Agħżel il-karatteristiċi sperimentali li tixtieq tipprova

Dan id-dokument hu mislut mis-sit web tal-EUR-Lex

Dokument 62007CC0265

    Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali - Trstenjak - 24 ta' April 2008.
    Caffaro Srl vs Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C.
    Talba għal deċiżjoni preliminari: Tribunale civile di Roma - l-Italja.
    Tranżazzjonijiet kummerċjali - Direttiva 2000/35/KE - Ġlieda kontra ħlasijiet tard - Proċeduri ta’ rkupru għal talbiet mhux ikkontestati.
    Kawża C-265/07.

    Ġabra tal-Ġurisprudenza 2008 I-07085

    IdentifikaturECLI: ECLI:EU:C:2008:250

    KONKLUŻJONIJIET TAL-AVUKAT ĠENERALI

    TRSTENJAK

    ippreżentati fl-24 ta’ April 2008 ( 1 )

    Kawża C-265/07

    Caffaro Srl

    vs

    Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C

    “Tranżazzjonijiet kummerċjali — Direttiva 2000/35/KE — Ġlieda kontra ħlas tardiv — Proċeduri ta’ rkupru għal krediti mhux ikkontestati”

    I — Introduzzjoni

    1.

    Il-qorti tar-rinviju f’din il-kawża tistaqsi jekk id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali (iktar ’il quddiem id-“Direttiva 2000/35”) ( 2 ) tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali abbażi ta’ liema l-eżekuzzjoni furzata tal-krediti mhux ikkontestati tista’ ssir fil-konfront tal-awtorità pubblika biss wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ 120 jum mid-data tan-notifika tat-titolu eżekuttiv lill-awtorità pubblika.

    2.

    Din il-kwistjoni qamet fil-proċedura eżekuttiva mressqa quddiem it-Tribunale civile di Roma (it-Tribunal Ċivili ta’ Ruma ) mill-kumpannija Caffaro s.r.l. (iktar ’il quddiem “Caffaro”) kontra l-Azienda Unità Sanitaria Locale RM/C (iktar ’il quddiem l-“USL”), abbażi ta’ titolu eżekuttiv miksub minn Caffaro skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali li ttrasponiet id-Direttiva 2000/35 fil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

    II — Il-kuntest ġuridiku

    A — Il-leġiżlazzjoni Komunitarja

    3.

    Ir-raba’ premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “Fid-29 ta’ Mejju 1997 il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali adotta opinjoni dwar il-Karta l-Ħadra tal-Kummissjoni dwar Akkwist Pubbliku fl-Unjoni Ewropea: Nesploraw it-triq għal quddiem […]”

    4.

    Il-ħames premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “Fl-4 ta’ Ġunju 1997 il-Kummissjoni ppubblikat pjan ta’ azzjoni għal suq wieħed, li jenfasizza li ħlas tard jirrappreżenta ostakolu serju li dejjem qiegħed jikber għas-suċċess tas-suq wieħed”.

    5.

    Is-seba’ premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “Piżijiet tqal amministrattivi u finanzjarji huma mqiegħda fuq in-negozji, b’mod partikolari dawk żgħar u ta’ daqs medju, bħala riżultat tal-perjodi eċċessivi ta’ ħlas u ħlasijiet tard [ħlas tardiv]. Barra dan, dawn il-problemi huma l-kawża prinċipali għall-fallimenti li jheddu l-ħajja tan-negozji u jirriżultaw f’telf numeruż ta’ impjiegi”.

    6.

    Id-disa’ u l-għaxar premessi tad-Direttiva 2000/35 jipprovdu:

    “(9)

    Id-differenzi bejn ir-regoli u l-prattiċi tal-ħlas fl-Istati Membri jikkostitwixxu ostaklu għall-iffunzjonar xieraq tas-suq intern.

    (10)

    Dawn għandhom l-effett li jillimitaw konsiderevolment tranżazzjonijiet kummerċjali bejn l-Istati Membri. Din hija f’kontradizzjoni ma’ l-Artikolu 14 tat-Trattat billi intraprendituri għandhom ikunu jistgħu jinnegozjaw mas-suq intern kollu taħt kondizzjonijiet li jiżguraw li operazzjonijiet li jsiru fil-fruntiera bejn pajjiż u ieħor ma jinvolvux riskji akbar mill-bejgħ domestiku. Tgħawwiġ fil-kompetizzjoni jsegwi jekk regoli sostanzjalment differenti japplikaw għall-operazzjonijiet domestiċi u dawk li jsiru fil-fruntiera bejn pajjiż u ieħor”.

    7.

    Il-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “Din id-Direttiva tiddefinixxi biss l-espressjoni ‘titolu ta’ infurzar [titolu eżekuttiv]’ iżda ma tirregolax il-proċeduri varji għall-eżekuzzjoni furzata ta’ dak it-titolu u l-kondizzjonijiet li taħthom eżekuzzjoni furzata ta’ dak it-titolu tista’ titwaqqaf jew tiġi sospiza”.

    8.

    It-tnejn u għoxrin premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “Din id-Direttiva għandha tirregola t-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha irrispettivament ta’ jekk jitwettqux bejn intrapriżi privati jew pubbliċi jew bejn intrapriżi privati u awtoritajiet pubbliċi, waqt li jingħata kont tal-fatt li dawn ta’ l-aħħar jimmaniġġjaw volum konsiderevoli ta’ ħlasijiet lin-negozju. Għandha għalhekk tirregola wkoll it-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha bejn il-kuntratturi prinċipali u dawk li jipprovdulhom u s-sottokuntratturi”.

    9.

    It-tlieta u għoxrin premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi:

    “L-Artikolu 5 ta’ din id-Direttiva jeħtieġ li l-proċedura biex jiġu rkuprati talbiet [krediti] mhux kontestati jiġu mitmuma f’perjodu qasir ta’ żmien b’konformità mal-leġislazzjoni nazzjonali, iżda ma jeħtieġx li l-Istati Membri jadottaw xi proċedura speċifika jew li jemendaw il-proċeduri eżistenti legali tagħhom b’mod speċifiku”.

    10.

    L-Artikolu 2(5) tad-Direttiva 2000/35, li tiegħu l-Artikolu 2 fih it-tifsiriet, jipprovdi:

    “5)

    ‘titolu ta’ infurzar [titolu eżekuttiv]’tfisser kull deċiżjoni, sentenza jew ordni għall-ħlas maħruġ minn xi qorti jew awtorità kompetenti oħra, sew għall-ħlas immedjat jew għall-ħlas bin-nifs, li jippermetti lill-kreditur li jkollu t-talba tiegħu kontra d-debitur miġbura permezz ta’ eżekuzzjoni furzata, għandha tinkludi deċiżjoni, sentenza jew ordni għall-ħlas li hija proviżżorjament enforzabbli u li tibqa’ hekk wkoll jekk id-debitur jappella kontra tagħha”

    11.

    L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/35 bl-isem “Proċeduri ta’ rkupru għal talbiet [krediti] mhux kontestati”, jipprovdi dan li ġej:

    “1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li titolu infurzabbli jista’ jinkiseb, irrispettivament mill-ammont tad-dejn, normalment fi żmien 90 jum kalendarju wara li tinbeda l-azzjoni tal-kreditur jew applikazzjoni fil-qorti jew awtorità kompetenti oħra, sakemm id-dejn jew aspetti oħra tal-proċedura ma jkunux disputati. Dan id-dover għandu jitwettaq mill-Istati Membri b’konformità mal-leġislazzjoni, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali rispettivi tagħhom.

    2.   Il-leġislazzjoni, regolamenti u disposizzjonijiet amministrattivi nazzjonali rispettivi għandhom japplikaw l-istess kondizzjonijiet għall-kredituri kollha li huma stabbiliti fil-Komunità Ewropea.

    3.   Il-perjodu ta’ 90 jum kalendarju riferit fil-paragrafu 1 m’għandux jinkludi dan li ġej:

    (a)

    il-perjodi biex jiġu servuti d-dokumenti;

    (b)

    kull dewmien kawżat mill-kreditur, bħal perjodi użati għall-korrezzjoni ta’ l-applikazzjonijiet.

    4.   Dan l-Artikolu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-disposizzjonijiet tal-Konvenzjoni ta’ Brussel dwar ġurisdizzjoni u nfurzar ta’ sentenzi fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali” ( 3 ).

    12.

    L-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/35 jipprovdi dan li ġej:

    “L-Istati Membri jistgħu jżommu jew iġibu fis-seħħ disposizzjonijiet li jkunu l-iktar favorevoli għall-kreditur mid-disposizzjonijiet meħtieġa għall-konformità ma’ din id-Direttiva”.

    B — Il-leġiżlazzjoni nazzjonali

    13.

    Id-Direttiva 2000/35 ġiet implementata fl-ordinament Taljan permezz tad-digriet leġiżlattiv tad-9 ta’ Ottubru 2002, Nru 231 (iktar ’il quddiem id-“digriet leġiżlattiv Nru 231/2002”) ( 4 ). L-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/35 ġie implementat permezz tal-Artikolu 9 tad-digriet leġiżlattiv nru 231/2002, li emenda diversi dispożizzjonijiet tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Taljana ( 5 ), sabiex titħaffef il-proċedura għall-kisba tat-titolu eżekuttiv għall-irkupru ta’ krediti mhux ikkontestati.

