivi mill-Qorti tal-Prim’Istanza. Is-sentenza appellata ma hijiex ibbażata fuq l-ilment imqajjem minn Alrosa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, iżda saħansitra hija tiċħdu b’mod espress (88).

    145. Il-Kummissjoni ssostni li, b’dan il-mod, il-Qorti tal-Prim’Istanza ddeċidiet ultra petita u barra minn hekk kisret il-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq.

    i)      Fuq il-prinċipju ne ultra petita

    146. L-ewwel nett, huwa paċifiku li l-qorti Komunitarja, meta tiġi mitluba sabiex tiddeċiedi dwar rikors għal annullament, ma tistax tagħti deċiżjonijiet ultra petita (89). Dan il-prinċipju huwa espressjoni tal-prinċipju dispożittiv, li jgħid li huma l-partijiet li jiddeterminaw is-suġġett tal-kawża, u li l-qorti ma tistax tmur lil hinn minn dan is-suġġett.

    147. Issa jidher li l-Kummissjoni qed tinterpreta l-prinċipju ne ultra petita bħala li l-qorti Komunitarja tista’ tikkonstata ksur tad-dritt għal smigħ biss meta jkunu involuti l-motivi invokati mir-rikorrenti fl-ewwel istanza.

    148. Madankollu, din l-interpretazzjoni hija wisq restrittiva. Huwa minnu li, skont il-prinċipju ne ultra petita, l-annullament mogħti ma jistax ikun iktar estiż minn dak mitlub mir-rikorrent (90). Madankollu, il-qorti ma tistax tkun marbuta biss mal-argumenti mressqa mill-partijiet insostenn tat-talbiet tagħhom, għaliex inkella jkollha eventwalment tibbaża d-deċiżjoni tagħha fuq kunsiderazzjonijiet legali żbaljati (91). Kif qal ġustament l-Avukat Ġenerali Léger, il-qorti bl-ebda mod ma hija passiva fir-rwol tagħha u ma tistax tiġi marbuta li tkun biss il-“kelliem tal-partijiet” (92).

    149. F’dan il-każ, Alrosa eċċeppiet, permezz ta’ wieħed mill-motivi tagħha fl-ewwel istanza, ksur tad-dritt għal smigħ tagħha. B’hekk, kuntrarjament għal dak li ssostni l-Kummissjoni, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma kkonstatatx ex officio, iżda fuq talba tar-rikorrenti, il-ksur tad-dritt għal smigħ tagħha. Il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza, meta ddeċidiet dwar dan il-motiv, ibbażat ruħha fuq argumenti differenti minn dawk invokati minn Alrosa, minnu nnifshu ma huwiex devjazzjoni mis-suġġett tal-kawża fl-ewwel istanza, u għalhekk lanqas ma hija deċiżjoni ultra petita (93).

    ii)    Fuq id-dritt għal smigħ xieraq

    150. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkritika l-fatt li n-nuqqas rigward id-dritt għal smigħ fl-aħħar nett ikkonstatat mill-Qorti tal-Prim’Istanza qatt ma kien is-suġġett ta’ diskussjoni bejn il-partijiet. Dan huwa ekwivalenti għal ksur tal-prinċipju tad-dritt għal smigħ xieraq.

    151. Sabiex ikun żgurat smigħ xieraq, il-Qorti tal-Prim’Istanza hija wkoll marbuta li tosserva d-drittijiet tad-difiża tal-partijiet għall-kawża. Il-prinċipju tal-osservanza tad-drittijiet tad-difiża tal-partijiet huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju (94). Deċiżjoni ġudizzjarja bbażata fuq fatti jew dokumenti li l-partijiet, jew waħda minnhom, ma tkunx taf bihom u li fuqhom ma setgħetx tesprimi ruħha (95) tikser dan il-prinċipju. B’hekk, fi kliem ieħor, l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża tiżgura li l-partijiet ma jiġux ikkonfrontati b’deċiżjonijiet li ttieħdu għal għarrieda min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza (96).

    152. Naturalment, tista’ tingħata deċiżjoni għal għarrieda mhux biss jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza tibbaża ruħha fuq fatti u provi mhux magħrufa mill-partijiet jew minn waħda minnhom. Anki evalwazzjoni tal-fatti min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza tista’ tkun għal għarrieda għall-partijiet, jekk il-Qorti tal-Prim’Istanza tibbaża ruħha fuq fatti li, minkejja li jkunu magħrufa mill-partijiet, qatt ma ġew iddibattuti fil-proċedura ġudizzjarja (97).

    153. Dan seħħ, f’dan il-każ, bit-trażmissjoni ta’ ċerti dokumenti lil Alrosa. Il-mument meta ntbagħtu ma huwiex ikkontestat. Madankollu, mill-fajl jirriżulta li t-trażmissjoni tard tad-dokumenti kkontestata mill-Qorti tal-Prim’Istanza f’dan il-każ (98) ma ssemmiet minn l-ebda waħda mill-partijiet waqt il-proċedura bil-miktub tal-kawża fl-ewwel istanza. Din il-problema – skont dak li sostniet il-Kummissjoni mingħajr ma ġiet kontradetta minn Alrosa – lanqas biss kienet diskussa waqt il-proċedura orali. Din lanqas ma kienet is-suġġett ta’ domandi bil-miktub min-naħa tal-Qorti tal-Prim’Istanza, u din lanqas ma qieset li kien hemm raġuni li terġa’ tinfetaħ il-proċedura orali sabiex il-problema tiġi diskussa (99).

    154. Min-naħa l-oħra, bħala konvenuta, il-Kummissjoni ma kinitx marbuta li tieħu pożizzjoni minn jeddha bħala prekawzjoni fir-rigward ta’ din il-problema. Dan huwa iktar minnu minħabba li l-proċedura mgħaġġla li kienet applikata fl-ewwel istanza hija akkumpanjata minn obbligi partikolari għall-partijiet, kemm b’relazzjoni għall-portata tal-argumenti tagħhom kif ukoll b’relazzjoni għat-termini proċedurali li għandhom jiġu osservati (100).

    155. Minkejja dan, il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza mmotivat in-nuqqas relatat mad-dritt għal smigħ li kkonstatat hija stess b’riferiment, b’mod partikolari, għal trażmissjoni tard tad-dokumenti min-naħa tal-Kummissjoni, kienet deċiżjoni għal għarrieda. Il-fatt li l-Qorti tal-Prim’Istanza ma offriet lill-Kummissjoni, qabel l-adozzjoni tas-sentenza tagħha, l-ebda opportunità sabiex tesprimi ruħha fir-rigward ta’ dan il-punt jikkostitwixxi ksur tad-drittijiet tad-difiża u b’hekk żball proċedurali.

    156. Għaldaqstant, l-ilment relatat tal-Kummissjoni huwa fondat. Peress li ma jistax jiġi eskluż li l-Kummissjoni, kieku ġiet diskussa l-problema rigward it-trażmissjoni tard matul il-proċedura fl-ewwel istanza, kienet tinvoka argumenti li kienu jwasslu lill-Qorti tal-Prim’Istanza għal konklużjoni differenti, l-iżball proċedurali ta’ din tal-aħħar jiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata.

    ċ)      Fuq l-effetti ta’ żball eventwali dwar id-dritt għal smigħ fuq id-deċiżjoni tal-Kummissjoni (ir-raba’ parti tat-tieni aggravju)

    157. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tilmenta wkoll li l-Qorti tal-Prim’Istanza, peress li ma pprovatx l-effetti fuq id-deċiżjoni kkontestata ta’ eventwali ksur tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa, wettqet żball ta’ liġi.

    158. Skont ġurisprudenza stabbilita, żball ta’ proċedura jiġġustifika l-annullament ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni biss fil-każ li, fin-nuqqas ta’ din l-irregolarità, il-proċedura amministrattiva setgħet tkun konkluża b’riżultat differenti (101). Fi kliem ieħor, ma jistax jiġi eskluż li l-iżball proċedurali kellu effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni, jiġifieri li d-deċiżjoni seta’ jkollha kontenut differenti (102).

    159. F’dan il-każ, il-Qorti tal-Prim’Istanza osservat li hemm żball li jikkonċerna d-dritt għal smigħ, iżda fl-istess ħin sostniet li “[i]l-kwistjoni dwar b’liema mod eżattament din l-irregolarità setgħet taffettwa d-deċiżjoni tal-Kummissjoni ma tistax, f’dan il-każ, tiġi stabbilita b’mod ċar” (103).

    160. Fil-fatt, din id-diċitura li sa ċertu punt ma hijiex ċara, tagħti lok għas-suspett – madankollu fuq eżami superfiċjali – li l-Qorti tal-Prim’Istanza annullat id-deċiżjoni kkontestata minħabba żball proċedurali, mingħajr ma l-ewwel evalwat suffiċjentement jekk dan l-iżball setax ikollu effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni.

    161. Madankollu, wara eżami iktar bir-reqqa, din id-diċitura tesprimi l-konvinzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li l-iżball dwar id-dritt għal smigħ ikkonstatat minnha seta’ jkollu effetti fuq l-eżitu tal-proċedura amministrattiva. Skont il-Qorti tal-Prim’Istanza, kien biss id-daqs reali ta’ dawn l-effetti li ma setax jiġi ddeterminat b’mod ċar.

    162. B’dan il-mod, il-Qorti tal-Prim’Istanza, minkejja d-diċitura xejn ċara magħżula, tibqa’ fil-kuntest tar-rekwiżiti legali inerenti għall-annullament ta’ deċiżjoni minħabba żbalji proċedurali. Fil-fatt, għall-finijiet ta’ tali annullament, id-daqs eżatt tal-effett li kellu l-iżball proċedurali fuq il-kontenut tad-deċiżjoni huwa irrilevanti.

    163. Jekk l-iżball proċedurali kkonstatat mill-Qorti tal-Prim’Istanza jikkonsisti fi ksur tad-dritt għal smigħ, huwa xorta ferm diffiċli li jiġi stabbilit kemm dan seta’ kellu effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni. Ma jistax jiġi eskluż għal kollox li f’każ li ngħata smigħ regolari kienet tiġi adottata deċiżjoni bl-istess kontenut.

    164. Is-smigħ għandu l-għan li joffri lill-parti kkonċernata l-opportunità li tieħu pożizzjoni u b’hekk li jkollha influwenza, mil-lat sostantiv, fuq il-proċess deċiżjonali tal-Kummissjoni. Għalhekk, is-sempliċi eventwalità li żball dwar id-dritt għal smigħ kellu effett fuq il-kontenut tad-deċiżjoni diġà tiġġustifika l-annullament tagħha.

    165. Għaldaqstant, ir-raba’ parti tat-tieni aggravju hija infondata.

    d)      Fuq il-portata tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa (it-tielet parti tat-tieni aggravju)

    166. Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tikkontesta li l-Qorti tal-Prim’Istanza, f’dan il-każ, żnaturat il-portata tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa.

    i)      Osservazzjoni preliminari

    167. Skont l-Artikolu 41(2) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (104), kull persuna għandha d-dritt li tinstema’ qabel ma tittieħed kwalunkwe miżura individwali li tolqotha negattivament. Fl-interpretazzjoni u fl-applikazzjoni tar-Regolament Nru 1/2003 dan il-prinċipju għandu jittieħed inkunsiderazzjoni (105).

    168. Fl-istess ħin, id-dritt għal smigħ jagħmel parti mid-drittijiet tad-difiża, li r-rispett tagħhom fi kwalunkwe proċedura li titressaq fil-konfront ta’ persuna u li tista’ tirriżulta f’att kontra l-interessi tagħha, huwa prinċipju fundamentali tad-dritt Komunitarju (106).

    169. Għall-proċeduri fil-qasam tal-akkordji, id-dritt għal smigħ jinsab stabbilit, inter alia, fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament ta’ implementazzjoni Nru 773/2004.

    ii)    Fuq l-ilment tal-Kummissjoni

    170. Essenzjalment, il-Kummissjoni tilmenta li l-Qorti tal-Prim’Istanza żbaljat meta qabblet lil Alrosa ma’ “impriża kkonċernata”.