    14.

    Mid-digriet tar-rinviju jirriżulta li fl-Italja l-proċedura għall-kisba ta’ titolu eżekuttiv skont l-Artikolu 641 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili tiżvolġi bis-segwenti mod: ladarba jiġi ppreżentat ir-rikors, il-qorti tagħti digriet fi żmien tletin ġurnata fejn tikkundanna lid-debitur biex iħallas id-dejn. In-notifika ta’ dan id-digriet issir f’madwar għaxart ijem. Id-digriet għandu jipprovdi li d-debitur huwa obbligat li jħallas fi żmien erbgħin jum jew inkella li huwa għandu l-istess terminu ta’ żmien sabiex iressaq oppożizzjoni. Jekk id-debitur f’dak it-terminu ma jressaqx oppożizzjoni jew ma jħallasx id-dejn, wara li jiskadi dan it-terminu l-kreditu jikseb it-titolu eżekuttiv għall-eżekuzzjoni furzata tal-kreditu rikonoxxut. Il-kreditur li jkollu l-intenzjoni li jaġixxi b’mod eżekuttiv għandu jinnotifika t-titolu eżekuttiv lid-debitur.

    15.

    Dispożizzjonijiet speċifiċi fir-rigward tal-eżekuzzjoni furzata fil-konfront ta’ awtoritajiet pubbliċi jinsabu fid-Digriet Liġi tal-31 ta’ Diċembru 1996, Nru 669 ( 6 ) (iktar ’il quddiem id-“Digriet Liġi Nru 669/1996”), li ġie emendat bil-Liġi tat-28 ta’ Frar 1997, Nru 30 ( 7 ), u mill-Artikolu 147 tal-Liġi tat-23 ta’ Diċembru 2000, Nru 388 ( 8 ) (iktar ’il quddiem il-“Liġi 388/2000”). L-Artikolu 147 tal-Liġi nru 388/2000 issostitwixxa t-terminu għal posponiment tal-eżekuzzjoni minn 60 għal 120 jum. L-Artikolu 14 tad-Digriet Liġi Nru 669/1996, li ġie emendat bl-artikolu 147 tal-Liġi Nru 388/2000, jipprovdi hekk:

    “L-awtoritajiet tal-Istat u l-entitajiet pubbliċi mhux ekonomiċi għandhom ilestu l-proċeduri għall-eżekuzzjoni ta’ deċiżjonijiet ta’ qrati jew ta’ korpi ta’ arbitraġġ li jkollhom effikaċja eżekuttiva u li jkollhom l-obbligu ta’ ħlas ta’ somom ta’ flus f’terminu ta’ mija u għoxrin ġurnata min-notifika tat-titolu eżekuttiv. Qabel dan it-terminu l-kreditur m’għandux dritt jgħaddi għall-eżekuzzjoni furzata fil-konfront ta’ dawn l-awtoritajiet u entitajiet imsemmijin, u lanqas ma jistgħu jsiru atti eżekuttivi”.

    III — Il-fatti, il-proċedura fil-kawża prinċipali u d-domanda preliminari

    16.

    Il-kreditriċi, Caffaro, fetħet quddiem it-Tribunale ordinario di Roma kawża għall-eżekuzzjoni furzata fil-konfront tal-USL abbażi ta’ kreditu mhux ikkontestat relatat ma tranżazzjoni kummerċjali. Fil-kawża quddiem il-qorti nazzjonali l-kreditriċi kisbet it-titolu eżekuttiv skont id-Digriet Liġi Nru 231/2002 li implementa d-Direttiva 2000/35 fl-ordinament Taljan. It-titolu eżekuttiv ġie nnotifikat lid-debitriċi fis-6 ta’ Diċembru 2004. L-eżekuzzjoni furzata saret permezz ta’ qbid ta’ somom ta’ flus li d-debitriċi kellha fil-Banca di Roma, u għalhekk it-titolu eżekuttiv ġie nnotifikat, dejjem f’dik id-data, anki lil dan tal-aħħar. Fuq talba tad-debitriċi l-qbid sar fl-4 ta’ April 2005 u fl-istess ħin, f’dik id-data, t-taħrika ġudizzjarja ġiet innotifikata lid-debitriċi u lill-Banca di Roma.

    17.

    Fis-seduta tat-13 ta’ Ġunju 2006, iffissata fil-kuntest ta’ proċedura eżekuttiva, ġew mitlubin jidhru l-kreditriċi, id-debitriċi kif ukoll il-Banca di Roma, li kellu somom ta’ flus tad-debitriċi. Matul is-seduta l-Banca di Roma kkonferma li kellu għandu somom ta’ flus li kienu tad-debitriċi u ddikjara li dawn is-sommom kienu ġew suġġetti għall-qbid. Matul l-istess seduta l-qorti tar-rinviju sostniet li l-qbid kien sar qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ 120 ġurnata min-notifika tat-titolu eżekuttiv, terminu stabbilit li jrid jgħaddi biex ikun hemm eżekuzzjoni fil-konfront tal-korpi tal-awtoritajiet pubbliċi. Il-qorti sostniet ukoll li skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali l-qbid seta’ jiġi ddikjarat null.

    18.

    Meta sostniet dan, il-qorti tar-rinviju kellha dubbji dwar kemm id-leġiżlazzjoni nazzjonali, li tipprovdi li l-eżekuzzjoni kontra l-awtorità pubblika tista’ ssir biss wara li jiskadi t-terminu ta’ 120 jum min-notifika tat-titolu eżekuttiv lill-awtorità pubblika, hija konformi mad-Direttiva 2000/35. F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-qorti tar-rinviju ddeċidiet, permezz tad-digriet tal-21 ta’ Mejju 2007, li tissospendi il-proċeduri u tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja domanda preliminari. Il-qorti nazzjonali ma fformulatx id-domanda espressament, madankollu abbażi tad-dikjarazzjonijiet kollha tagħha d-domanda tista’ tiġi ddefinita b’dan il-mod:

    “Id-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kummissjoni tad-29 ta’ Ġunju 2000 dwar il-ġlieda kontra ħlas tardiv fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 14 tad-Digriet Liġi Nru 669/1996, li bis-saħħa tiegħu l-kreditur, li jkollu t-titolu eżekuttiv għal ħlas mhux ikkontestat dovut minn awtorità pubblika bħala remunerazzjoni ta’ tranżazzjoni kummerċjali, ma jistax jitlob l-eżekuzzjoni furzata fil-konfront tal-imsemmija awtorità qabel ma jiskadi terminu ta’ 120 jum li jibda jidekorri min-notifika tat-titolu eżekuttiv lil din l-awtorità?”.

    IV — Il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja

    19.

    Id-digriet tar-rinviju wasal fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-4 ta’ Ġunju 2007. Matul il-proċeduri bil-miktub, ġew ippreżentati noti ta’ osservazzjonijiet min-naħa ta’ Caffaro, tal-Gvern Taljan u tal-Kummissjoni. Fis-seduta li nżammet fit-13 ta’ Marzu 2008 Caffaro, il-Gvern Taljan u l-Kummissjoni għamlu t-trattazzjoni tagħhom u rrispondew id-domandi tal-Qorti tal-Ġustizzja.

    V — L-argumenti tal-partijiet

    20.

    Caffaro ssostni li l-leġiżlazzjoni nazzjonali in kwistjoni, li biha l-eżekuzzjoni furzata tal-krediti mhux ikkontestati tista’ tinbeda fil-konfront tal-awtorità pubblika biss wara l-iskadenza ta’ terminu ta’ 120 jum mid-data tan-notifika tat-titolu eżekuttiv lill-awtorità pubblika, tmur kontra d-Direttiva 2000/35. Fil-fehma tagħha, it-terminu ta’ 90 jum biex jinkiseb it-titolu eżekuttiv stabbilit fl-Artikolu 5 tad-Direttiva 2000/35 jitlef, għalhekk, is-sinjifikat tiegħu. Hija tosserva li, skont l-Artikolu 1 tagħha, id-Direttiva 2000/35 tapplika “għall-ħlasijiet kollha magħmula bħala remunerazzjoni għal tranżazzjonijiet kummerċjali”, u preċiżament — kif jirriżulta mit-tnejn u għoxrin premessa tagħha — “għandha tirregola t-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha irrispettivament ta’ jekk jitwettqux bejn intrapriżi privati jew pubbliċi jew bejn intrapriżi privati u awtoritajiet pubbliċi, waqt li jingħata kont tal-fatt li dawn tal-aħħar jimmaniġġjaw volum konsiderevoli ta’ ħlasijiet lin-negozju”. Peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali kkontestata tittratta b’mod differenti l-persuni privati u l-persuni pubbliċi din tmur, skont Caffaro, kontra l-għan u l-istruttura tad-Direttiva 2000/35.

    21.

    Il-Gvern Taljan josserva li d-Direttiva 2000/35 ma tistabbilixxix it-terminu li fih it-talba tal-kredituri mogħtija fit-titolu eżekuttiv għandha tiġi sodisfatta, b’tali mod li interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva fis-sens li tinkludi l-fażi ta’ eżekuzzjoni ma tkun tmur biss kontra s-sinjifikat letterali tagħha iżda wkoll kontra l-għan tagħha. Mill-Artikolu 5 u mit-tlieta u għoxrin premessa tad-Direttiva 2000/35 jirriżulta li hija tirreferi biss għall-proċedura tal-ksib tat-titolu eżekuttiv u mhux għall-fażi suċċessiva tal-eżekuzzjoni. Anki mid-definizzjoni ta’ titolu eżekuttiv ipprovduta fl-Artikolu 2 mhuwiex possibbli li wieħed jiddeduċi li l-kreditur għandu jkollu l-possibbiltà li jissodisfa minnufih it-talba tiegħu. Skont il-Gvern Taljan il-projbizzjoni li jkun hemm l-eżekuzzjoni fil-konfront tal-awtorità pubblika qabel l-iskadenza tat-terminu ta’ 120 jum min-notifika tat-titolu eżekuttiv jista’ jinftiehem bħala sospensjoni tal-eżekuzzjoni furzata skont il-ħmistax-il premessa tad-Direttiva in kwistjoni. Il-Gvern Taljan josserva wkoll li anki jekk id-Direttiva 2000/35 tapplika għal dan il-każ, hija ma tmurx kontra l-leġiżlazzjoni nazzjonali li hija in kwistjoni fil-kawża prinċipali. Din il-leġiżlazzjoni hija, skont il-Gvern Taljan, ammissibbli minħabba raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali u dan minħabba li l-għan tal-posponiment tal-eżekuzzjoni fil-konfront tal-awtorità pubblika jikkonsisti f’li din tal-aħħar tingħata biżżejjed żmien biex tiggarantixxi l-mezzi finanzjarji meħtieġa għall-ħlas tad-debiti, biex jiġi evitat li l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni furzata jostakolaw l-attività tal-awtorità pubblika.

    22.

    Il-Kummissjoni l-ewwel nett teżamina l-problema tal-ammissibbiltà tad-domanda preliminari u tgħid li d-domanda hija ammissibbli. Fil-fehma tagħha, il-proċedura eżekuttiva tista’ tidħol fost il-proċeduri fejn il-qorti tiddeċiedi kwistjoni u tagħti sentenza ta’ natura ġudizzjarja skont l-Artikolu 234 KE, għalkemm dik il-proċedura mhijiex intiża biex tiddetermina l-eżistenza ta’ dritt speċifiku, imma l-għan tagħha jikkonsisti f’li jiġi eżegwit dritt li jkun jeżisti diġà. Fil-każ ta’ qbid ta’ somom ta’ flus li d-debitur għandu ma’ terzi, il-qorti ta’ eżekuzzjoni tikkonkludi l-proċedura eżekuttiva bil-ħruġ ta’ digriet li permezz tiegħu hija tagħti s-somom ta’ flus fil-pussess tat-terz lil kreditur preċedenti (digriet ta’ assenjazzjoni tal-kreditu). Skont il-Kummissjoni, dan id-digriet jirrappreżenta deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja. Il-qorti nazzjonali għandha dejjem taċċerta wkoll jekk fl-eżekuzzjoni tal-qbid ġewx irrispettati r-rekwiżiti proċedurali kollha. F’każ ta’ irregolarità, il-qbid jista’ jiġi ddikjarat null permezz ta’ deċiżjoni li wkoll hija, min-naħa tagħha, ta’ natura ġudizzjarja.

    23.

    Fir-rigward tad-domanda preliminari nnifisha, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-leġiżlazzjoni Taljana in kwistjoni mhijiex konformi mad-Direttiva 2000/35. Din id-Direttiva tirreferi għat-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha, irrispettivament mill-fatt li dawn isiru bejn impriżi u awtoritajiet pubbliċi u, għalhekk, ma jistax jiġi rriżervat trattament privileġġjat għall-entitajiet pubbliċi. Barra minn hekk, skont il-Kummissjoni, it-terminu għall-kisba tat-titolu eżekuttiv jitlef is-sinjifikat tiegħu jekk il-kreditur, wara li jkun kiseb it-titolu eżekuttiv, ikollu jistenna 120 jum ieħor għall-eżekuzzjoni. Hija tirrileva li l-għan tad-Direttiva huwa dak li jiġi assigurat li l-kreditur jkun jista’ jipproċedi minnufih bl-eżekuzzjoni furzata ladarba jkun kiseb it-titolu eżekuttiv.

    VI — L-evalwazzjoni tal-Avukat Ġenerali

    A — Fuq l-ammissibbiltà

    24.

    Skont ġurisprudenza stabbilita, sabiex jiġi evalwat jekk il-korp li qed jagħmel ir-rinviju għandux il-karatteristiċi ta’ qorti fis-sens tal-Artikolu 234 KE, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tqis numru ta’ fatturi, bħall-kwistjoni ta’ jekk il-korp huwiex stabbilit mil-liġi, il-permanenza tiegħu, in-natura obbligatorja tal-ġurisdizzjoni tiegħu, il-fatt li l-korp japplika regoli ta’ dritt ( 9 ), kif ukoll l-indipendenza u l-imparzjalità tiegħu ( 10 ). Barra minn dan, jkun hemm biss il-kunċett ta’ qorti nazzjonali skont l-Artikolu 234 KE jekk quddiem din il-qorti jkun hemm pendenti kwistjoni u jekk hija tkun ġiet mitluba tiddeċiedi fil-kuntest ta’ proċedura li hija intiża li twassal għal deċiżjoni ta’ natura ġudizzjarja jew għal deċiżjoni definittiva fil-kwistjoni ( 11 ). Il-problema tal-ammissibbiltà li tqum f’din il-kawża tikkonsisti f’li jiġi stabbilit jekk huwiex possibbli li jiġi kkunsidrat li qorti nazzjonali tista’, f’din il-kawża, tiddeċiedi fi proċedura intiża li twassal għal deċiżjoni definittiva fil-kwistjoni permezz ta’ deċiżjoni li jkollha natura ġudizzjarja.

    25.

    F’dan il-każ partikolari l-eżekuzzjoni saret abbażi ta’ mandat ta’ eżekuzzjoni mogħti fi proċedura speċjali mħaffa ta’ eżekuzzjoni (proċedimento di ingiunzione) ( 12 ). Mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta b’mod ċar li jekk it-talba għal deċiżjoni preliminari issir fi proċedura bħall dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, dik id-domanda tkun ammissibbli ( 13 ). Fil-ġurisprudenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat ukoll li, għall-finijiet tad-definizzjoni ta’ qorti skont l-Artikolu 234 KE, in-natura kontradittorja tal-proċedura li biha tkun adita l-qorti nazzjonali mhijiex rilevanti ( 14 ). Il-qorti nazzjonali tista’ tagħmel it-talba għal deċiżjoni preliminari indipendentement mill-istadju tal-kawża mressqa quddiema ( 15 ).

    26.

    Għalhekk, id-domanda preliminari hija ammissibbli.

    B — Evalwazzjoni tad-domanda preliminari

    27.

    F’din il-kawża l-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk id-Direttiva 2000/35 tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali, li abbażi tagħha l-eżekuzzjoni furzata tal-krediti mhux ikkontestati tista’ ssir fil-konfront tal-awtorità pubblika biss wara li jkun skada terminu ta’ 120 jum li jibda jiddekorri mid-data tan-notifika tat-titolu eżekuttiv lill-awtorità pubblika. L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35 jipprovdi li l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kreditur ikun jista’ jikseb titolu eżekuttiv għall-irkupru ta’ krediti mhux ikkontestati u dan, normalment, fi żmien 90 jum minn meta l-kreditur ikun ressaq ir-rikors tiegħu. Għalhekk dan l-artikolu jistabbilixxi t-terminu għall-kisba tat-titolu eżekuttiv, filwaqt li ma fih l-ebda dispożizzjoni dwar il-fażi li tiġi wara. Għalhekk tqum il-kwistjoni dwar jekk il-fażi ta’ wara l-kisba tat-titolu eżekuttiv tistax taqa taħt il-kompetenza Komunitarja. Fl-analiżi tiegħi, l-ewwel nett ser nittratta l-problema dwar it-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri fil-kuntest tad-Direttiva 2000/35, u wara dan ser ngħaddi għall-interpretazzjoni tad-dispożizzjonijiet tagħha.

    1. It-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri fil-kuntest tad-Direttiva 2000/35.

    28.

    Id-Direttiva ma twettaqx armonizzazzjoni tar-regoli kollha relatati mad-dewmien fil-ħlas tat-tranżazzjonijiet kummerċjali, iżda hija tirregola, bil-kontra ta’ dan, biss ċerti aspetti tal-prevenzjoni ta’ tali dewmien, jiġifieri bħall-imgħax fil-każ ta’ ħlas tard (Artikolu 3), ir-ritenzjoni tat-titolu (Artikolu 4) u l-proċeduri ta’ rkupru għal krediti mhux ikkontestati (Artikolu 5) ( 16 ). Għaldaqstant id-Direttiva tikkostitwixxi armonizzazzjoni minima ( 17 ) fir-rigward tal-ġlieda kontra l-ħlas tardiv, u għalhekk f’diversi dispożizzjonijiet tagħha tirreferi għall-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet nazzjonali.