    171. Fil-fatt, il-Qorti tal-Prim’Istanza ssostni li huwa minnu li fil-proċedura mressqa skont l-Artikolu 82 KE, hija biss De Beers li tista’ tkun “impriża kkonċernata”; madankollu, Alrosa xorta ma hijiex sempliċi “terza persuna interessata” (107). Insostenn ta’ dan, il-Qorti tal-Prim’Istanza tirreferi għall-mod li bih il-Kummissjoni ppreparat iż-żewġ proċeduri marbuta mal-ftehim bejn De Beers u Alrosa (108). Barra minn hekk, abbażi tal-eżempji, din tenfasizza li ż-żewġ proċeduri paralleli mressqa skont l-Artikoli 81 KE u 82 KE “minn dejjem ġew ttrattati de facto bħala proċedura waħda, kemm mill-Kummissjoni kif ukoll [minn Alrosa] u minn De Beers” (109). Fuq il-bażi ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet, il-Qorti tal-Prim’Istanza waslet għall-konklużjoni li Alrosa kien jistħoqqilha li jiġu rikonoxxuti lilha, “fir-rigward tal-proċedura sħiħa, [id]-drittijiet mogħtija lil ‘impriża konċernata’ skond ir-Regolament Nru 1/2003” minkejja li, stricto sensu, hija ma kinitx tali impriża fil-proċedura bbażata fuq l-Artikolu 82 KE (110).

    172. Dawn l-affermazzjonijiet ma jikkonvinċunix.

    173. Meta fformula fuq il-livell ta’ dritt sekondarju d-dritt għal smigħ, il-leġiżlatur Komunitarju xjentement, fl-Artikolu 27 tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll fl-Artikoli 10 u 15 tar-Regolament ta’ Implementazzjoni Nru 773/2004, ikklassifika fi gradi lid-diversi persuni li, f’forma jew oħra, jistgħu jkunu involuti fi proċedura fil-qasam tal-akkordji. Id-drittijiet tal-partijiet għall-proċedura amministrattiva (imsejħa anki “impriżi kkonċernati”) huma iktar estiżi mid-drittijiet tat-terzi li, minkejja li jkollhom interess fl-eżitu tal-proċedura, madankollu ma jkunux huma stess destinatarji tad-deċiżjonijiet li l-Kummissjoni tintalab tadotta.

    174. F’dan il-każ, deher ċar li l-Kummissjoni ressqet żewġ proċeduri amministrattivi paralleli, fejn waħda minnhom kienet ibbażata fuq l-Artikolu 81 KE, u l-oħra fuq l-Artikolu 82 KE. Fl-ewwel proċedura, Alrosa, bħala parti għall-ftehim innotifikat, kellha, l-istess bħal De Beers, ir-rwol ta’ impriża kkonċernata. Fit-tieni proċedura, kienet biss De Beers li kellha dan ir-rwol, bħala impriża li kellha pożizzjoni dominanti, u mhux Alrosa.

    175. B’hekk, fil-proċedura mressqa abbażi tal-Artikolu 82 KE, u li ntemmet bid-deċiżjoni kkontestata, Alrosa kellha biss id-drittijiet, ferm inqas estiżi, ta’ terz ikkonċernat.

    176. Huwa biss jekk jirriżulta li l-Kummissjoni, f’dan il-każ, ressqet b’mod arbitrarju, jiġifieri mingħajr raġuni oġġettiva, fir-rigward ta’ sitwazzjoni li effettivament kienet sitwazzjoni waħda, żewġ proċeduri separati, li fil-konfront ta’ Alrosa – biex nuża kliem il-Qorti tal-Prim’Istanza – għandhom jiġu rikonoxxuti d-drittijiet mogħtija lil impriża kkonċernata “fir-rigward tal-proċedura sħiħa” (111).

    177. Madankollu, il-Qorti tal-Prim’Istanza ma kkonstatatx, f’dan il-każ, tali abbuż ta’ poter min-naħa tal-Kummissjoni. Lanqas ma kien hemm provi li kienu jixhdu dan. Anzi, bil-kontra, it-twettiq ta’ żewġ proċeduri amministrattivi separati kien oġġettivament iġġustifikat fid-dawl tad-diversi bażijiet legali sostantivi tagħhom, l-Artikolu 81 KE (l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE) minn naħa, u l-Artikolu 82 KE (l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE) min-naħa l-oħra. B’relazzjoni għall-Artikolu 82 KE (l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE), kienet biss De Beers bħala l-impriża li għandha pożizzjoni dominanti, li setgħet tkun id-destinatarja tad-dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet u tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li kkonkludiet il-proċedura.

    178. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta assumiet li Alrosa, b’relazzjoni għall-proċedura mressqa skont l-Artikolu 82 KE, kellha tiġi mqabbla ma’ impriża kkonċernata.

    179. Alrosa teċċepixxi li d-deċiżjoni kkontestata tista’ tiġi pparagunata, fir-rigward tal-effettività prattika tagħha, ma’ deċiżjoni ta’ projbizzjoni indirizzata lilha skont l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1/2003. Fil-ġejjieni, ma kienx ser ikun iktar possibli għaliha li tinnegozja ma’ De Beers.

    180. F’dan ir-rigward, għandu jiġi osservat li d-dispożittiv tad-deċiżjoni kkontestata huwa indirizzat esklużivament lil De Beers, u jagħmel obbligatorja r-rinunzja volontarja tagħha milli tixtri mingħand Alrosa. L-effetti fuq ir-relazzjonijiet kummerċjali futuri msemmija minn Alrosa, l-iktar l-iktar, jirriżultaw b’mod indirett mid-deċiżjoni kkontestata. Madankollu, tali sempliċi effetti riflessi tad-deċiżjonijiet dwar l-impenji ma humiex tipiċi għall-impriżi kkonċernati (partijiet) daqskemm huma għat-terzi interessati.

    181. Għalhekk, diversament minn dak li ssostni Alrosa, din l-impriża lanqas ma tista’ tiġi kkunsidrata bħala impriża kkonċernata b’relazzjoni mal-Artikolu 82 KE, peress li l-Kummissjoni kienet preċedentement ċaħdet l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa. Fil-fatt, din iċ-ċaħda tal-impenji kollettivi seħħet mhux fil-proċedura inkwistjoni, li tressqet skont l-Artikolu 82 KE, iżda fil-proċedura parallela, li tressqet skont l-Artikolu 81 KE. Konsegwentement, iċ-ċaħda tal-impenji kollettivi ma hijiex is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata fil-proċedura skont l-Artikolu 82 KE; anzi, l-impenji kollettivi kienu jikkostitwixxu esklużivament aspett li l-Kummissjoni kienet marbuta li tikkunsidra fl-istħarriġ tal-proporzjonalità tagħhom b’relazzjoni mal-interessi ta’ Alrosa bħala terz interessat.

    182. Għaldaqstant, il-Qorti tal-Prim’Istanza wettqet żball ta’ liġi meta qabblet lil Alrosa ma’ impriża kkonċernata. Dan l-iżball kellu effett anki fuq l-affermazzjonijiet l-oħra tal-Qorti tal-Prim’Istanza fis-sentenza appellata sal-annullament tad-deċiżjoni kkontestata (112). Fuqu hija bbażata, b’mod partikolari, l-affermazzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza li tgħid li l-Kummissjoni kellha tippermetti lil Alrosa li tikkonsulta l-fajl (113). Id-dritt ta’ aċċess għall-fajl japplika biss għall-partijiet fil-proċedura amministrattiva (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003) u jista’ jiġi eżerċitat wara n-notifika ta’ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet (it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 773/2004). Peress li Alrosa ma kinitx parti fil-proċedura amministrattiva inkwistjoni, li tressqet skont l-Artikolu 82 KE, iżda kienet biss parti għall-proċedura amministrattiva parallela, li tressqet skont l-Artikolu 81 KE, hija ma kellhiex id-dritt, fil-fażi preċedenti għall-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, li tikkonsulta l-fajl.

    183. Għaldaqstant, fid-dawl ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, it-tielet parti tat-tieni aggravju hija fondata u tiġġustifika l-annullament tas-sentenza appellata.

    C –    Konklużjoni parzjali

    184. Minkejja li xi wħud mill-ilmenti mressqa mill-Kummissjoni huma infondati, fl-aħħar nett għandu jiġi meqjus li l-appell tagħha għandu jintlaqa’ u li dan għandu jwassal għall-annullament in toto tas-sentenza appellata.

    VI – Evalwazzjoni tar-rikors tal-ewwel istanza mressaq minn Alrosa

    185. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 61 tal-Istatut tagħha, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi definittivament il-kawża hija stess, meta din tkun fi stat li tiġi deċiża.

    186. Dan huwa l-każ f’din il-kawża. Il-fatti u l-punti ta’ liġi rilevanti kollha sabiex tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ Alrosa diġà ġew diskussi fl-ewwel istanza quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza, u l-partijiet kellhom l-opportunità li jesponu l-argumenti tagħhom f’dan ir-rigward. Għaldaqstant, ma hemmx lok għalfejn ikun hemm rinviju għal quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza; anzi, il-Qorti tal-Ġustizzja tista’ tiddeċiedi hija stess fuq ir-rikors ta’ Alrosa li kellu l-għan li jikseb l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

    A –    Il-legalità formali tad-deċiżjoni kkontestata (l-ewwel motiv fl-ewwel istanza)

    187. Permezz tal-ewwel motiv fir-rikors tal-ewwel istanza, Alrosa tilmenta minn ksur tad-dritt għal smigħ tagħha.

    1.      Id-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    188. Fir-risposta tagħha fl-ewwel istanza, il-Kummissjoni donnha qed tiddubita mill-fatt li f’dan il-każ, Alrosa kellha dritt għal smigħ.

    189. Argument bħal dan huwa nieqes minn kull bażi legali.

    190. Huwa minnu li Alrosa, kif ingħad iktar ’il fuq (114), ma kinitx parti (“impriża kkonċernata”) fil-proċedura inkwistjoni, li tressqet skont l-Artikolu 82 KE. Madankollu, ma hemmx dubju li Alrosa kellha interess leġittimu fl-eżitu tal-proċedura. Dan l-interess jirriżulta mill-fatt li Alrosa kienet il-parti kontraenti kuntrattwali prevista tal-impriża li allegatament kellha pożizzjoni dominanti. Parti kontraenti bħal din, jekk titlob hekk, għandha tinstema’ mill-Kummissjoni qabel ma tiġi adottata deċiżjoni dwar l-impenji li tagħmel obbligatorju l-waqfien ta’ kwalunkwe relazzjoni ta’ provvista bejn l-impriża li jkollha pożizzjoni dominanti u l-parti kontraenti magħha.

    191. Min-naħa l-oħra, għall-finijiet ta’ din il-kawża, il-kwistjoni jekk Alrosa kellhiex tinstema’ bħala terz interessat, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Nru 1/2003 (115), tista’ tibqa’ miftuħa. Fil-fatt, fil-ġurisprudenza ġie ċċarat li d-dritt għal smigħ, iggarantit fuq livell kostituzzjonali, għandu jkun żgurat anki jekk ma jkunx hemm regoli li jiggvernaw il-proċedura inkwistjoni (116). Peress li d-deċiżjoni dwar l-impenji tirrappreżenta għal Alrosa, miżura individwali ta’ preġudizzju għaliha, Alrosa, fuq talba tagħha, xorta kellha tinstema’. Anki l-evalwazzjoni leġiżlattiva stabbilita fl-Artikolu 27(4) tar-Regolament Nru 1/2003 tixhed f’dan is-sens.

    192. Madankollu, huwa wkoll ċert li Alrosa, bħala terz interessat, kellha drittijiet ferm inqas estiżi minn “impriża kkonċernata” jiġifieri ta’ parti fis-sens tal-Artikoli 9(1) u 27(1) u (2) tar-Regolament Nru 1/2003. B’mod partikolari, Alrosa ma kellhiex id-dritt għal dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet jew għal dokument simili u lanqas id-dritt li tikkonsulta l-fajl (ara l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Nru 1/2003, kif ukoll l-Artikolu 10(1) u (2) u l-Artikolu 15(1) tar-Regolament Nru 773/2004).

    2.      Is-suġġett tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    193. Il-partijiet ma jaqblux b’mod speċjali dwar il-bażi tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa.

    194. Alrosa teżiġi li tkun informata dwar ir-raġunijiet għaċ-ċaħda tal-impenji kollettivi offruti flimkien ma’ De Beers, u tixtieq tieħu pożizzjoni f’dan ir-rigward.

    195. Madankollu, l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma ġewx offruti fil-proċedura mressqa skont l-Artikolu 82 KE, iżda fil-proċedura parallela, li tressqet skont l-Artikolu 81 KE. Għaldaqstant, dawn ma humiex is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata; dawn lanqas ma jiġu miċħuda f’dik l-istanza, iżda ġew diskussi mill-Kummissjoni biss sabiex il-każ jiġi evalwat mil-lat tal-liġi tal-kompetizzjoni. Madankollu, huma biss is-suġġett tad-deċiżjoni kkontestata dawk l-impenji individwali ta’ De Beers li l-Kummissjoni għamlithom vinkolanti.