    29.

    Ir-raġuni għaliex id-Direttiva 2000/35 tarmonizza biss parzjalment il-mekkaniżmi biex jiġi evitat id-dewmien fil-ħlasijiet hija dovuta għall-fatt li l-Komunità mhijiex kompetenti fl-oqsma mhux armonizzati mid-Direttiva. F’dan ir-rigward, it-tnax-il premessa tipprovdi li din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ biex jinkiseb funzjonament aħjar tas-suq intern u li hija ġiet adottata fl-osservanza tal-prinċipju tas-sussidjarjetà. Konsegwentement huwa importanti li fl-interpretazzjoni ta’ din id-Direttiva ma jinqabżux il-limiti ta’ kompetenza tal-Komunità.

    30.

    Fil-ġurisprudenza tagħha l-Qorti tal-Ġustizzja diġà ffissat il-limiti ta’ kompetenza tal-Komunità fl-oqsma rregolati fid-Direttiva 2000/35. Pereżempju fil-kawża l-Kummissjoni vs L-Italja ( 18 ), fir-rigward tal-Artikolu 4(1) ta’ din id-Direttiva, li jirregola r-ritenzjoni ta’ titolu, hija ddeċidiet li dan l-Artikolu jistabbilixxi biss il-possibbiltà li l-bejjiegħ u x-xerrej jiftehmu fuq klawżola ta’ ritenzjoni ta’ titolu qabel il-konsenja tal-beni u l-possibbiltà li l-bejjiegħ iżomm il-proprjetà tal-beni sakemm isir il-ħlas kollu ( 19 ), filwaqt li ma tirregolax il-kwistjoni ta’ jekk il-klawżola ta’ ritenzjoni għandhiex tkun ikkonfermata f’kull fattura individwali tal-provvisti suċċessivi li jkollhom data ċerta ( 20 ). Fil-kawża QDQ Media ( 21 ), il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, peress li m’għandhiex effett orizzontali, id-Direttiva 2000/35 ma tistax, minnha nnifisha, tiġi kkunsidrata bħala l-bażi tal-obbligu li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-ispejjeż dovuti għall-intervent ta’ avukat favur kreditur f’proċedura ġudizzjarja għall-irkupru ta’ kreditu, jekk dak l-obbligu m’huwiex stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali. L-Avukat Ġenerali Maduro jgħid mod ieħor fil-kawża Telecom vs Deutsche Telecom ( 22 ) fejn sostna li fir-rigward tal-Artikolu 3(1)(ċ)(ii) tad-Direttiva 2000/35, li jirregola id-dritt tal-kreditur għall-imgħaxijiet minħabba d-dewmien, il-problema tat-tqassim tal-kompetenza ma tqumx minħabba li dan l-Artikolu ma fih l-ebda referenza għal-liġijiet nazzjonali tal-Istati Membri ( 23 ).

    31.

    L-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35, minbarra li huwa d-dispożizzjoni ewlenija li l-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tinterpreta f’din il-kawża, huwa fundamentali wkoll f’dak li jirrigwarda t-tqassim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri. L-importanza tal-kwistjoni dwar it-tqassim tal-kompetenza tirriżulta diġà mill-evoluzzjoni ta’ dan l-artikolu. Fil-proposta oriġinali tad-Direttiva 2000/35 ( 24 ), l-Artikolu 5 kien jipprovdi li l-Istati Membri għandhom “jiżguraw l-applikazzjoni ta’ proċeduri mħaffa ta’ rkupru għall-krediti mhux ikkontestati” ( 25 ). Fil-proċedura ta’ kodeċiżjoni il-Kunsill osserva li l-Komunità m’għandiex il-kompetenza li tobbliga lill-Istati Membri jintroduċu proċedura ġdida għall-irkupru ta’ krediti mhux ikkontestati ( 26 ). Madankollu, billi dik id-dispożizzjoni kienet madankollu ta’ importanza fundamentali fil-ġlieda kontra l-ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, il-Kunsill talab li tiġi emendata b’mod li l-Istati Membri ma jkunux obbligati jintroduċu fid-dritt nazzjonali proċedura ġdida għall-irkupru ta’ krediti mhux ikkontestati, imma kellhom jiżguraw biss, fil-kuntest tal-proċeduri li jeżistu diġà, li l-kreditur ikun jista’ jikseb it-titolu eżekuttiv, normalment, fi żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tar-rikors ( 27 ).

    32.

    Id-Direttiva 2000/35 tifforma parti mil-leġiżlazzjoni Komunitarji li taffetwa l-proċeduri eżekuttivi tal-Istati Membri ( 28 ). Fuq livell Komunitarju diġà ġew adottati diversi leġiżlazzjonijiet li għandhom l-istess effett: ir-Regolament tal-Kunsill Nru 44/2001, ir-Regolament Nru 805/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-21 ta’ April 2004, li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal talbiet [krediti] mhux kontestati ( 29 ) u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 1896/2006, tat-12 ta’ Diċembru 2006, li joħloq proċedura għal ordni ta' ħlas Ewropea ( 30 ). Il-leġiżlazzjoni ċċitata hija effettiva biss fil-konfront ta’ proċeduri ta’ eżekuzzjoni furzata transfruntaljiera ( 31 ), u mhux f’sitwazzjonijiet bħal dik in kwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn l-eżekuzzjoni furzata issir ġewwa Stat Membru. Il-leġiżlazzjoni ċċitata ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 61(ċ) KE ( 32 ), li jistabbilixxi l-adozzjoni ta’ miżuri fis-settur tal-kooperazzjoni ġudizzjarja skont l-Artikolu 65 KE; dan tal-aħħar jipprovdi biss l-adozzjoni ta’ miżuri fis-setturi tal-kooperazzjoni ġudizzjarja li għandhom implikazzjonijiet transfruntaljieri. Madankollu, f’dan il-kawża s-sitwazzjoni hija differenti minħabba li din tirrigwarda s-soluzzjoni tal-kwistjoni tat-tqassim tal-kompetenza bejn il-Komunità u l-Istati Membri f’dak li jirrigwarda l-proċeduri eżekuttivi li jkun hemm fi ħdan Stat Membru.

    33.

    Minn naħa, jeħtieġ li wieħed jifhem it-tendenza li l-Istati Membri għandhom li jżommu l-kompetenza tagħhom fil-proċeduri eżekuttivi li għandhom bħala għan biss dik l-eżekuzzjoni li sseħħ ġewwa l-Istat Membru. Il-proċedura eżekuttiva hija sistema bbilanċjata, fejn il-bidla ta’ element wieħed jipproduċi effetti anki fuq l-elementi l-oħra ta’ din il-proċedura. Min-naħa l-oħra, kif ser naraw iktar ’il quddiem fl-evalwazzjoni, l-Istati Membri għandhom jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom f’dan is-settur fl-osservanza tad-dritt Komunitarju.

    2. Interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/35

    34.

    Kif diġà ġie osservat, l-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35 jipprovdi li t-titolu eżekuttiv għall-irkupru ta’ krediti mhux ikkontestati normalment jinkiseb fiż-żmien 90 jum mill-preżentazzjoni tar-rikors. Jekk tingħata interpretazzjoni strettament lingwistika, il-kompetenza tal-Komunità tinkludi l-fażi tal-kisba tat-titolu eżekuttiv filwaqt li l-fażi suċċessiva taqa taħt il-kompetenza tal-Istati Membri ( 33 ). Madankollu, fl-opinjoni tiegħi d-Direttiva 2000/35 xorta waħda ma taqbilx mal-leġiżlazzjoni Taljana li tipprovdi s-sospensjoni tal-eżekuzzjoni fil-konfront tal-awtorità pubblika għal 120 jum li jibdew jiddekorru mill-kisba tat-titolu eżekuttiv ( 34 ). F’din il-kawża, għandu l-ewwel nett li jiġi kkunsidrat l-għan ta’ din id-Direttiva u għaldaqstant l-interpretazzjoni teleoloġika tkun ta’ importanza fundamentali biex tiġi solvuta d-domanda tal-qorti tar-rinviju ( 35 ). Fil-fatt, id-Direttiva għandha tiġi interpretata b’tali mod li jiġi assigurat l-effett utli tagħha (effet utile) ( 36 ).

    35.

    L-iskop tad-Direttiva 2000/35 huwa li jiġi evitat dewmien fil-ħlasijiet fit-tranżazzjonijiet kummerċjali biex jiġu eliminati l-ostakoli għat-tħaddim tajjeb tas-suq intern li jirriżultaw proprju minħabba dan id-dewmien ( 37 ). F’dan il-kuntest, il-ħames premessa tad-Direttiva 2000/35 tipprovdi li d-dewmien fil-ħlas jirrappreżenta ostakolu serju li dejjem qiegħed jikber għas-suċċess tas-suq wieħed. Anki fid-disa’ u fl-għaxar premessa huwa enfasizzat li minħabba d-differenżi bejn il-leġiżlazzjoni dwar il-ħlas u l-prattiċi segwiti fl-Istati Membri, it-tranżazzjonijiet kummerċjali huma limitati ħafna ( 38 ). Fost l-istrumenti xierqa biex jevitaw id-dewmien fil-ħlasijiet hemm ukoll it-terminu ta’ 90 jum għall-kisba tat-titolu eżekuttiv għall-irkupru tal-krediti mhux kkontestati previst fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35.

    36.

    B’mod partikolari, l-għan tad-Direttiva 2000/35 huwa dak li tipproteġi lill-impriżi żgħar u ta’ daqs medju kontra dewmien fil-ħlasijiet. F’dan is-sens, is-seba’ premessa tad-Direttiva 2000/35 jindika li l-ħlas tardiv jimponi “[p]iżijiet tqal amministrattivi u finanzjarji […] fuq in-negozji, b’mod partikolari dawk żgħar u ta’ daqs medju” u li dan jikkostitwixxi “l-kawża prinċipali għall-fallimenti”. Dawn l-impriżi, li għandhom rwol kruċjali fit-tkabbir ekonomiku tal-Komunità ( 39 ), huma dawk l-iktar milqutin minn ħlas tardiv minħabba li, f’każijiet bħal dawn, m’għandhomx il-mezzi suffiċjenti sabiex jiffinanzjaw lilhom infushom fit-tul. L-impriżi żgħar u medji huma ffinanzjati prinċipalment bi krediti għal żmien qasir, u għalhekk ħafna drabi ma jkunux jistgħu jirreżistu għall-pressjoni tad-dewmien fil-ħlasijiet u konsegwentement ta’ spiss ikun imġiegħla jiddikjaraw falliment ( 40 ).

    37.

    L-iskop tad-Direttiva 2000/35 huwa dak li jiġi evitat dewmien fil-ħlasijiet fit-tranżazzjonijiet kummerċjali kollha, anki f’dawk fejn id-debituri huma korpi tal-awtoritajiet pubbliċi. Dan ifisser li l-iskop tagħha huwa li jiġi evitat anki d-dewmien fil-ħlasijiet fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi, hekk kif jirriżulta mir-raba premessa ta’ din id-Direttiva ( 41 ). F’dan il-kuntest id-Direttiva tuża l-kunċett ta’ “awtorità pubblika” u tfissru b’mod wiesa’; fl-Artikolu 2(1) hija tidentifika bħala “awtorità pubblika”“kull awtorità jew entita li tikkuntratta, kif definita bid-Direttivi ta’ Ksib Pubbliku” ( 42 ). Mill-istudju tal-Kummissjoni fuq l-effikaċja tar-leġiżlazzjoni Komunitarja f’dak li jirrigwarda dewmien fil-ħlasijiet ( 43 ) jirriżulta li huma proprju l-gvernijiet ta’ diversi Stati Membri li huma l-agħar biex iħallsu ( 44 ). Għaldaqstant, il-puntwalità tal-ħlasijiet magħmulin mill-awtoritajiet pubbliċi hija ta’ importanza kruċjali għall-funzjonament regolari tas-sistema ta’ kuntratti pubbliċi u konsegwentement għall-funzjonament tas-suq komuni.

    38.

    Il-leġiżlazzjoni Taljana kkontestata tipprovdi li kreditur li għandu titolu eżekuttiv maħruġ fil-konfront ta’ korpi tal-awtorità pubblika, miksub validament skont id-Direttiva 2000/35 fi żmien 90 jum, ma jistax jgħaddi għall-eżekuzzjoni furzata qabel it-terminu ta’ 120 jum li jibdew jiddekorru minn meta dan it-titolu eżekuttiv jiġi nnotifikat lill-korpi tal-awtorità pubblika. Skont din id-dispożizzjoni, f’dan iż-żmien jistgħu jsiru l-proċeduri neċessarji għall-eżekuzzjoni furzata filwaqt li l-eżekuzzjoni stess ma tistax tinbeda. Fil-prattika, din id-dispożizzjoni tipproduċi l-istess effetti fejn jiġi stabbilit li l-kreditur jikseb it-titolu eżekuttiv fi żmien 210 jum mill-preżentazzjoni tar-rikors jew mit-talba lit-tribunal jew korp ieħor kompetenti. Konsegwentement, it-terminu qasir ta’ 90 jum għall-kisba tat-titolu eżekuttiv, stabbilit fl-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35 jitlef is-sinjifikat tiegħu.

    39.

    F'dan is-sens għandha tiġi interpretata anki l-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 2000/35 li tipprovdi, fost l-oħrajn, li din id-Direttiva ma tirregolax il-kondizzjonijiet li taħthom tista’ titwaqqaf jew tiġi sospiza l-eżekuzzjoni furzata ta’ dak it-titolu. Il-Gvern Taljan isostni li l-possibbiltà ta’ posponiment tal-eżekuzzjoni kontra l-awtorità pubblika tidħol fil-kuntest tas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni skont il-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 2000/35. Dan l-argument ma jistax jiġi aċċettat. L-istess bħall-interpretazzjoni mogħtija lill-Artikolu 5(1) jista’ jingħad li, anki f’dak li jirrigwarda l-ħmistax-il premessa tad-Direttiva 2000/35, l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu l-kundizzjonijiet għat-twaqqif jew is-sospensjoni tal-eżekuzzjoni, madankollu dawn il-kundizzjonijiet ma jistgħux jiġu stabbiliti b’tali mod li jxejnu l-effikaċja d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva. Din l-interpretazzjoni tad-Direttiva 2000/35 ma bl-ebda mod ma taffetwa l-kompetenza ġenerali li l-Istati Membri għandhom sabiex jistabbilixxu fil-leġiżlazzjoni nazzjonali l-kundizzjonijiet għat-twaqqif jew għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni.

    40.

    L-Artkolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35 jagħmel parti minn dawk id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva li jirreferu għal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Minn dan il-lat jista’ jiġi pparagunat ma’ l-Artikolu 4(1) tal-istess Direttiva, li jirreferi għar-ritenzjoni ta’ titolu u li kien is-suġġett tal-kwistjoni ttrattata mill-Qorti tal-Ġustizzja fil-kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja ( 45 ). F’dik il-kawża li kellha bħala suġġett il-kwistjoni ta’ jekk il-klawżola ta’ ritenzjoni ta’ titolu kellhiex tiġi kkonfermata fil-fatturi individwali tal-provvisti suċċessivi li kellhom data ċerta, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-soluzzjoni tal-kwistjoni kellha tinsab fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Fid-dawl ta’ dan jista’ jiġi kkunsidrat li anke s-soluzzjoni għal kwistjoni fil-kawża preżenti għandha tinsab fid-dawl tal-leġiżlazzjoni nazzjonali. Madankollu, il-kwistjonijiet li għandhom jiġu solvuti fiż-żewġ kawżi huma differenti sewwa minn xulxin. Il-leġiżlazzjoni Taljana fil-fl-imsemmija kawża Il-Kummissjoni vs L-Italja kienet tirregola biss l-effikaċja tal-kawżola tar-ritenzjoni ta’ titolu; għaldaqstant hija kienet tistabbilixxi waħda mill-karatteristiċi ta’ dik il-klawżola. Min-naħa l-oħra, fil-kawża preżenti l-leġiżlazzjoni Taljana ma tistabbilixxix il-karatteristiċi meħtieġa għall-kisba tat-titolu eżekuttiv, imma jħassru t-terminu qasir għall-kisba tiegħu.

    41.

    Il-leġiżlazzjoni Taljana tmur ukoll kontra l-iskop tad-Direttiva 2000/35 minħabba li tiffavorixxi l-korpi tal-awtorità pubblika fuq l-impriżi. B’dan il-mod hija minn naħa tagħmilha impossibbli li jkun hemm protezzjoni effikaċi, l-iktar tal-impriżi żgħar u ta’ daqs medju u, min-naħa l-oħra, ma tippermettix il-ħlas fil-ħin fil-kuntest tal-kuntratti pubbliċi. Il-Gvern Taljan isostni li t-trattament ipprivileġjat irriżervat għall-korpi tal-awtorità pubblika huwa ġġustifikat minn raġunijiet imperattivi ta’ interess ġenerali, għaliex bil-posponiment tal-eżekuzzjoni jiġi żgurat l-eżerċizzju regolari tal-awtortà pubblika. Dan l-argument ma jistax jiġġustifika l-leġiżlazzjoni Taljana kkontestata. Meta ġie mtawwal it-terminu ta’ ħlas, il-korpi tal-awtorità pubblika fil-verità jżommu mislufin għandhom il-flus tal-kredturi tagħhom, flus li dawn tal-aħħar kellhom diġà jirċevu sa mill-iskadenza tat-terminu tal-ħlas. Il-kredituri, jiġifieri l-impriżi li tagħhom huma debituri l-korpi tal-awtoritajiet pubbliċi, jistgħu jinvokaw anke l-fatt li minħabba d-dewmien ma jistgħux jaħdmu regolarment u ma jistgħux ikollhom garanziji fuq il-likwidità fl-eżerċizzju tagħhom. Il-ħlas fil-ħin għal dawn l-impriżi huwa ta’ importanza enormi għaliex fil-każ ta’ insolvenza huma huma li jkunu suġġetti għat-theddida tal-falliment, ħaġa li l-korpi ta’ awtoritajiet pubbliċi ma jkollhomx. Barra minn hekk, għandu jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri, skont l-Artikolu 6(2) tad-Direttiva 2000/35, jistgħu jħallu fis-seħħ jew jadottaw leġiżlazzjoni iktar favorevoli għall-kreditur; a contrario sensu jista’ jingħad li ma taqbilx mad-Direttiva l-adozzjoni, min-naħa tal-Istat Membru, ta’ dispożizzjonijiet iktar favorevoli għad-debitur.