    196. Konsegwentement, Alrosa kellha tinstema’ biss fir-rigward tal-impenji individwali ta’ De Beers, kif ukoll fir-rigward tal-intenzjoni tal-Kummissjoni li tagħmilhom vinkolanti. Fl-aħħar nett, minn dawn l-impenji individwali rriżulta anki l-allegat preġudizzju għal Alrosa: it-tmiem ta’ kwalunkwe relazzjoni kummerċjali ma’ De Beers li tikkonċerna djamanti mhux maħduma.

    197. Madankollu, dan kollu bl-ebda mod ma jfisser li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma jista’ jkollhom l-ebda importanza fis-smigħ ta’ Alrosa, qabel id-deċiżjoni kkontestata.

    198. Fil-fatt, sabiex terzi interessati bħal Alrosa jkunu jistgħu jirrispondu b’mod utli, il-Kummissjoni – għall-inqas b’mod ġenerali – għandha tipprovdi kjarifiki dwar il-kontenut tad-deċiżjoni li biħsiebha tadotta. Fost dawn il-kjarifiki hemm mhux biss l-informazzjoni dwar il-kontenut essenzjali tal-impenji li hija biħsiebha tagħmel vinkolanti, iżda anki informazzjoni dwar raġunijiet iktar importanti li wassluha sabiex taċċetta dawn l-impenji.

    199. F’dan il-każ, għalhekk, il-Kummissjoni kellha tipprovdi kjarifiki lil Alrosa rigward il-kontenut essenzjali tal-impenji individwali ta’ De Beers, li kien jikkonsisti fit-tnaqqis progressiv fix-xiri ta’ djamanti mhux maħduma mingħand Alrosa kif ukoll il-waqfien komplet tax-xiri mill-2009, u barra minn hekk kellha tispjega lil Alrosa r-raġunijiet prinċipali li kienet ibbażata fuqhom l-intenzjoni tagħha li tagħmel vinkolanti dawn l-impenji individwali.

    200. Jidher ċar li, f’dan ir-rigward, il-Kummissjoni kellha anki tispjega li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa, li ngħataw qabel, ma kinux suffiċjenti sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li kienu identifikati minnha. Fil-fatt, kien b’dan il-mod biss li Alrosa setgħet tingħata l-possibbiltà sabiex tirrispondi b’mod utli dwar il-proporzjonalità tad-deċiżjoni prevista fir-rigward tal-interessi kummerċjali tagħha. Minn dan il-lat, Alrosa ssostni ġustament li d-deċiżjoni kkontestata kienet strettament marbuta maċ-ċaħda preċedenti tal-impenji kollettivi min-naħa tal-Kummissjoni.

    201. Fuq il-bażi ta’ dawn il-premessi, iktar ’il quddiem għandu jiġi mistħarreġ jekk il-Kummissjoni osservatx id-dritt għal smigħ ta’ Alrosa.

    3.      In-nuqqas ta’ ksur tad-dritt għal smigħ ta’ Alrosa

    202. Alrosa ssostni li l-Kummissjoni ma informathiex bl-evalwazzjoni mmodifikata tal-punti ta’ fatt li għamlet, fuq liema evalwazzjoni l-Kummissjoni fl-aħħar nett ibbażat, fid-deċiżjoni kkontestata, iċ-ċaħda tagħha tal-impenji kollettivi u l-aċċettazzjoni tagħha tal-impenji individwali ta’ De Beers. Alrosa lanqas ma kellha l-opportunità li tirrispondi b’mod utli dwar din l-evalwazzjoni mmodifikata tal-punti ta’ fatt min-naħa tal-Kummissjoni.

    203. Kif madankollu jirriżulta mill-konstatazzjonijiet ta’ fatt li għamlet il-Qorti tal-Prim’Istanza (117), fis-27 ta’ Ottubru 2005 il-Kummissjoni kienet diġà informat lil Alrosa u lil De Beers, waqt laqgħa, bl-eżitu tal-investigazzjoni tas-suq tagħha. Fl-istess ħin, il-Kummissjoni kienet stiednet liż-żewġ impriżi, abbażi tar-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq, sabiex ifasslu impenji kollettivi ġodda fis-sens ta’ waqfien komplet tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħhom b’effett mill-2009.

    204. B’dan il-mod, Alrosa diġà kienet informata bil-fatt li l-Kummissjoni kienet tikkunsidra li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma kinux iktar suffiċjenti sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni identifikati minnha stess. Barra minn hekk, minn din il-laqgħa, Alrosa kienet taf li l-Kummissjoni ma kinitx (iktar) tikkunsidra bħala aċċettabbli li jitkomplew ir-relazzjonijiet kummerċjali bejn Alrosa u De Beers, fil-forma prevista kemm mill-ftehim innotifikat kif ukoll mill-impenji kollettivi, u li hija kienet biss lesta li taċċetta impenji fis-sens ta’ waqfien komplet tar-relazzjonijiet kummerċjali bejn iż-żewġ impriżi.

    205. Jekk jitqies li Alrosa, bħala parti fil-proċedura parallela mressqa skont l-Artikolu 81 KE, kellha għarfien tajjeb ħafna tar-rapporti tas-suq u tal-kuntest tal-proċedura, tali kjarifiki orali min-naħa tal-Kummissjoni setgħu diġà jkunu suffiċjenti sabiex Alrosa tkun tista’ tirrispondi b’mod utli, minn naħa, dwar l-interessi kummerċjali tagħha, u min-naħa l-oħra, dwar il-proporzjonalità – fil-fehma tagħha ineżistenti – ta’ waqfien komplet tar-relazzjonijiet kummerċjali tagħha ma’ De Beers. Alrosa, bħala terz interessat, xorta ma kellhiex id-dritt li tirċievi informazzjoni bil-miktub, u wisq inqas, għall-istess raġuni, li tirċievi dokument li jixbah lil dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.

    206. B’hekk, Alrosa kellha l-opportunità, sa mil-laqgħa tas-27 ta’ Ottubru 2005, li ssostni b’mod effettiv il-pożizzjoni tagħha fir-rigward ta’ waqfien komplet tar-relazzjonijiet kummerċjali ma’ De Beers.

    207. Alrosa pprofittat ruħha minn din l-opportunità. Mill-fajl jirriżulta li l-impriża, b’ittra tas-6 ta’ Diċembru 2005, spjegat il-pożizzjoni tagħha lill-membru tal-Kummissjoni inkarigat mill-kompetizzjoni (118). B’ittra tas-6 ta’ Frar 2006, Alrosa adottat ukoll pożizzjoni dwar l-impenji individwali ta’ De Beers u dwar l-osservazzjonijiet tat-terzi interessati li rriżultaw mill-investigazzjoni tas-suq (119).

    208. Bħala terz interessat, Alrosa ma setgħet taspira għal xejn aħjar minn opportunità bħal din sabiex issostni l-pożizzjoni tagħha.

    209. Għaldaqstant, l-ilment ta’ Alrosa, li jgħid li d-dritt għal smigħ tagħha nkiser, għandu jinċaħad bħala infondat.

    210. Għal finijiet ta’ kompletezza biss għandu jissemma li d-dritt għal smigħ tat-terzi interessati ma jinkludix dritt korrispondenti li jressqu quddiem il-Kummissjoni impenji ġodda qabel l-adozzjoni ta’ deċiżjoni. Skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, huma biss l-impriżi kkonċernati li jistgħu validament joffru impenji (120). Mill-fatt li Alrosa ma setgħetx – pereżempju minħabba kwistjoni ta’ żmien – “tipproponi impenji ġodda flimkien ma’ De Beers” (121), b’hekk ma jistax jirriżulta a priori żball rigward id-dritt għal smigħ. Dan ġie interpretat ħażin mill-Qorti tal-Prim’Istanza fil-punt 201 tas-sentenza appellata, u ġie interpretat ħażin anki minn Alrosa peress li taqbel mal-pożizzjoni tal-Qorti tal-Prim’Istanza f’dan ir-rigward.

    B –    Il-legalità sostantiva tad-deċiżjoni kkontestata (it-tieni u t-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    211. Il-legalità sostantiva tad-deċiżjoni kkontestata hija s-suġġett ta’ żewġ motivi ulterjuri fir-rikors li permezz tagħhom Alrosa ssostni, fl-ewwel istanza, ksur tal-Artikolu 82 KE, tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 kif ukoll tal-prinċipji tal-libertà kuntrattwali u tal-proporzjonalità.

    1.      Fuq il-ksur tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 (it-tieni motiv fl-ewwel istanza)

    212. Permezz tat-tieni motiv tagħha fl-ewwel istanza, Alrosa ssostni li l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 ma jipprovdix bażi legali suffiċjenti għad-deċiżjoni kkontestata. F’dan ir-rigward, Alrosa tibbaża ruħha fuq interpretazzjoni restrittiva ta’ din id-dispożizzjoni. Minn naħa, il-Kummissjoni setgħet anki taċċetta biss, skont Alrosa, impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa. Min-naħa l-oħra, id-deċiżjoni dwar l-impenji kellha tkun limitata fiż-żmien.

    213. L-ebda wieħed miż-żewġ argumenti ma huwa konvinċenti.

    a)      Fuq il-legalità li jkunu offruti impenji skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003

    214. L-impenji msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jistgħu jiġu offruti biss mill-“impriżi kkonċernati”, li kif issemma iktar ’il fuq (122), huma biss il-partijiet għall-proċedura rispettiva fil-qasam tal-akkordji. Għalhekk, fi proċedura bħal dik inkwistjoni, li tressqet skont l-Artikolu 82 KE, tittieħed inkunsiderazzjoni, bħala impriża kkonċernata, l-impriża biss li jkollha pożizzjoni dominanti (123). Hija biss din l-impriża li tista’ validament toffri l-impenji.

    215. Konsegwentement, il-Kummissjoni setgħet, fil-kuntest tal-proċedura li tressqet skont l-Artikolu 82 KE, taċċetta l-impenji individwali ta’ De Beers, impriża li kellha pożizzjoni dominanti, u tagħmilhom vinkolanti skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003 (124). Hija bl-ebda mod ma kienet limitata għall-aċċettazzjoni tal-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa. Anzi, l-impenji kollettivi setgħu jiġu offruti biss fil-kuntest tal-proċedura li saret b’mod parallel u li tressqet skont l-Artikolu 81 KE.

    216. Huwa minnu li l-Kummissjoni setgħet, fil-kuntest ta’ din il-proċedura parallela li tressqet skont l-Artikolu 81 KE, tinsisti fl-isforzi tagħha sabiex issib flimkien maż-żewġ impriżi – De Beers u Alrosa – soluzzjoni għall-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni identifikati minnha. Madankollu, il-fatt jekk għandhiex tkun ippreferuta din il-possibbiltà jew dik tal-impenji individwali fil-kuntest tal-proċedura li tressqet skont l-Artikolu 82 KE tikkostitwixxi, fl-aħħar nett, mhux punt ta’ liġi, iżda kwistjoni ta’ opportunità, li l-evalwazzjoni tagħha ma għandiex issir mill-Qorti Komunitarja.

    b)      Fuq il-limitazzjoni fiż-żmien tal-validità ta’ deċiżjoni dwar l-impenji

    217. Fir-rigward tal-validità fiż-żmien tad-deċiżjoni tagħha dwar l-impenji, il-Kummissjoni ma hijiex obbligata, skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament Nru 1/2003, li tillimitha fiż-żmien. Fil-fatt, diversament mill-proposta tal-Kummissjoni (125) marbuta mar-Regolament Nru 1/2003, l-Artikolu 9(1) ma jipprovdix li d-deċiżjoni għandha neċessarjament tkun limitata fiż-żmien (126).

    218. Peress li ma huwiex prevedibbli li impriża bħal De Beers ma tibqax f’pożizzjoni dominanti fis-suq fil-futur qrib jew medju, limitazzjoni fiż-żmien tad-deċiżjoni dwar l-impenji ma tantx tagħmel sens.

    219. Madankollu, anki fil-każ ta’ deċiżjoni dwar l-impenji li ma tkunx limitata mil-lat taż-żmien, l-impriżi kkonċernati u t-terzi ma humiex nieqsa mill-protezzjoni. Skont l-Artikolu 9(2)(a) tar-Regolament Nru 1/2003, bidliet materjali sostanzjali jistgħu tabilħaqq iwasslu sabiex il-proċedura terġa’ tinfetaħ. Tali modifika sostanzjali jkollha ssir jekk, pereżempju, ir-relazzjonijiet tas-suq jinbidlu maż-żmien b’tali mod li jimplikaw, għall-impriża li darba kellha pożizzjoni dominanti, it-telf tal-prominenza tagħha fis-suq.

    220. Skont il-prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba (127), il-Kummissjoni għandha l-obbligu li tistħarreġ bir-reqqa kwalunkwe ħjiel espost b’mod ċirkostanzjali rigward bidla materjali sostanzjali, u tagħti deċiżjoni dwar il-ftuħ mill-ġdid tal-proċedura.