    42.

    Għandu jiġi kkunsidrat li l-Istati Membri diġà qabel l-iskadenza tat-terminu għat-traspożizzjoni tad-Direttiva ma setgħux jadottaw dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-iskop tad-Direttiva ( 46 ). F’dan ir-rigward nixtieq nindika li l-Italja emendat it-terminu għas-sospensjoni tal-eżekuzzjoni billi żiditu mis-60 jum oriġinali għal 120 jum ta’ bħalissa fit-23 ta’ Diċembru 2000, jiġifieri sitt xhur wara li nħarġet id-Direttiva 2000/35 ( 47 ) u fit-terminu preskritt sabiex din tiġi trasposta li kien stabbilit għat-8 ta’ Awwissu 2002 ( 48 ). L-aġir tal-Italja jista’ għalhekk jiġi ddefinit bħala mezz kif jiġi evitat l-iskop tad-Direttiva, u għalhekk aġir in fraudem legis agere ( 49 ) . Skont l-Artikolu 249(3) KE, fil-kuntest tat-traspożizzjoni tad-Direttiva l-Istati Membri huma liberi fir-rigward tal-għażla tal-forom u tal-metodi meħtieġa biex tiġi implementata, filwaqt li jibqgħu marbutin f’dak li jirrigwarda r-riżultat li jrid jinkiseb. Skont ġurisprudenza stabbilita, l-Istati Membri huma marbutin li jittrasponu d-Direttiva b’mod li jiġi ggarantit l-effett utli tagħha (effet utile) ( 50 ) u li fl-att tat-traspożizzjoni jiġi ggarantit ir-rispett tal-għanijiet stabbiliti mid-Direttiva ( 51 ).

    43.

    Għalkemm mill-interpretazzjoni letterali tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2000/35 wieħed jasal għall-konklużjoni li l-fażi suċċessiva għall-kisba tat-titolu eżekuttiv ma tidħolx fil-qasam tal-kompetenzi tal-Komunità, l-Istati Membri ma jistgħux jeżerċitaw il-kompetenzi tagħhom b’tali mod li jmur kontra l-iskop tar-leġiżlazzjoni Komunitarja fis-seħħ. Il-qsim tal-kompetenzi bejn il-Komunità u l-Istati Membri fil-fatt ma jfissirx li dawn, fl-eżerċizzju tal-kompetenzi tagħhom, jistgħu jadottaw dispożizzjonijiet li jmorru kontra l-iskop tad-Direttiva. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 10 l-Istati Membri għandhom “jieħdu l-miżuri xierqa ġenerali jew speċjali biex jiżguraw it-twettiq tal-obbligi li jirrizultaw minn dan it-Trattat jew mid-deċiżjonijiet tal-istituzzjonijiet tal-Komunità”. Bl-istess mod l-Istati Membri, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 10 KE, “m’għandhom jieħdu ebda miżura li tkun tista’ tipperikola r-realizzazzjoni tal-għanjiet ta’ dan it-Trattat”. Obbligu simili li abbażi tiegħu l-Istati Membri huma obbligati jirrispettaw id-dritt Komunitarju anki fl-oqsma fil-kompetenza tagħhom jinstab, pereżempju, fil-qasam tat-taxxi diretti ( 52 ), tas-sistemi tas-sigurtà soċjali ( 53 ) u tat-tagħlim ( 54 ).

    44.

    Biex nikkonkludi, għandi nenfasizza li d-Direttiva 2000/35 ma tipprekludix l-leġiżlazzjoni Taljana kkontestata fil-kumpless tagħha, iżda biss fuq il-livell ratione materiae ta’ din id-Direttiva, jiġifieri fil-każ ta’ kreditu mhux ikkontestat f’tranżazzjoni kummerċjali. Id-Direttiva 2000/35 ma tirriferixxix għal kategoriji oħrajn ta’ krediti u għalhekk hija ma jista’ jkollha, fir-rigward tagħhom, l-ebda effett fuq il-leġiżlazzjoni Taljana. Madankollu, il-kunsiderazzjoni li d-Direttiva 2000/35 tipprekludi l-leġiżlazzjoni kkontestati fil-kawża prinċipali, ma tagħtix lill-Komunità kompetenza ġenerali biex tirregola l-proċeduri ta’ eżekuzzjoni furzata li ma jkollhomx elementi transfruntaljieti.

    VII — Konklużjoni

    45.

    Abbażi ta’ dak li ntqal iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja li tiddikjara li d-Direttiva 2000/35/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-29 ta’ Ġunju 2000, dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard [ħlas tardiv] fi tranżazzjonijiet kummerċjali, għandha tiġi interpretata fis-sens li hija tipprekludi dispożizzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 14 tad-Digriet Liġi Nru 669/1996, tal-31 ta’ Diċembru 1996, li bis-saħħa tagħha l-kreditur, li jkollu titolu eżekuttiv dwar ħlas mhux ikkontestat dovut minn awtorità pubblika bħala remunerazzjoni ta’ tranżazzjoni kummerċjali, ma jkunx jista’ jwettaq eżekuzzjoni furzata fil-konfront tal-awtorità msemmija qabel l-iskadenza ta’ terminu ta’ 120 jum li jibda jidekorri min-notifika tal-imsemmi titolu eżekuttiv lil dik l-awtorità.


    ( 1 ) Lingwa oriġinali: is-Sloven.

    ( 2 ) ĠU L 200, p. 35.

    ( 3 ) Fil-verżjoni kkonsolidata ppubblikata fil-ĠU C 27, p. 3.

    ( 4 ) Digriet leġiżlattiv tad-9 ta’ Ottubru 2002, Nru 231, GURI Nru 249, tat-23 ta’ Ottubru 2002. Għad-duttrina ara, pereżempju, Kindler, P., Umsetzung der EG-Zahlungsverzugsrichtlinie in Italien, Recht der Internationalen Wirtschaft, Nru 4/2003, p. 241.

    ( 5 ) Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili, GURI Nru 253, tat-28 ta’ Ottubru 1940, kif emendat.

    ( 6 ) Digriet Liġi tal-31 ta’ Diċembru 1996, Nru 669, GURI Nru 305 tal-31.12.1996.

    ( 7 ) Liġi tat-28 ta’ Frar 1997, Nru 30, GURI Nru 50 tal-1.3.1997.

    ( 8 ) Liġi tat-23 ta’ Diċembru 2000, Nru 388, GURI Nru 302 tad-29.12.2000, — Suppliment ordinarju 219.

    ( 9 ) F’dan is-sens ara s-sentenzi tat-30 ta’ Ġunju 1966, Vaassen-Göbbels, 61/65, Ġabra p. 377; tas-17 ta’ Settembru 1997, Dorsch Consult, C-54/96, Ġabra p. I-4961, punt 23 u tad-19 ta’ Settembru 2006, Wilson, C-506/04, Ġabra p. I-8613, punt 48.

    ( 10 ) F’dan is-sens ara s-sentenzi tal-11 ta’ Ġunju 1987, Pretore di Salò vs X, 14/86, Ġabra p. I-2545, punt 7; tal-21 ta’ April 1988, Pardini, 338/85, Ġabra p. 2041, punt 9; tad-29 ta’ Novembru 2001, De Coster, C-17/00, Ġabra p. I-9445, punt 17, u tad-19 ta’ Settembru 2006, Wilson, C-506/04 Ġabra p. I-8613, punt 48.

    ( 11 ) Digriet tal-5 ta’ Marzu 1986, Unterweger, C-318/85, Ġabra p. 955, punt 4; sentenzi tad-19 ta’ Ottubru 1995, Job Centre, C-111/94, Ġabra p. I-3361, punt 9; tat-12 ta’ Novembru 1998, Victoria Film, C-134/97, Ġabra p. I-7023, punt 14; tat-30 ta’ Novembru 2000, Österreichischer Gewerkschaftsbund, C-195/98, Ġabra p. I-10497, punt 25.

    ( 12 ) Il-proċedura ta’ inġunzjoni hija rregolata mill-Artikoli 633 sa 656 tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili Taljan (Codice di Procedura Civile, GURI Nru 253 tat-28 ta’ Ottubru 1940, kif emendat). Fuq din il-proċedura ara b’mod partikolari lil G. Franco, Guida al procedimento di ingiunzione, it-Tielet Edizzjoni, Giuffrè Editore, Milano 2001.