    ċ)      Konklużjoni parzjali

    221. Għaldaqstant, peress li l-interpetazzjoni restrittiva tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, indikata minn Alrosa, ma tistax tiġi milqugħa, it-tieni motiv tar-rikors fl-ewwel istanza huwa infondat.

    2.      Fuq il-ksur tal-Artikolu 82 KE, tal-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, u tal-prinċipji tal-libertà kuntrattwali u ta’ proporzjonalità (it-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    222. Permezz tat-tielet motiv tar-rikors tagħha fl-ewwel istanza, Alrosa ssostni li l-“projbizzjoni obbligatorja u għal terminu potenzjalment bla limitu sabiex De Beers tixtri djamanti mhux maħduma direttament jew indirettament mingħand Alrosa”, li fuqha hija bbażata d-deċiżjoni kkontestata, tikser l-Artikolu 82 KE u l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, moqrija flimkien mal-prinċipji fundamentali tal-libertà kuntrattawli u tal-proporzjonalità.

    223. Ikun konvenjenti li dan il-motiv fl-ewwel istanza jiġi evalwat, minn naħa waħda, mil-lat tal-libertà kuntrattwali u, min-naħa l-oħra, mil-lat tal-proporzjonalità.

    a)      Fuq il-libertà kuntrattwali (l-ewwel parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    224. Alrosa ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 82 KE u fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, peress li din tmur kontra l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali. Il-Kummissjoni stabbilixxiet bojkott de facto fil-konfront ta’ Alrosa.

    225. Il-libertà kuntrattwali tifforma parti mill-prinċipji ġenerali tad-dritt Komunitarju. Hija tikkostitwixxi korollarju tal-libertà ta’ azzjoni tal-persuni. Hija wkoll marbuta b’mod inseparabbli mal-libertà tal-impriża (128), protetta fuq livell kostituzzjonali (129). F’Komunità li hija marbuta li tosserva l-prinċipju ta’ ekonomija tas-suq miftuħa u f’kompetizzjoni ħielsa (130), il-garanzija tal-libertà kuntrattwali hija indispensabbli. Anki l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tirrikonoxxi li l-operaturi ekonomiċi għandhom id-dritt għal-libertà kuntrattwali (131).

    226. Meta tadotta deċiżjonijiet fil-qasam tal-liġi tal-kompetizzjoni, il-Kummissjoni għandha tikkunsidra l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali, jiġifieri tal-libertà tal-impriża (132).

    227. Madankollu, il-libertà kuntrattwali ma tinkludix biss il-libertà li jiġu konklużi kuntratti (libertà kuntrattwali pożittiva), iżda anki l-libertà li ma jiġux konklużi kuntratti (libertà kuntrattwali negattiva).

    228. Bl-impenji individwali tagħha fil-konfront tal-Kummissjoni, De Beers użat il-libertà kuntrattwali negattiva tagħha. L-impriża rrinunzjat b’mod volontarju, fil-futur, milli tistipula kuntratti ma’ Alrosa.

    229. In-natura volontarja ta’ din ir-rinunzja ma hijiex ivvizzjata mill-fatt li De Beers offriet l-impenji tagħha matul proċedura pendenti fil-qasam ta’ akkordji sabiex tevita deċiżjoni ta’ projbizzjoni, inkluża l-konstatazzjoni, inkluża fiha, tal-pożizzjoni dominanti tagħha fis-suq. Is-sempliċi tħabbira ta’ proċedura fil-qasam tal-akkordji, jew it-tressiq ta’ proċedura min-naħa tal-Kummissjoni, li twassal għal deċiżjoni ta’ projbizzjoni u possibbiltà ta’ multa, ma hijiex mezz żleali, iżda strument għalkollox legali li permezz tiegħu il-Kummissjoni tilħaq l-għan leġittimu li tipproteġi b’mod effettiv il-kompetizzjoni minn distorsjonijiet (133).

    230. Huwa minnu li b’dan il-mod, fil-futur Alrosa tilfet il-parti kontraenti li kienet tixtieq. Madankollu, dan jifforma parti mir-riskji li Alrosa hija esposta għalihom, l-istess bħal kwalunkwe operatur ekonomiku ieħor f’ekonomija tas-suq miftuħa. F’dan ma hemm l-ebda preġudizzju għal-libertà kuntrattwali ta’ Alrosa (134).

    231. Il-Kummissjoni ma kisritx il-prinċipju tal-libertà kuntrattwali u lanqas ma għamlet vinkolanti l-impenji individwali u b’hekk ir-rinunzja ta’ De Beers li jkollha relazzjonijiet kummerċjali ma’ Alrosa fil-ġejjieni. Anzi, bl-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata, kull ma għamlet kien li tistabbilixxi l-limiti tal-libertà kuntrattwali, kif jirriżultaw għall-operaturi ekonomiċi kollha mid-dispożizzjonijiet tat-Trattat KE u tal-Ftehim ŻEE li huma direttament applikabbli. Fil-fatt, il-libertà kuntrattwali (pożittiva) tal-impriża tintemm fil-mument meta jiġi konkluż akkordju li jkollu suġġett jew effett antikompetittiv, skont l-Artikolu 81 KE (Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE), jew fil-mument meta l-imprenditur, permezz ta’ akkordju, jisfrutta b’mod abbużiv il-pożizzjoni dominanti tiegħu fis-suq skont l-Artikolu 82 KE (Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE).

    232. Alrosa teċċepixxi li l-Kummissjoni, bid-deċiżjoni tagħha, ma kkontestatx aġir abbużiv, iżda aġir manifestament legali. Is-sempliċi bejgħ ta’ prodott, anki min-naħa ta’ impriża li jkollha pożizzjoni dominanti, minnu nnifshu ma jistax ikun abbużiv, sakemm in-negozju ma jkunx ibbażat fuq kundizzjonijiet żleali. Insostenn tal-argument tagħha, Alrosa ssemmi l-ġurisprudenza, u speċifikament is-sentenza Langnese-Iglo vs Il-Kummissjoni (135), fejn jingħad li l-konklużjoni ta’ kuntratti ta’ xiri esklużiv ma tistax tiġi pprojbita b’mod ġenerali u għal perijodu indefinit.

    233. Madankollu, dan l-argument ma huwiex suffiċjenti. Alrosa ma tikkunsidrax il-fatt li De Beers ma hijiex biss sempliċi xerrejja fis-suq tad-djamanti mhux maħduma, iżda anki l-ikbar produttriċi fuq livell dinji fl-istess suq. B’hekk, ir-relazzjoni ta’ provvista bejn Alrosa u De Beers, li kien ser jiġi stabbilit permezz tal-ftehim innotifikat, ma hijiex ta’ natura vertikali, iżda orizzontali, jiġifieri hija ftehim bejn kompetituri. F’dan is-sens hemm differenza deċiżiva meta pparagunat mal-każ Langnese-Iglo, fejn kien hemm kuntratti ta’ xiri esklużiv ta’ natura vertikali (136).

    234. Kif ingħad iktar ’il fuq, bħala prinċipju, ma huwiex konformi ma’ aġir kompetittiv normali l-fatt li impriża tixtri b’mod regolari l-produzzjoni tal-ikbar kompetitriċi tagħha – jew, f’kull każ, parti kunsiderevoli minnha – b’mod partikolari meta jkollha pożizzjoni dominanti fis-suq (137). Meta sarulha domandi f’dan ir-rigward waqt is-seduta, anki Alrosa ammettiet dan il-fatt quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.

    235. F’dan il-każ, ma’ dan jiżdied ir-rwol ta’ “market maker” ta’ De Beers, magħruf minn ġrajjiet imgħoddija, u l-isforzi tagħha sabiex tikkontrolla l-produzzjoni fis-suq tad-djamanti mhux maħduma (138). Fuq il-bażi ta’ dawn il-fatti, ma kienx assolutament irraġonevoli, min-naħa tal-Kummissjoni, li titlaq mill-premessa li relazzjoni ta’ provvista li ilha teżisti għal tul ta’ żmien bejn Alrosa u De Beers setgħet tinvolvi abbuż minn pożizzjoni dominanti min-naħa ta’ din tal-aħħar. Sabiex ikun evitat dan il-periklu għall-kompetizzjoni, il-Kummissjoni setgħet tagħmel vinkolanti l-impenji individwali ta’ De Beers, li jipprevedu l-waqfien komplet ta’ din ir-relazzjoni ta’ provvista.

    236. Barra minn hekk, Alrosa toġġezzjona li ma hijiex qed titħallha jkollha aċċess għall-ikbar xerrejja fis-suq. Hija ssostni li l-Kummissjoni setgħet għall-inqas tippermettilha bejgħ ad hoc lil De Beers, pereżempju permezz ta’ bejgħ b’irkant lill-aħjar offerent. Diġà spjegajt iktar ’il fuq li l-ebda wieħed minn dawn l-argumenti ma huwa fondat (139).

    237. Alrosa turi wkoll il-biża’ li, mingħajr De Beers bħala xerrejja, hija ma għandhiex iktar iċ-ċertezza li tista’ tbigħ id-djamanti mhux maħduma tagħha bi prezzijiet vantaġġjużi mil-lat ekonomiku. Is-setgħa ta’ negozjar tax-xerrejja l-oħra tiżdied, biex b’hekk ikunu jistgħu jinkisbu biss prezzijiet inferjuri, li jwassal għal distorsjoni tal-kompetizzjoni b’detriment għal Alrosa.

    238. Madankollu, f’ekonomija miftuħa tas-suq, kull operatur ekonomiku jrid isostni r-riskju marbut mal-bejgħ tal-prodotti tiegħu. Jekk, sabiex jintgħoġob minn impriża partikolari, ikun hemm l-intenzjoni li titħalla titkompla relazzjoni ta’ provvista li tqajjem tħassib abbażi tal-Artikolu 82 KE, fl-aħħar nett, il-kompetituri jkunu qegħdin jiġu protetti mill-kompetizzjoni, u tkun qed tingħata prijorità lill-interessi tal-impriżi involuti b’detriment tal-interess ġenerali għal kompetizzjoni mhux distorta (l-Artikolu 3(1)(ġ) KE). Madankollu, l-għan tal-liġi Ewropea tal-kompetizzjoni għandu jkun li jipproteġi lill-kompetizzjoni u mhux lill-kompetituri, peress li minn dan jibbenefikaw indirettament anki l-konsumaturi u l-komunità (140).

    239. Il-fatt li minn issa, diversament minn qabel, Alrosa trid tinnegozja b’mod iktar intensiv il-prezzijiet tagħha max-xerrejja l-oħra fis-suq tad-djamanti mhux maħduma, ma jfissirx li hemm inqas kompetizzjoni, iżda, bil-kontra, li hemm iktar kompetizzjoni. Kif barra minn hekk tispjega l-Kummissjoni – mingħajr ma ġiet ikkontestata – is-suq huwa kkaratterizzat minn numru kbir ta’ xerrejja li b’paragun huma żgħar, iżda li s-setgħa ta’ negozjar tagħhom ma tistax tiġi sottovalutata.

    240. Fl-aħħar nett Alrosa ssostni li d-deċiżjoni kkontestata jkollha effetti żvantaġġjużi fuq il-kompetizzjoni, peress li din tagħti lok għal riskju kunsiderevoli ta’ tnaqqis fil-produzzjoni, kemm-il darba Alrosa ma ssibx iktar xerrejja għad-djamanti mhux maħduma tagħha. Madankollu, kif oġġezzjonat ġustament il-Kummissjoni, xenarju bħal dan ma huwiex probabbli, jekk jittieħed inkunsiderazzjoni l-fatt li d-domanda għad-djamanti baqgħet l-istess fis-swieq downstream. Alrosa stess ma esponiet xejn li juri tnaqqis fil-volum tad-domanda f’dawn is-swieq downstream.

    241. Fl-aħħar nett, għandu jiġi kkonstatat li d-deċiżjoni kkontestata ma tmurx kontra l-prinċipju tal-libertà kuntrattwali. Għaldaqstant, l-ewwel parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza hija infondata.

    b)      Fuq il-proporzjonalità (it-tieni parti tat-tielet motiv fl-ewwel istanza)

    242. Alrosa ssostni li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tkun ibbażata fuq l-Artikolu 82 KE u fuq l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003, peress li din tmur kontra l-prinċipju ta’ proporzjonalità.

    243. Essenzjalment, Alrosa ssostni li projbizzjoni assoluta fuq De Beers milli tixtri djamanti mhux maħduma mingħand Alrosa ma hijiex meħtieġa għal żewġ raġunijiet: l-ewwel nett, il-ftehim innotifikat xorta ma kienx jirriżerva lil De Beers iktar minn 50 % tal-produzzjoni tad-djamanti ta’ Alrosa. It-tieni nett, il-Kummissjoni kellha għad-dispożizzjoni tagħha soluzzjoni alternattiva inqas restrittiva minn projbizzjoni totali tal-bejgħ, li tikkonsisti mill-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa.

    244. Dawn l-argumenti ma jistgħux jiġġustifikaw l-annullament tad-deċiżjoni kkontestata.

    245. Qabel kollox, għandu jitfakkar li l-istħarriġ tal-idoneità u tal-ħtieġa tal-impenji rigward deċiżjoni adottata skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 jeħtieġ li l-Kummissjoni tagħmel evalwazzjonijiet ekonomiċi kumplessi, u biex tagħmilhom hija tgawdi minn marġni ta’ diskrezzjoni (141).

    246. Fil-kuntest ta’ din il-marġni ta’ diskrezzjoni, f’dan il-każ, għandha tkun il-Kummissjoni li tiddeċiedi, l-ewwel nett, jekk il-ftehim innotifikat iqajjimx tħassib mil-lat tal-kompetizzjoni u, it-tieni nett, jekk l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa setgħux jittieħdu inkunsiderazzjoni bħala strument inqas restrittiv meta pparagunati mal-impenji individwali ta’ De Beers.

    247. Kif ingħad iktar ’il fuq (142), il-qorti Komunitarja tista’ teżamina tali deċiżjoni tal-Kummissjoni, minn perspettiva sostantiva, mil-lat tal-korrettezza tal-fatti kkunsidrati u tal-preżenza ta’ żbalji ta’ evalwazzjoni manifesti. F’dan ir-rigward, hija għandha tistħarreġ mhux biss l-eżattezza materjali tal-provi mressqa, l-affidabbiltà u l-koerenza tagħhom, iżda anki tikkonstata jekk dawn il-provi humiex l-informazzjoni rilevanti kollha li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni sabiex tkun evalwata sitwazzjoni kumplessa u jekk dawn ikunux ta’ natura tali li jikkonfermaw il-konklużjonijiet li se jinġibdu minnhom.

    248. F’dan il-każ, qed jiġi diskuss biss jekk il-fatti li kkonstatat il-Kummissjoni setgħux ikunu l-bażi għall-konklużjonijiet li hija stess ġibdet minnhom; u b’mod partikolari, minn naħa, il-konklużjoni li l-ftehim innotifikat kien iqajjem tħassib mil-lat tal-kompetizzjoni b’relazzjoni għall-Artikolu 82 KE u, min-naħa l-oħra, il-konklużjoni li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma kinux jikkostitwixxu alternattiva idonea meta pparagunati mal-impenji individwali li saru vinkolanti.

    i)      Fuq l-eżistenza ta’ problema fil-qasam tal-kompetizzjoni

    249. Qabel kollox, fir-rigward tal-eżistenza ta’ problema fil-qasam tal-kompetizzjoni, Alrosa tikkuntenta ruħha bir-referiment xott li jgħid li fl-imgħoddi, ir-relazzjonijiet ta’ provvista esklużivi ma’ impriżi li kellhom pożizzjoni dominanti ta’ daqs paragunabbli ma’ dak tal-ftehim innotifikat (madwar 50 % tal-produzzjoni kollha ta’ Alrosa) ma kinux jitqiesu bħala atti li kienu jqajmu tħassib mil-lat tal-kompetizzjoni.

    250. F’dan il-każ, ma hemmx għalfejn jiġi mistħarreġ jekk din l-affermazzjoni ta’ Alrosa – li ma ġietx ipprovata – hijiex korretta. Fil-fatt, f’kull każ, din il-kawża hija kkaratterizzata minn numru ta’ fatturi partikolari.

    251. L-ewwel nett, l-ammont ta’ madwar 50 % tal-produzzjoni annwali tad-djamanti ta’ Alrosa, li kellu jkun is-suġġett tal-ftehim innotifikat flimkien ma’ De Beers, kien jirrappreżenta l-produzzjoni kollha li dak iż-żmien kienet intiża għall-esportazzjoni (143). It-tieni nett, De Beers ma kinitx xerrejja kwalunkwe tal-prodotti ta’ Alrosa, iżda l-produttriċi ewlenija fuq livell dinji ta’ djamanti mhux maħduma, jiġifieri kompetitriċi ta’ Alrosa, li barra minn hekk, skont l-evalwazzjoni provviżorja tal-Kummissjoni, kellha pożizzjoni dominanti fis-suq (144). It-tielet nett, skont il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni, kien hemm ħjiel favur il-fatt li l-ftehim innotifikat kien se jippermetti li De Beers tikkontrolla, bħala “market maker” il-produzzjoni fis-suq tad-djamanti (145).

    252. Fuq il-bażi ta’ dawn il-premessi, ma tistax tiġi kkritikata l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-ftehim innotifikat kien iqajjem tħassib mil-lat tal-liġi tal-kompetizzjoni b’relazzjoni għall-konformità tiegħu mal-Artikolu 82 KE. Il-Kummissjoni setgħet raġonevolment titlaq mill-premessa li dan il-ftehim kien jinvolvi abbuż mill-pożizzjoni dominanti ta’ De Beers.

    ii)    Fuq l-idoneità u l-ħtieġa tal-impenji individwali ta’ De Beers

    253. Rigward l-idoneità u l-ħtieġa tal-impenji individwali ta’ De Beers, li saru vinkolanti, li jipprevedu l-waqfien totali tar-relazzjoni kummerċjali ma’ Alrosa, għandu jiġi ppreċiżat dan li ġej.

    254. Huwa minnu li l-Kummissjoni, bħala strument inqas inċiżiv, kellha l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa. Għaldaqstant, il-Kummissjoni kellha tistħarreġ jekk dawn l-impenji kollettivi kinux idonei, bl-istess mod, bħall-impenji individwali ta’ De Beers, li kienu manifestament iktar estiżi, sabiex tissolva l-problema fil-qasam tal-kompetizzjoni li identifikat hija stess. Sabiex twettaq dan l-istħarriġ, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq investigazzjoni tas-suq, fejn iddokumentat ir-riżultati tagħha – minkejja li b’mod pjuttost konċiż – fid-deċiżjoni kkontestata (146).

    255. Minkejja li fil-proċedura amministrattiva Alrosa kkritikat ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq ikkonstatati mill-Kummissjoni (147), hija ma kkontestathomx fir-rikors tagħha quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza. Quddiem il-qorti Komunitarja, kien biss waqt l-appell li Alrosa sostniet għall-ewwel darba li l-osservazzjonijiet tal-21 terz interessat ma kinux sinjifikattivi (148). Dan ma huwiex mod ammissibbli kif wieħed jimxi, peress li s-suġġett tal-kawża ma jistax jiġi estiż iktar minn dak tal-proċedura tal-ewwel istanza permezz tad-deduzzjoni ta’ motivi ġodda fl-istadju tal-appell (l-Artikolu 42(2) moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja) (149). Għaldaqstant, minn hawn ’il quddiem ser nibbaża ruħi biss fuq il-konstatazzjonijiet tal-Kummissjoni rigward ir-riżultati tal-investigazzjoni tas-suq li ma ġewx ikkontestati f’waqthom minn Alrosa quddiem il-Qorti tal-Prim’Istanza.

    256. L-osservazzjonijiet tat-terzi interessati fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-suq esprimew, inter alia, it-tħassib tagħhom li jekk titkompla r-relazzjoni ta’ xiri li ilha għaddejja għal tul ta’ żmien, De Beers kienet se tkun tista’ timpedixxi li Alrosa ssir kompetitriċi indipendenti (150). Barra minn hekk, il-parti l-kbira tat-terzi interessati kienu jemmnu li bejn De Beers u Alrosa ma kellu jkun hemm l-ebda tip ta’ relazzjoni kummerċjali (151).

    257. Fuq il-bażi ta’ dawn il-premessi, ma tistax tiġi kkritikata l-konklużjoni tal-Kummissjoni li tgħid li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa, li kellhom ikomplu jippermettu bejgħ bi kwantitajiet limitati minn Alrosa lil De Beers, ma kinux idonei sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġew identifikati mill-Kummissjoni. Fl-ebda każ ma kien irraġonevoli li wieħed jassumi li l-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma kinux idonei bl-istess mod bħall-impenji individwali ta’ De Beers sabiex jissolvew il-problemi fil-qasam tal-kompetizzjoni b’relazzjoni għall-Artikolu 82 KE.

    258. Diversament mill-każ Automec (152), li Alrosa tirreferi għalih kemm-il darba, f’dan il-każ ma kienx hemm numru ta’ soluzzjonijiet ekwivalenti għall-problema fil-qasam tal-kompetizzjoni li ġiet identifikata mill-Kummissjoni. Konsegwentement, is-sentenza Automec vs Il-Kummissjoni ma tistax tiġi trasposta għal din il-kawża.

    259. Għaldaqstant, fl-aħħar, għandu jiġi kkonstatat li lanqas l-għarfien tal-impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa ma seta’ jimpedixxi lill-Kummissjoni milli tagħmel vinkolanti l-impenji individwali, iktar estiżi, ta’ De Beers.

    iii) Fuq il-proporzjonalità fis-sens strett tat-terminu

    260. Barra minn hekk, Alrosa ssostni li projbizzjoni assoluta milli tbigħ lil De Beers tippreġudika b’mod sproporzjonat l-interessi tagħha. Il-libertà ta’ Alrosa li tikkonkludi kuntratti mal-impriża li dak iż-żmien kienet l-iktar klijenta importanti tagħha tiġi annullata għal kollox u għal terminu ta’ żmien potenzjalment indefinit.

    261. Dan l-argument jikkorrispondi parzjalment għall-ewwel parti tat-tieni motiv fl-ewwel istanza, li tikkonċerna l-libertà kuntrattwali. Għaldaqstant, dan għandu jiġi miċħud minħabba r-raġunijiet imsemmija f’dak il-kuntest (153).

    iv)    Fuq l-allegata diskriminazzjoni ta’ Alrosa

    262. Fl-aħħar nett, Alrosa ssostni li d-deċiżjoni kkontestata hija arbitrarja u tiddiskrimina lill-impriża meta pparagunata ma’ fornituri oħrajn, li jistgħu jkomplu jbigħu d-djamanti mhux maħduma lil De Beers, mingħajr ma jkollhom jidħlu f’kompetizzjoni ma’ Alrosa.

    263. Alrosa ma pprovatx b’mod ċirkostanzjali jekk produtturi oħrajn ibigħux b’mod rilevanti lil De Beers. Madankollu, tali prova ċirkostanzjali kienet meħtieġa, fid-dawl tal-fatt li l-bejgħ bejn il-kompetituri ma jistax jiġi kkunsidrat awtomatikament bħala aġir normali fis-suq (154).

    264. Madankollu, anki jekk jitqies li dan il-bejgħ seħħ, Alrosa ma tbati minn ebda diskriminazzjoni b’riżultat tad-deċiżjoni kkontestata, meta pparagunata ma’ produtturi oħrajn.

    265. Fil-fatt, skont ġurisprudenza stabbilita l-prinċipju ta’ trattament ugwali jew ta’ nondiskriminazzjoni jeżiġi li sitwazzjonijiet paragunabbli ma jiġux trattati b’mod differenti u li sitwazzjonijiet differenti ma jiġux trattati bl-istess mod, ħlief jekk dan ikun oġġettivament meħtieġ (155).

    266. F’dan il-każ, Alrosa u l-produtturi l-oħra tad-djamanti mhux maħduma li joperaw fis-suq mhux neċessarjament jinsabu f’sitwazzjoni simili. Skont il-konstatazzjonijiet tal-Qorti tal-Prim’Istanza (156), Alrosa hija t-tieni l-ikbar kumpannija fuq skala dinjija fil-produzzjoni tad-djamanti, u tixtieq tikkonkludi kuntratt ta’ provvista fuq perijodu ta’ żmien twil ma’ De Beers, li hija l-kumpannija ewlenija. Relazzjoni ta’ provvista bejn De Beers u Alrosa, diġà minħabba l-pożizzjoni prominenti fis-suq ta’ dawn iż-żewġ impriżi, tista’ tkun evalwata b’mod differenti minn relazzjoni ta’ provvista eventwali bejn De Beers u produttur ieħor, manifestament iżgħar, tad-djamanti mhux maħduma.

    267. Ma’ dan jiżdied il-fatt li, permezz tal-ftehim innotifikat, kellha tkompli relazzjoni ta’ provvista esklużiva li ilha teżisti għal għexieren ta’ snin bejn Alrosa u De Beers, użata minn De Beers sabiex tassigura r-rwol tagħha bħala “market maker” u sabiex tikkontrolla l-produzzjoni fis-suq dinji (157). Anki dan il-kuntest storiku jagħmel distinzjoni bejn is-sitwazzjoni ta’ Alrosa u dik tal-produtturi l-oħra fis-suq.