    ( 13 ) Sentenzi tal-21 ta’ Frar 1974, Birra Dreher, C-162/73, Ġabra p. 201, punt 3; tat-28 ta’ Ġunju 1978, Simmenthal, 70/77, Ġabra p. 1453, punt 9; tad-9 ta’ Novembru 1983, San Giorgio, 199/82, Ġabra p. 3595, punt 8; tal-15 ta’ Diċembru 1993, Ligur Carni et, C-277/91, C-318/91 u C-319/91, Ġabra p. I-6621, punt 16; tat-3 ta’ Marzu 1994, Eurico Italia et, C-332/92, C-333/92 u C-335/92 Ġabra p. I-711, punt 11 u tas-17 ta’ Mejju 1994, Corsica Ferries, C-18/93, Ġabra p. I-1783, punt 12.

    ( 14 ) Sentenzi Eurico Italia et, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 11 Corsica Ferries, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 12, u Job Centre, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 11 punt 9. Fid-duttrina, ara, pereżempju, B. Wegener, C. Calliess, M. Ruffert, (editur), EUV/EGV. Das Verfassungsrecht der Europäischen Union mit Europäischer Grundrechtecharta. Kommentar, 3 Edizzjoni, Beck, Munich 2007, kumment għall-Artikolu 234 KE, p. 2062, nota 52.

    ( 15 ) Sentenzi tal-14 ta’ Diċembru 1971, Politi, 43/71, Ġabra p. 1039, punt 5; Birra Dreher, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punt 3; Simmenthal, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 13, punti 8 sa 9; tad-9 ta’ Novembru 1983, San Giorgio, C-199/82, Ġabra p. 3595, punt 8. Fid-duttrina ara C. Gaitanides, H. von der Groeben, J. Schwarze, (editur), Kommentar zum Vertrag über die Europäische Union und zur Gründung der Europäischen Gemeinschaft, 6 Edizzjoni, Nomos, Baden-Baden 2003, 4 volum, kummentarju għall-Artikolu 234 KE, p. 1405, punt 53.

    ( 16 ) Ara s-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Italja, C-302/05, Ġabra p. I-10597, punt 23.

    ( 17 ) Ara f’dan is-sens is-sentenza tas-26 ta’ Ottubru 2006, Il-Kummissjoni vs L-Italja, iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16, punt 24, il-Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Maduro f’Telecom vs Deutsche Telekom, ippreżentati fit-18 ta’ Ottubru 2007, (C-306/06, Ġabra p. I-1923, punt 35) u s-sentenza tat-3 ta’ April 2008, Telecom vs Deutsche Telekom (C-306/06, Ġabra p. I-1923, punt 21). Fid-duttrina ara lil P. Mengozzi, I ritardi di pagamento nelle transazioni commerciali. L’interpretazione delle norme nazionali di attuazione delle direttive comunitarie, Cedam, Padova 2007, p. 1 sa 4.

    ( 18 ) Sentenza iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 16.

    ( 19 ) Ibid., punt 29.

    ( 20 ) Ibid., punt 31. Fid-duttrina ara, pereżempju, lil C. Montfort, Opposabilité de la clause de réserve et propriété, Revue Lamy droit des affaires, Nru 14/2007, p. 59.

    ( 21 ) Sentenza tal-10 ta’ Marzu 2005 (C-235/03, Ġabra p. I-1937).

    ( 22 ) Konklużjonijiet iċċitata iktar ’il fuq.

    ( 23 ) Ibid, punt 35. Il-Qorti tal-Ġustizzja, fis-sentenza tat-3 ta’ April 2008 f’Telecom vs Deutsche Telekom (C-306/06, Ġabra p. I-1923) ma tirriferixxix espressament għal dan; hija tosserva biss, fil-punt 21, li d-Direttiva 2000/35 ma tirrappreżentax armonizzazzjoni sħiħa tar-regoli fil-qasam tal-ħlasijiet fit-tranżazzjonijiet kummerċjali.

    ( 24 ) Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali, COM(1998) 126 finali (ĠU 1998 C 168, p. 13). It-test analogu tal-Artikolu 5 jinsab ukoll fl-emenda għall-proposta ta’ din id-Direttiva COM(1998) 615 finali (ĠU 1998 C 374, p. 4).

    ( 25 ) Fid-duttrina ara, pereżempju, A. Knapp, Das Problem der bewuβten Zahlungsverzögerung im inländischen und EU-weiten Handelsverkehr, RabelsZ, n. 63/1999, p. 327.

    ( 26 ) Pożizzjoni Komuni (KE) Nru 36/1999 definita mill-Kunsill fid-29 ta’ Lulju 1999, minħabba l-adozzjoni tad-Direttiva 1999/…/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra ħlasijiet tard fi tranżazzjonijiet kummerċjali (ĠU 1999 C 284, p. 1), punt (V) tal-motivazzjoni. Fid-duttrina ara fuq il-pożizzjoni komuni G. Lardeux, La lutte contre le retard de paiement dans les transactions commerciales: position commune du Conseil no 36/1999 du 29 juillet 1999 en vue de l'adoption d'une directive concernant la lutte contre le retard de paiement dans les transactions commerciales, La semaine juridique. Entreprise et affaires, Nru 35/2000, p. 1318.

    ( 27 ) Pożizzjoni komuni tal-Kunsill (KE) Nru 36/1999, iċċitata iktar ’il fuq, punt (v) tal-motivazzjoni,

    ( 28 ) L-ewwel pass f’dan is-settur sar bil-Konvenzjoni ta’ Brussell fis-27 ta’ Settembru 1968, dwar il-ġurisdizzjoni u r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta’ sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali (ĠU 1972 L 299, p. 32; verżjoni konsolidata fil-ĠU C 27, 26.1.1998, p. 3). Din il-konvenzjoni hija l-ewwel att ġuridiku tal-Istati Membri tal-Komunità li jirregola l-kunflitti fuq il-ġurisdizzjoni bejn il-qrati tal-Istati Membri u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materji ċivili u kummerċjali. Wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Amsterdam, li ttrasferixxa lill-Komunità kompetenzi ġodda fis-settur tal-kooperazzjoni ġudizzjarja fl-affarijiet ċivili, il-Kunsill adotta r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta' Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU L 12, p. 1). Dan ir-Regolament issostitwixxa l-Konvenzjoni ta’ Brussell għall-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka. Fuq il-kompetenza tal-Komunità f’dan is-settur ara, pereżempju, B. Heß, Die „Europäisierung“ des internationalen Zivilprozessrechts durch den Amsterdamer Vertrag — Chancen und Gefahren, Neue Juristische Wochenschrift, Nru 1/2000, p. 23.

    ( 29 ) ĠU L 143, p. 15.

    ( 30 ) ĠU L 399, p. 1.

    ( 31 ) H.-W Micklitz. u P. Rott, Vergemeinschaftung des EuGVÜ in der Verordnung (EG) Nr. 44/2001, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, n. 1/2002, p. 15, isostnu li r-Regolament Nru 44/2001 jirregola r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materja ċivili u kummerċjali mogħtija fi Stati Membri oħrajn. A. Stadler, From the Brussels Convention to Regulation 44/2001: Cornerstones of a European law of civil procedure, Common Market Law Review, Nru 6/2005, p. 1637, jgħid li r-Regolament n. 44/2001 jirregola r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tad-deċiżjonijiet f’materja ċivili u kummerċjali bejn l-Istati Membri. V. Rijavec, Postopek potrditve Evropskega izvršilnega naslova, Podjetje in delo, Nru 5/2007, pag. 791, isostni li r-Regolament Nru 805/2004 li joħloq Ordni Ewropew ta’ Infurzar għal krediti mhux ikkontestati jirrappresenta bidla fis-sistema tal-eżekuzzjoni mwettqa abbażi tad-deċiżjonijiet ġudizzjarji barranin. B. Sujecki, Das Europäische Mahnverfahren, Neue Juristische Wochenschrift, Nru 23/2007, p. 1622, jenfasizza li l-proċedra stabbilita fir-Regolament Nru 1896/2006 tissimplifika u tħaffef l-irkupru transfruntaljier tal-krediti mhux ikkontestati.

    ( 32 ) Minbarra l-Artikolu 61(ċ), ir-Regolament Nru 44/2001 għandu bħala bażi legali wkoll l-Artikolu 67(1) tat-Trattat KE, u fir-rigward tar-Regolament Nru 805/2004, il-bażi legali hija kkostitwita wkoll mill-Artikolu 67(5) tat-Trattat KE.

    ( 33 ) Dan huwa kkonfermat ukoll fl-istudju Review of the effectiveness of European Community legislation in combating late payments, magħmul fis-sena 2006 għall-Kummissjoni Ewropea mill-uffiċċju legali Demolin, Brulard, Barthelemy, Hoche taħt id-direzzjoni ta’ Jean Albert, li jinsab fi http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/late_payments/doc/finalreport_en.pdf, p. 61, 170.