    268. Għaldaqstant, ma jista’ jiġi kkonstatat l-ebda ksur tal-prinċipju ġenerali ta’ trattament ugwali u ta’ nondiskriminazzjoni. Kuntrarjament għal dak li sostniet Alrosa, id-deċiżjoni kkontestata lanqas ma kienet arbitrarja, iżda kienet ibbażata fuq kunsiderazzjonijiet oġġettivi li kienu bbażati, b’mod partikolari, fuq ir-riżultati ta’ investigazzjoni tas-suq imwettqa mill-Kummissjoni.

    269. Għal finijiet ta’ kompletezza, inżid li d-deċiżjoni kkontestata ma tistax tiġi interpretata, pereżempju, bħala awtorizzazzjoni bla limiti li tippermetti lil De Beers tixtri djamanti mhux maħduma mingħand produtturi differenti minn Alrosa. Anzi, anki r-relazzjonijiet ta’ provvista bejn De Beers u produtturi oħrajn għandhom jiġu evalwati, naturalment billi jiġu kkunsidrati l-fatti tal-każ fid-dawl tal-Artikoli 81 KE u 82 KE, kif ukoll tal-Artikoli 53 u 54 tal-Ftehim ŻEE.

    v)      Konklużjoni parzjali

    270. Għaldaqstant, b’mod kumplessiv, it-tieni parti tat-tielet motiv tar-rikors fl-ewwel istanza hija fondata.

    Ċ –    Konklużjoni parzjali

    271. Peress li l-ebda wieħed mill-motivi mqajjma minn Alrosa fl-ewwel istanza ma jista’ jintlaqa’, ir-rikors għal annullament li din ressqet kontra d-deċiżjoni kkontestata għandu jiġi miċħud.

    VII – Fuq l-ispejjeż

    272. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 122 tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-appell ikun fondat u l-Qorti tal-Ġustizzja taqta’ l-kawża definittivament hija stess, hija għandha tiddeċiedi dwar l-ispejjeż.

    273. Skont l-Artikolu 69(2) moqri flimkien mal-Artikolu 118 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Ġustizzja, il-parti li titlef għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Peress li Alrosa tilfet, hemm lok li hija tiġi ordnata tbati l-ispejjeż taż-żewġ istanzi, kif mitlub mill-Kummissjoni.

    VIII – Konklużjoni

    274. Skont il-kunsiderazzjonijiet li ssemmew iktar ’il fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tiddeċiedi kif ġej:

    1)      Is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-11 ta’ Lulju 2007, fil-Kawża T-170/06, Alrosa vs Il-Kummissjoni, hija annullata.

    2)      Ir-rikors imressaq minn Alrosa fl-ewwel istanza intiż għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/520/KE, tat-22 ta’ Frar 2006, huwa miċħud.

    3)      Alrosa hija kkundannata għall-ispejjeż taż-żewġ istanzi.


    1 – Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.


    2 – Din in-nota ma tikkonċernax il-verżjoni Maltija.


    3 – Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003, tas-16 ta’ Diċembru 2002, fuq l-implementazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205).


    4 – Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2006/520/KE, tat-22 ta’ Frar 2006, dwar proċedura li tapplika l-Artikolu 82 tat-Trattat KE u l-Artikolu 54 tal-Ftehim ŻEE (Każ COMP/B-2/38.381 — De Beers), innotifikata bin-numru ta’ referenza K(2006) 521, sommarju fil-ĠU L 205, p. 24; iktar ’il quddiem anki d-“deċiżjoni kkontestata”.


    5 – Sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tal-11 ta’ Lulju 2007, Alrosa vs Il-Kummissjoni (T‑170/06, Ġabra p. II‑2601, irrettifikata b’digriet tal-Qorti tal-Prim’Istanza tas-27 ta’ Awissu 2007); iktar ’il quddiem anki s-“sentenza appellata” jew is-“sentenza tal-ewwel istanza”.


    6 – Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004, tas-7 ta’ April 2004, dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 81 sa 82 tat-Trattat tal-KE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81).


    7 – It-tieni paragrafu tal-Artikolu 45 tar-Regolament Nru 1/2003.


    8 – Il-bażi legali tar-Regolament Nru 773/2004 hija l-Artikolu 33 tar-Regolament Nru 1/2003; dwar id-dħul fis-seħħ ara l-Artikolu 20 tar-Regolament Nru 773/2004.


    9 – Regolament Nru 773/2004 ġie emendat, minn naħa, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1792/2006, tat-23 ta’ Ottubru 2006, (ĠU L 362, p. 1) u, min-naħa l-oħra, mir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 622/2008, tat-30 ta’ Ġunju 2008, (ĠU L 171, p. 3).


    10 – Punti 8 sa 26 u 179 tas-sentenza appellata.


    11 – Iktar ’il quddiem “Alrosa”.


    12 – Iktar ’il quddiem anki “De Beers”.


    13 – Regolament tal-Kunsill Nru 17, tas-6 ta’ Frar 1962 – L-ewwel Regolament li jimplementa l-Artikoli 85 u 86 tat-Trattat (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 1, p. 13). Dan ir-regolament kien jinkludi l-leġiżlazzjoni applikabbli qabel l-adozzjoni tar-Regolament Nru 1/2003, li ġiet issostitwita minnu b’seħħ mill-1 ta’ Mejju 2004.


    14 – Iktar ’il quddiem l-“impenji individwali ta’ Alrosa”.


    15 – Iktar ’il quddiem l-“impenji kollettivi ta’ De Beers u ta’ Alrosa”.


    16 – ĠU C 136, p. 32.


    17 – Iktar ’il quddiem l-“impenji individwali ta’ De Beers”.


    18 – Fl-att tal-appell tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li din kienet il-verżjoni finali tal-impenji li kienu diġà offruti lilha għall-ewwel darba fl-aħħar taۥ Novembru 2005, jiġifieri fil-bidu ta’ Diċembru 2005, u li sarulhom xi tibdiliet fid-diċitura sas-26 ta’ Jannar 2006.


    19 – Kif jirriżulta mill-punt 185 tas-sentenza appellata, il-Kummissjoni informat lil Alrosa, b’ittra tat-22 ta’ Frar 2006, li l-“proċedura li kienet tikkonċerna lilha” kienet ingħalqet.


    20 – Ara l-punt 30 tas-sentenza appellata.


    21 – L-oriġinal tal-att tal-appell, li inizjalment intbagħat bil-faks, ġie ppreżentat fir-Reġistru tal-Qorti tal-Ġustizzja, fis-26 ta’ Settembru 2007.


    22 – Ara, ex pluris, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-11 ta’ Lulju 1989, Schräder (C-265/87, Ġabra p. 2237, punt 21); tat-13 ta’ Novembru 1990, Fedesa et (C‑331/88, Ġabra p. I‑4023, punt 13); tat-12 ta’ Lulju 2001, Jippes et (C‑189/01, Ġabra p. I‑5689, punt 81); tad-9 ta’ Marzu 2006, Zuid-Hollandse Milieufederatie u Natuur en Milieu (C‑174/05, Ġabra p. I‑2443, punt 28), kif ukoll tal-24 ta’ Mejju 2007, Maatschap Schonewille-Prins (C‑45/05, Ġabra p. I‑3997, punt 45).


    23 – Ara, bħala eżempju, is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-6 ta’ April 1995, RTE u ITP vs Il-Kummissjoni (“Magill”, C‑241/91 P u C‑242/91 P, Ġabra p. I‑743, punt 93), kif ukoll tat-18 ta’ Diċembru 2007, Cementbouw Handel & Industrie vs Il-Kummissjoni (“Cementbouw”, C‑202/06 P, Ġabra p. I‑12129, punt 52).


    24 – F’dan is-sens, anki l-punti 88 u 139 tas-sentenza appellata.


    25 – F’dan is-sens, ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-25 ta’ Jannar 2007, Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni (C‑403/04 P u C‑405/04 P, Ġabra p. I‑729, punt 40); tal-10 ta’ Lulju 2008, Bertelsmann u Sony Corporation of America vs Impala (“Impala”, C‑413/06 P, Ġabra p. I-4951, punt 117), kif ukoll tas-16 ta’ Diċembru 2008, Masdar (UK) vs Il-Kummissjoni (C‑47/07 P, Ġabra p. I-9761, punt 77).


    26 – F’dan ir-rigward ara anki l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 22.


    27 – Ara, b’mod partikolari, il-punti 101, 103 u 104 kif ukoll il-punt 140 tas-sentenza appellata.


    28 – Punti 87 u 95 tas-sentenza appellata.


    29 – L-affermazzjoni li tinsab fil-punt 87 tas-sentenza appellata, li tgħid li deċiżjoni skont l-Artikolu 9 tar-Regolament Nru 1/2003 għandha bħala effett “li ttemm il-proċedura ta’ konstatazzjoni u ta’ penalizzazzjoni ta’ ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni” xejn mhija ċara.


    30 – F’dan ir-rigward ara t-tieni sentenza tal-premessa 13 tar-Regolament Nru 1/2003.


    31 – F’dan ir-rigward ara – b’riferiment għal proċedura ta’ stħarriġ tal-konċentrazzjonijiet – il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fis-26 ta’ April 2007 fil-kawża Cementbouw (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 69).


    32 – F’dan ir-rigward, erġaۥ ara l-punt 53 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    33 – Punt 154 tas-sentenza appellata.


    34 – Ara, b’mod partikolari, il-punti 101, 140 u 154 tas-sentenza appellata.


    35 – Ara, b’mod partikolari, il-punt 154 tas-sentenza appellata.


    36 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-23 ta’ April 2002, Campogrande vs Il-Kummissjoni (C‑62/01 P, Ġabra p. I‑3793, punt 24); tat-22 ta’ Ġunju 2006, Storck vs UASI (C‑24/05 P, Ġabra p. I‑5677, punti 34 u 35), kif ukoll tal-15 ta’ Marzu 2007, British Airways vs Il-Kummissjoni (C‑95/04 P, Ġabra p. I‑2331, punt 137).


    37 – Ġurisprudenza stabbilita, ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Jannar 2004, Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (C‑204/00 P, C‑205/00 P, C‑211/00 P, C‑213/00 P, C‑217/00 P u C‑219/00 P, Ġabra p. I‑123, punt 48); tas-6 ta’ April 2006, General Motors vs Il-Kummissjoni (C‑551/03 P, Ġabra p. I‑3173, punt 51); tal-10 ta’ Mejju 2007, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (C‑328/05 P, Ġabra p. I‑3921, punt 41); u tat-2 ta’ April 2009, Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni (C‑431/07 P, Ġabra p. I-2655, punt 137).


    38 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-15 ta’ Frar 2005, Il-Kummissjoni vs Tetra Laval (C‑12/03 P, Ġabra p. I‑987, punti 37 sa 49); tat-22 ta’ Novembru 2007, Spanja vs Lenzing (C‑525/04 P, Ġabra p. I‑9947, punti 56 sa 61), kif ukoll Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punti 135 sa 150, partikolarment il-punt 143).


    39 – Fundamentali dwar il-marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni fil-proċeduri fil-qasam tal-kompetizzjoni hija s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-11 ta’ Lulju 1985, Remia vs Il-Kummissjoni (42/84, Ġabra p. 2545, punt 34); ara wkoll is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ Novembru 1987, British American Tobacco u Reynolds Industries vs Il-Kummissjoni (142/84 u 156/84, Ġabra p. 4487, punt 62), kif ukoll Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 279).


    40 – Punti 108 sa 110 tas-sentenza appellata.


    41 – Sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-3 ta’ April 2003, Royal Philips Electronics vs Il-Kummissjoni (T‑119/02, Ġabra p. II‑1433, punt 78), kif ukoll tat-30 ta’ Settembru 2003, ARD vs Il-Kummissjoni (T‑158/00, Ġabra p. II‑3825, punt 328); ara wkoll il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fil-kawża Cementbouw (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 67).


    42 – Punti 123 sa 125, u b’mod partikolari l-punt 125 tas-sentenza appellata.


    43 – Punt 126 tas-sentenza appellata.


    44 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 144).


    45 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Il-Kummissjoni vs Tetra Laval (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 39) kif ukoll Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 145). Din il-ġurisprudenza, imfassla għall-ewwel darba fil-kuntest tal-istħarriġ tal-operazzjonijiet ta’ konċentrazzjoni, sadanittant kisbet importanza lil hinn minn dan il-qasam tad-dritt u tista’ tiġi applikata kull darba li għandhom jiġu eżaminati deċiżjonijiet tal-Kummissjoni biex jinstabu żbalji manifesti ta’ evalwazzjoni; ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Spanja vs Lenzing (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 57) u tas-6 ta’ Novembru 2008, Il-Pajjiżi l-Baxxi vs Il-Kummissjoni (C‑405/07 P, Ġabra p. I-8301, punt 55), kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tas-27 ta’ Settembru 2006, Dresdner Bank vs Il-Kummissjoni (T‑44/02 OP, T‑54/02 OP u T‑56/02 OP, T‑60/02 OP u T‑61/02 OP, Ġabra p. II‑3567, punt 67).


    46 – F’dan is-sens anki l-punt 131 tas-sentenza appellata.


    47 – Punt 132 tas-sentenza appellata.


    48 – F’dan is-sens, ara l-premessi 41 u 42 tad-deċiżjoni kkontestata.


    49 – F’dan ir-rigward, ara l-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fil-kawża Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 240).


    50 – Ara l-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fl-10 ta’ Marzu 2009 fil-kawża S.P.C.M. et (C‑558/07, Ġabra p. I-5783, punt 77); bl-istess mod, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-12 ta’ Marzu 2002, Omega Air et (C‑27/00 u C‑122/00, Ġabra p. I‑2569, punt 72), fejn jingħad li ma jkunx hemm żball manifest ta’ evalwazzjoni jekk l-istituzzjoni inkwistjoni, meta tadotta d-deċiżjoni tagħha, tista’ “raġonevolment” titlaq minn ċerti ipoteżi; barra minn hekk, ara l-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fl-1 ta’ Frar 2007 fil-kawża Spanja vs Lenzing (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 38, punt 71), fejn spjegajt li previżjoni tiġi kkunsidrata bħala manifestament żbaljata biss f’każ fejn din ma tkunx tista’ tiġi “ġġustifikata taħt ebda aspett immaġinabbli”.


    51 – Punt 133 tas-sentenza appellata.


    52 – Punt 134 tas-sentenza appellata.


    53 – L-aħħar sentenza tal-punt 153 tas-sentenza appellata.


    54 – L-ewwel sentenza tal-punt 153 tas-sentenza appellata.


    55 – Ara, iktar ’il fuq, il-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    56 – Punt 134 tas-sentenza appellata.


    57 – Punti 138 u 153 tas-sentenza appellata.


    58 – F’dan is-sens, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 145) fejn jingħad li l-Qorti tal-Prim’Istanza, quddiem marġni ta’ diskrezzjoni tal-Kummissjoni, ma tistax tissostitwixxi l-evalwazzjoni ekonomika tagħha għal dik tal-Kummissjoni.


    59 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-15 ta’ Ġunju 2000, Dorsch Consult vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (C-237/98 P, Ġabra p. I 4549, punt 36); tat-18 ta’ Jannar 2007, PKK u KNK vs Il-Kunsill (C‑229/05 P, Ġabra p. I‑439, punt 35), kif ukoll tas-16 ta’ Lulju 2009, Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (C-440/07 P, Ġabra p. I-6413, punt 104).


    60 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja PKK u KNK vs Il-Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 37); tat-18 ta’ Lulju 2007, Industrias Químicas del Vallés vs Il-Kummissjoni (C‑326/05 P, Ġabra p. I-6557, punt 60); tat-22 ta’ Novembru 2007, Sniace vs Il-Kummissjoni (C-260/05 P, Ġabra p. I-10005, punt 37); kif ukoll tat-8 ta’ Mejju 2008, Eurohypo vs UASI (C-304/06 P, Ġabra p. I-3297, punt 34); kif ukoll id-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-3 ta’ Ġunju 2009, Zipcar vs UASI (C-394/08 P, p. I-95, punt 40).


    61 – Punti 115 u 150 tas-sentenza appellata.


    62 –      Fil-punt 99 tas-sentenza appellata, il-Qorti tal-Prim’Istanza ssostni li: “L-istħarriġ tal-proporzjonalità ta’ miżuri huwa […] stħarriġ oġġettiv […]”.


    63 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Mejju 1998, Somaco vs Il-Kummissjoni (C‑401/96 P, Ġabra p. I‑2587, punt 53); Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 77), kif ukoll tas-16 ta’ Lulju 2009, Der Grüne Punkt – Duales System Deutschland vs Il-Kummissjoni (C-385/07 P, p. I-6155, punt 71).


    64 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-6 ta’ Marzu 2001, Connolly vs Il-Kummissjoni (C-274/99 P, Ġabra p. I-1611, punt 121); Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 372); tat-2 ta’ April 2009, France Télécom vs Il-Kummissjoni (C‑202/07 P, Ġabra p. I-2369, punt 30), kif ukoll Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 135).


    65 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Mejju 1998, Il-Kunsill vs de Nil u Impens (C-259/96 P, Ġabra p. I-2915, punti 32 u 33); Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 372); France Télécom vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64, punt 29), kif ukoll Il-Kummissjoni vs Schneider,Electric (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 135).


    66 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-7 ta’ Ġunju 2007, Wunenburger vs Il‑Kummissjoni (C‑362/05 P, Ġabra p. I‑4333, punt 80).


    67 – Rigward din il-komunikazzjoni, ara l-punt 26 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    68 – Dwar l-iżnaturament tal-fatti, ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59; dwar il-kwalifika ġuridika tal-fatti, ara d-digriet tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-17 ta’ Settembru 1996, San Marco vs Il-Kummissjoni (C‑19/95 P, Ġabra p. I‑4435, punt 39), kif ukoll is-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Sumitomo Metal Industries u Nippon Steel vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, punt 39) u Il-Kummissjoni vs Schneider Electric (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 191).


    69 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Impala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25, partikolarment il-punti 64, 65, 73 u 76); f’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ma segwietx il-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-13 ta’ Diċembru 2007 fil-kawża ċċitata (ara, b’mod partikolari, il-punti 171 sa 176).


    70 – Fil-punt 16 tal-komunikazzjoni fil-Ġurnal Uffiċjali hemm din l-indikazzjoni: “Fuq il-bażi tal-eżitu ta’ din l-investigazzjoni tas-suq, il-Kummissjoni biħsiebha tadotta deċiżjoni skont l-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 1/2003 […]” [traduzzjoni mhux uffiċjali] (enfażi miżjuda).


    71 – It-tieni sentenza tal-punt 136, u l-ewwel sentenza tal-punt 192 tas-sentenza appellata.


    72 – Dawn huma l-punti 132 sa 154 tas-sentenza appellata.


    73 – F’dan ir-rigward, ara, iktar ’il fuq, il-punt 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet, u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 25.


    74 – F’dan ir-rigward, ara l-konstatazzjonijiet li jissemmew fil-punti 8 u 9 kif ukoll is-silta mid-deċiżjoni kkontestata fil-punt 116 tas-sentenza appellata, fejn tissemma “relazzjoni kummerċjali bejn din il-kumpannija [De Beers] u l-iżjed kompetitriċi importanti tagħha, Alrosa”.


    75 – Punti 138 u 153 tas-sentenza appellata.


    76 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Frar 1978, United Brands u United Brands Continentaal vs Il-Kummissjoni (27/76, Ġabra p. 207, punt 189); tas-16 ta’ Settembru 2008, Sot. Lélos kai Sia et (C‑468/06 sa C-478/06, Ġabra p. I-7139, punt 50), kif ukoll tal-11 ta’ Diċembru 2008, Kanal 5 u TV 4 (C‑52/07, Ġabra p. I-8823, punt 26).


    77 – Ara, pereżempju, il-punti 58, 63 u 68 tar-risposta tal-Kummissjoni fl-ewwel istanza u l-punt 74 tas-sentenza appellata.


    78 – Punt 153 tas-sentenza appellata.


    79 – F’dan ir-rigward, erġa’ ara l-punt 121 ta’ dawn il-konklużjonijiet u l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 76.


    80 –      Premessi 25, 26, 28 u 30 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll il-punti 64 u 65 tar-risposta tal-Kummissjoni fil-proċedura tal-ewwel istanza; ara wkoll il-punt 83 tas-sentenza appellata.


    81 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-18 ta’ Marzu 1993, Il-Parlament vs Frederiksen (C-35/92 P, Ġabra p. I-991, punt 31); tat-8 ta’ Mejju 2003, T. Port vs Il-Kummissjoni (C-122/01 P, Ġabra p. I-4261, punt 17); tat-28 ta’ Ġunju 2005, Dansk Rørindustri et vs Il-Kummissjoni (C-189/02 P, C-202/02 P, C-205/02 P sa C‑208/02 P u C-213/02 P, Ġabra p. I-5425, punt 148), kif ukoll tat-13 ta’ Settembru 2007, Common Market Fertilizers vs Il-Kummissjoni (C-443/05 P, Ġabra p. I-7209, punt 137).


    82 – Ara l-punti 158 u 204 tas-sentenza appellata. Fil-lingwa tal-kawża jingħad li dawn l-affermazzjonjiet saru “for the sake of completeness”.


    83 – Id-dokumenti mibgħuta huma magħmula mill-osservazzjonijiet tat-terzi interessati fil-kuntest tal-investigazzjoni tas-suq kif ukoll minn silta mill-impenji individwali ta’ De Beers (ara l-punt 29 ta’ dawn il-konklużjonijiet).


    84 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 372); Bouygues u Bouygues Télécom vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 42), kif ukoll Il-Kummissjoni vs Schneider-Electric (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 135).


    85 – Punt 201 tas-sentenza appellata (enfasi miżjuda).


    86 – Punt 203 tas-sentenza appellata.


    87 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Wunenburger vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 66, punt 80).


    88 – Il-Kummissjoni qed tirreferi għall-punt 130 tas-sentenza appellata.


    89 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Settembru 1999, Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et (C‑310/97 P, Ġabra p. I‑5363, punt 52); tal-15 ta’ Frar 2001, Nachi Europe (C‑239/99, Ġabra p. I‑1197, punt 24), kif ukoll tad-19 ta’ Jannar 2006, Comunità montana della Valnerina vs Il-Kummissjoni (C‑240/03 P, Ġabra p. I‑731, punt 43); ara wkoll is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-14 ta’ Diċembru 1962, Meroni vs L-Awtorità Għolja (46/59 u 47/59, Ġabra p. 783, p. 854).


    90 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja Il-Kummissjoni vs AssiDomän Kraft Products et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 89, punt 52) u Comunità montana della Valnerina vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 89, punt 43).


    91 – Digrieti tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-27 ta’ Settembru 2004, UER vs M6 et (C‑470/02 P, Ġabra p. 1-000, punt 69), kif ukoll tat-13 ta’ Ġunju 2006, Mancini vs Il-Kummissjoni (C‑172/05 P, Ġabra p. I-77, punt 41).


    92 – Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger ippreżentati fit-2 ta’ April 1998 fil-kawża Il-Parlament vs Gutiérrez de Quijano y Lloréns (C‑252/96 P, Ġabra p. I‑7421, punt 36).


    93 – F’dan is-sens, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja Il-Parlament vs Gutiérrez de Quijano y Lloréns (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 92, punt 34), kif ukoll id-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja UER vs M6 et (iċċitat fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 91, punt 74).


    94 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Lulju 1986, Il-Belġju vs Il-Kummissjoni (234/84, Ġabra p. 2263, punt 27); tal-24 ta’ Ottubru 1996, Il-Kummissjoni vs Lisrestal et (C‑32/95 P, Ġabra p. I‑5373, punt 21); tat-8 ta’ Marzu 2007, Gerlach (C‑44/06, Ġabra p. I‑2071, punt 38), kif ukoll tat-13 ta’ Settembru 2007, Land Oberösterreich u Österreich vs Il-Kummissjoni (C‑439/05 P u C‑454/05 P, Ġabra p. I‑7141, punt 36); speċifikament fuq l-osservanza tad-drittijiet tad-difiża fil-proċedura ġudizzjarja ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-2 ta’ Ottubru 2003, Corus UK vs Il-Kummissjoni (C‑199/99 P, Ġabra p. I‑11177, punt 19).


    95 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-22 ta’ Marzu 1961, SNUPAT vs L-Awtorità Għolja (42/59 u 49/59, Ġabra p. 101, p. 169); tal-10 ta’ Jannar 2002, Plant et vs Il-Kummissjoni u South Wales Small Mines (C‑480/99 P, Ġabra p. I‑265, punt 24), kif ukoll Corus UK vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 94, punt 19).


    96 – F’dan is-sens, ara anki l-konklużjonjiet tiegħi ppreżentati fis-27 ta’ Settembru 2006 fil-kawża PKK u KNK vs Il-Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 67).


    97 – Mid-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja UER vs M6 et (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 91, punt 74) jirriżulta li sentenza tal-ewwel istanza ma tistax tkun ibbażata fuq “nouvelle thèse inspirée par le Tribunal”.


    98 – F’dan ir-rigward, erġa’ ara l-punt 201 tas-sentenza appellata u l-punt 140 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    99 – Artikolu 62 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza.


    100 – F’dan ir-rigward, ara l-Artikolu 76a tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti tal-Prim’Istanza kif ukoll is-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza Royal Philips Electronics vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 41, punt 205).


    101 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Lulju 1980, Distillers Company vs Il-Kummissjoni (30/78, Ġabra p. 2229, punt 26), kif ukoll tal-14 ta’ Frar 1990, Franza vs Il-Kummissjoni (C‑301/87, Ġabra p. I‑307, punt 31); fl-istess sens, ara s-sentenzi Aalborg Portland et vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 73), kif ukoll tad-29 ta’ Ġunju 2006, SGL Carbon vs Il-Kummissjoni (C‑308/04 P, Ġabra p. I‑5977, punti 97 u 98).


    102 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-29 ta’ Ottubru 1980, van Landewyck et vs Il-Kummissjoni (209/78 sa 215/78 u 218/78, Ġabra p. 3125, punt 47), kif ukoll tat-23 ta’ April 1986, Bernardi vs Il-Parlament (150/84, Ġabra p. 1375, punt 28).


    103 – Punt 203 tas-sentenza appellata.


    104 – Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea ġiet ipproklamata, solennement, l-ewwel fis-7 ta’ Diċembru 2000 f’Nizza (ĠU C 364, p. 1), u wara, fit-12 ta’ Diċembru 2007 fi Strasbourg (ĠU C 303, p. 1).


    105 – Premessa 37 tar-Regolament Nru 1/2003. Minkejja li l-Karta tad-Drittijiet Fundamentali, bħala tali, għad ma għandhiex effetti legali vinkolanti li jistgħu jitqabblu ma’ dawk tad-dritt primarju, hija tipprovdi, bħala sors ġuridiku ta’ riferiment, indikazzjonijiet dwar id-drittijiet fundamentali ggarantiti mis-sistema legali Komunitarja, speċjalment meta att Komunitarju jagħmel riferiment espliċitu għal dan; sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tas-27 ta’ Ġunju 2006, Il-Parlament vs Il-Kunsill (“riunifikazzjoni tal-familja”, C-540/03, Ġabra p. I-5769, punt 38), u l-punt 108 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fit-8 ta’ Settembru 2005 fl-imsemmija kawża.


    106 – F’dan ir-rigward ara l-ġurisprudenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 94; b’mod partikolari, dwar l-osservanza tad-dritt għal smigħ fi proċeduri amministrattivi marbuta mal-liġi tal-kompetizzjoni, ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-18 ta’ Ottubru 1989, Orkem vs Il-Kummissjoni (374/87, Ġabra p. 3283, punt 32), u tat-3 ta’ Settembru 2009, P. Prym and Prym Consumer vs Il-Kummissjoni (C-534/07, Ġabra p. I-7415), punt 26).


    107 – Punti 176 u 177 tas-sentenza appellata.


    108 – Punt 178 tas-sentenza appellata.


    109 – Punt 186 tas-sentenza appellata.


    110 – Punt 187 tas-sentenza appellata.


    111 – Punt 187 tas-sentenza appellata.


    112 – Punti 197 sa 203 tas-sentenza appellata.


    113 – Punt 197 tas-sentenza appellata.


    114 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 174 u 175 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    115 – Il-pożizzjoni sistematika tal-Artikolu 27(3) tar-Regolament Nru 1/2003 wara l-Artikolu 27(1) huwa ħjiel tal-fatt li dan għandu jiġi applikat biss b’relazzjoni għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet skont l-Artikoli 7, 8, 23 u 24(2) ta’ dan ir-regolament.


    116 – F’dan ir-rigward, ara s-sentenzi ċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 106.


    117 – Punt 21 tas-sentenza appellata; ara anki l-punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    118 – Din l-ittra ġiet ippreżentata minn Alrosa stess lill-Qorti tal-Prim’Istanza bħala l-Anness 14 għar-rikors tagħha fl-ewwel istanza.


    119 – Punt 24 tas-sentenza appellata; ara anki l-punt 30 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    120 – F’dan ir-rigward, ara anki l-punti 214 sa 216 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    121 – Punt 201 tas-sentenza appellata.


    122 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 174 u 175 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    123 – Anki diversi impriżi jista’ jkollhom flimkien pożizzjoni dominanti fis-suq (l-hekk imsejħa pożizzjoni dominanti kollettiva).


    124 – F’dan is-sena anki l-punti 89 u 90 tas-sentenza appellata.


    125–      Proposta għal Regolament tal-Kunsill dwar l-implementazzjoni tar-regoli dwar il-kompetizzjoni stabbiliti fl-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat li jemenda r-Regolamenti (KEE) Nru 1017/68, (KEE) Nru 2988/74, (KEE) Nru 4056/86 u (KEE) Nru 3975/87 (“Regolament li jimplementa l-Artikoli 81 u 82 tat-Trattat”) [traduzzjoni mhux uffiċjali], ippreżentata mill-Kummissjoni fis-27 ta’ Settembru 2000 (COM(2000) 582 finali, ippubblikata fil-ĠU C 365E, p. 284); ara b’mod partikolari t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 9(1) ta’ din il-proposta.


    126 – Ara anki l-punt 91 tas-sentenza appellata.


    127 – Id-dritt għal amministrazzjoni tajba jiġi stabbilit fl-Artikolu 41 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, li tirreferi għalih il-Premessa 37 tar-Regolament Nru 1/2003.


    128 – L-Avukat Ġenerali Jacobs, fil-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fit-28 ta’ Mejju 1998 fil-kawża Bronner (C-7/97, Ġabra p. I-7791, punt 56) esprima dan il-kunċett b’dan il-mod: “[I]d-dritt li wieħed jagħżel is-sħab kummerċjali tiegħu u dak li jagħmel użu bil-libertà kollha mill-proprjetà tiegħu [jikkorrispondu għal] prinċipji ġeneralment rikonoxxuti mis-sistemi legali tal-Istati Membri, xi drabi fuq livell kostituzzjonali. Biex jittiefsu dawn id-drittijiet hija meħtieġa ġustifikazzjoni preċiża”.


    129 – Artikolu 16 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea.


    130 – Artikoli 4(1) u 98 KE; f’dan ir-rigward ara anki s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tad-9 ta’ Settembru 2003, CIF (C-198/01, Ġabra p. I-8055, punt 47).


    131 – Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tat-28 ta’ April 2009, Il-Kummissjoni vs L-Italja (C‑518/06, Ġabra p. I-3491, punt 66); ara wkoll is-sentenzi, tal-21 ta’ Jannar 1999, Bagnasco et (C‑215/96 u C‑216/96, Ġabra p. I‑135, punti 45 u 46), kif ukoll tat-18 ta’ Lulju 2007, Société thermale d’Eugénie-les-Bains (C‑277/05, Ġabra p. I‑6415, punt 21).


    132 – F’dan is-sens, ara s-sentenzi tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-18 ta’ Settembru 1992, Automec vs Il-Kummissjoni (T‑24/90, Ġabra p. II‑2223, punti 51 sa 53); u – b’referenza għal-libertà tal-impriża – tas-26 ta’ Ottubru 2000, Bayer vs Il-Kummissjoni (T‑41/96, Ġabra p. II‑3383, punt 180).


    133 – F’sens simili, ara l-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża Cementbouw (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punt 71).


    134 – F’dan il-każ, ma hemmx elementi sabiex jiġi stabbilit obbligu eventwali, sabiex bis-saħħa tiegħu De Beers tkompli tkun marbuta li tixtri kwantitajiet determinati ta’ djamanti mhux maħduma mingħand Alrosa. Għal finijiet ta’ kompletezza biss, nenfasizza li fis-seduta bil-preżenza tal-partijiet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, b’relazzjoni għan-netwerk ta’ distribuzzjoni ta’ De Beers, ġiet diskussa l-hekk imsejħa “duttrina tal-infrastrutturi essenzjali”. Madankollu, kif ammettiet Alrosa stess, tali netwerk ta’ distribuzzjoni ma tistax titqies bħala daqstant vitali li tikkostitwixxi infrastruttura indispensabbli (essential facility), li l-aċċess għaliha jrid neċessarjament ikun awtorizzat minn De Beers lil operaturi oħra fis-suq. Saħansitra, jekk il-ħolqien ta’ sistema ta’ distribuzzjoni tagħha stess ma jkunx ta’ profitt għal Alrosa, skont il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, ma jkun hemm l-ebda obbligu min-naħa ta’ De Beers (sentenza tas-26 ta’ Novembru 1998, Bronner, C‑7/97, Ġabra p. I‑7791, punti 41 sa 46, partikolarment il-punt 45; fuq id-“duttrina tal-infrastrutturi essenzjali” ara wkoll is-sentenzi “Magill”, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 23, punti 49 sa 57; kif ukoll tad-29 ta’ April 2004, IMS Health, C-418/01, Ġabra p. I-5039).


    135 – Alrosa tirreferi b’mod speċifiku għas-sentenza tal-Qorti tal-Prim’Istanza, tat-8 ta’ Ġunju 1995, Langnese-Iglo vs Il-Kummissjoni (T‑7/93, Ġabra p. II‑1533, punti 206 u 207), li kienet ikkonfermata mis-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-1 ta’ Ottubru 1998, Langnese-Iglo vs Il-Kummissjoni (C‑279/95 P, Ġabra p. I‑5609, punt 74).


    136 – Sentenza Langnese-Iglo vs Il-Kummissjoni (T-7/93, iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 135, punti 4 u 5).


    137 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 119 sa 122 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    138 –      Premessi 25, 26, 28 u 30 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll il-punti 64 u 65 tar-risposta tal-Kummissjoni fil-proċedura tal-ewwel istanza; ara wkoll il-punt 83 tas-sentenza appellata.


    139 – Ara l-punti 119 sa 123 u 128 sa 130 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    140 – F’dan ir-rigward, ara l-punt 71 tal-konklużjonijiet tiegħi ppreżentati fid-19 ta’ Frar 2009 fil-kawża T-Mobile Netherlands et (C-8/08, Ġabra p. I-4529)).


    141 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 70 sa 75 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    142 – Ara, iktar ’il fuq, il-punt 77 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    143 – Punt 13 tas-sentenza appellata.


    144 – Punti 9 u 14 tas-sentenza appellata; premessi 23 sa 27 tad-deċiżjoni kkontestata.


    145 – Premessi 28 u 30 tad-deċiżjoni kkontestata.


    146 – Premessi 41 u 42 tad-deċiżjoni kkontestata.


    147 – Ara l-premessa 41 tad-deċiżjoni kkontestata.


    148 – Punti 67 u 77 tar-risposta u l-punt 17 tar-replika ta’ Alrosa. Alrosa tikkritika b’mod partikolari, li l-parti l-kbira tal-osservazzjonijiet negattivi tat-terzi interessati huma bbażati fuq risposta mudell uniformi u ma jqajmu l-ebda problema fil-qasam tal-kompetizzjoni li hija rilevanti għal din il-proċedura.


    149 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-1 ta’ Ġunju 1994, Il-Kummissjoni vs Brazzelli Lualdi et (C-136/92 P, Ġabra p. I-1981, punt 59); Storck vs UASI (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 36, punt 45); PKK u KNK vs Il-Kunsill (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 59, punt 61), kif ukoll France Télécom vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 64, punt 60).


    150 – It-tieni inċiż tal-premessa 41 tad-deċiżjoni kkontestata.


    151 – It-tielet inċiż tal-premessa 41 tad-deċiżjoni kkontestata.


    152 – Sentenza Automec vs Il-Kummissjoni (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 132, partikolarment il-punt 52).


    153 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 224 sa 241 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    154 – Ara, iktar ’il fuq, il-punti 119 sa 122 u 234 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    155 – Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja, tal-10 ta’ Jannar 2006, IATA u ELFAA (C-344/04, Ġabra p. I-403, punt 95); tat-3 ta’ Mejju 2007, Advocaten voor de Wereld (C‑303/05, Ġabra p. I‑3633, punt 56) kif ukoll tas-7 ta’ Lulju 2009, S.P.C.M. et (C‑558/07, Ġabra p. I-5783, punt 74).


    156 – Punti 8 u 9 tas-sentenza appellata; ara anki l-punti 14 u 15 ta’ dawn il-konklużjonijiet.


    157 – Premessi 25, 26, 28 u 30 tad-deċiżjoni kkontestata, kif ukoll il-punti 64 u 65 tar-risposta tal-Kummissjoni fil-proċedura tal-ewwel istanza; ara wkoll il-punt 83 tas-sentenza appellata.

    Fuq