    ( 34 ) Billi r-risposta għad-domanda magħmula mhijiex nieqsa għal kollox minn dubji, nistgħu niddefinixxu dan il-każ mil-lat legali teoriku bħala “każ kumpless” (“hard case”) meta ipparagunat ma’ “każ ċar” (“clear case”). F’dan is-sens ara H.L.A Hart, The Concept of Law (With a Postscript edited by Penelope A. Bulloch and Joseph Raz), 2 Edizzjoni, Clarendon Press, Oxford 1994, p. 307, li jgħid li f’dawn is-sitwazzjonijiet il-qrati jiddeċiedu bid-diskrezzjoni, li abbażi tagħha joħolqu d-dritt. B’mod differenti R Dworkin, Hard Cases, Harvard Law Review, sena 88, 1975, p. 1075. Cfr. ukoll R. Alexy, A Theory of Legal Argumentation. The Theory of Rational Discourse as Theory of Legal Justification, Clarendon Press, Oxford 1989, p. 8, li jirrendi relattiv anki l-kunċett ta’ “eżempju ċar”, billi ċ-ċarezza tiegħu hija apparenti biss fir-rigward tal-fatt li huwa dejjem possibbli li ssib argumenti kuntrarji għad-deċiżjoni tal-każ in kwistjoni.

    ( 35 ) Ara, pereżempju, il-Konklużjonijiet tal-Avuklat Ġenerali Maduro tat-18 ta’ Lulju 2007 fil-kawża L-Iżvezja vs Il-Kummissjoni (C-64/05 P, Ġabra p. I-11389, punt 26), fejn l-interpretazzjoni teleoloġika u sistematika pprevalew fuq dik letterali, li ma pprovdietx soluzzjoni ċara. Ara wkoll P. Delnoy, Elements de méthodologie juridique, 2 Edizzjoni, Larcier, Brussell 2006, p. 93, li jgħid li anki t-test ċar għandu jiġi interpretat, u għalhekk nistgħu nikkonkludu li l-interpretazzjoni letterali waħedha biex it-test ikun jista’ jinftiehem eżatt mhijiex biżżejjed. M. Pechstein, u C. Drechsler, f’K.Reisenhuber, (edituri), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, De Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 171, isostnu li l-Qorti tal-Ġustizzja spiss tuża l-interpretazzjoni teleoloġika l-iktar biex tiżgura t-twettiq tal-għanijiet tad-dritt Komunitarju. Bl-istess mod K. Reisenhuber, u K. Reisenhuber, (editur), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, De Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 261, jgħid li għall-finijiet tad-dritt Komunitarju l-interpretazzjoni teleoloġika hija ta’ importanza fundamentali. Cfr. b’riferiment għall-interpretazzjoni tad-direttivi wkoll M. Schmidt-Kessel, fi K. Reisenhuber (editur), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, De Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 404, 405.

    ( 36 ) Fir-rigward tal-kwistjoni tal-effet utile bħala kriterju ta’ interpretazzjoni ara, fid-dutrina, M. Pechstein, C. Drechsler, f’K. Reisenhuber, (editur), Europäische Methodenlehre. Handbuch für Ausbildung und Praxis, De Gruyter Recht, Berlin 2006, p. 172; T. Oppermann, Europarecht, 3 Edizzjoni, Beck, München 2005, p. 160, punti 69 u 70.

    ( 37 ) Fid-duttrina ara, pereżempju, A. Hänlein, Die Richtlinie 2000/35/EG zur Bekämpfung von Zahlungsverzug im Geschäftsverkehr und ihre Umsetzung in Deutschland, Europäische Zeitschrift für Wirtschaftsrecht, Nru 22/2000, p. 680; R. Schulte-Braucks, Zahlungsverzug in der Europäischen Union, Neue Juristische Wochenschrift, Nru 2/2001, p. 104; R. Schulte-Braucks, S. Ongena, The Late Payment Directive — a Step towards an emerging European Private Law?, European Review of Private Law, Nru 4/2003, p. 524; J.M. Milo, Combating Late Payment in Business Transactions: How a New European Directive Has Failed to Set a Substantial Minimum Standard Regarding National Provisions on Retention of Title, European Review of Private Law, Nru 3/2003, p. 380. B’riferiment għall-kriterji tad-Direttiva 2000/35 ara wkoll V. Pandolfini, La nuova normativa sui ritardi di pagamento nelle transazioni commerziali. Commento al D.Lgs. 9 ta’ Ottubru 2002, Nru. 231 Implementazzjoni tad-Direttiva 2000/35/KE dwar il-ġlieda kontra ħlas tardiv fit-tranżazzjonijiet kummerċjali Giuffrè Editore, Milan 2003, paġni 1-3.

    ( 38 ) Biex jintlaħaq dan l-għan id-Direttiva ġiet adottata abbażi tal-Artikolu 95 KE, li jista’ jservi bħala bażi legali għal dispożizzjoni Komunitarja biss meta l-iskop tiegħu jkun li jikkontribwixxi b’mod effettiv għat-twaqqif u t-titjib tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tas-suq intern u għat-tneħħija tal-ostakoli għaċ-ċirkulazzjoni libera tal-merkanzija jew għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi jew għat-tneħħija tad-distorsjoni tal-kompetizzjoni. Abbażi ta’ dan l-artikolu mhux possibbli li jiġu adottati regoli li għandhom effett marġinali biss fuq it-titjib tal-kundizzjonijiet meħtieġa għat-tħaddim tas-suq intern. Ara f’dan is-sens is-sentenzi tal-10 ta’ Diċembru 2002, British American Tobacco, C-491/01, Ġabra p. I-11453, punti 59 u 60; tas-6 ta’ Diċembru 2005, Ir-Renju Unit vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-66/04, Ġabra p. I-10553, punti 59 u 64 u tat-12 ta’ Diċembru 2006, Il-Ġermanja vs Il-Parlament u Il-Kunsill, C-380/03, Ġabra p. I-11573, punt 37. Ara anki l-konklużjonijiet tiegħi tal-15 ta’ Novembru 2007, Quelle (C-404/06, Ġabra p. I-2685, punt 54). Fid-duttrina ara, pereżempju, W. Kahl, f’C. Calliess, M. Ruffert, (editur), EUV/EGV. Das Verfassungsrecht der Europäischen Union mit Europäischer Grundrechtecharta. Kommentar, 3 Edizzjoni, Beck, Monaco ta’ Baviera 2007, kumment fuq l-Artikolu 95, p. 1262; J. Pipkorn, A. Bardenhewer-Rating, H. Taschner, f’H. von der Groeben,, J. Schwarze, (editur), Kommentar zum Vertrag über die Europäische Union und zur Gründung der Europäischen Gemeinschaft, 6 Edizzjoni, Nomos, Baden-Baden 2003, 2 volum, kumment fuq l-Artikolu 95, p. 1405, punt 7.

    ( 39 ) Dan ġie enfasizzat, pereżempju, fil-konklużjonijiet tal-Kunsill Ewropew ta’ Brussell fit-23 u l-24 ta’ Marzu 2006, 7775/1/06 REV 1, p. 8, punt 28, aċċessibbli fuq http://www.consilium.europa.eu/ueDocs/cms_Data/docs/pressData/en/ec/89013.pdf.

    ( 40 ) L-istudju Review of the effectiveness of European Community legislation in combating late payments, imħejji fl-2006 għall-Kummissjoni Ewropea mill-uffiċċju legali Demolin, Brulard, Barthelemy, Hoche taħt it-tmexxija ta’ Jean Albert, aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/late_payments/doc/finalreport_en.pdf, pag. 20.

    ( 41 ) F’dan ir-rigward, ir-raba’ premessa tad-Direttiva 2000/35 tirriferi għall-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali dwar il-“Karta l-Ħadra tal-Kummissjoni dwar Akkwist Pubbliku fl-Unjoni Ewropea: Nesploraw it-triq għal quddiem” (ĠU 1997 C 287, p. 92), fejn il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali jindika fost l-oħrajn il-problema tad-dewmien fil-ħlas fil-proċeduri ta’ kuntratti pubbliċi.

    ( 42 ) Direttiva tal-Kunsill 92/50/KEE, tat-18 ta’ Ġunju 1992, relatata mal-koordinazzjoni ta’ proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tas-servizz pubbliku (ĠU L 209, p. 1); Direttiva tal-Kunsill 93/36/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkoordina l-proċeduri għall-għoti ta' kuntratti pubbliċi ta' provvista (ĠU L 199, p. 1); Direttiva tal-Kunsill 93/37/KEE tal-14 ta’ Ġunju 1993, li tikkonċerna l-koordinament tal-proċeduri għall-għoti ta’ kuntratti tax-xogħlijiet pubbliċi (ĠU L 199, p. 54) u Direttiva tal-Kunsill 93/38/KEE, tal-14 ta’ Ġunju 1993 li tikkoordina l-proċeduri ta' akkwist pubbliku għal entitajiet li joperaw fis-setturi tal-ilma, tal-enerġija, tat-trasport u tat-telekomunikazzjoni (ĠU L 199, p. 84).

    ( 43 ) L-istudju Review of the effectiveness of European Community legislation in combating late payments, imħejji fl-2006 għall-Kummissjoni Ewropea mill-uffiċċju legali Demolin, Brulard, Barthelemy, Hoche taħt it-tmexxija ta’ Jean Albert, aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/late_payments/doc/finalreport_en.pdf.

    ( 44 ) L-istudju Review of the effectiveness of European Community legislation in combating late payments, imħejji fl-2006 għall-Kummissjoni Ewropea mill-uffiċċju legali Demolin, Brulard, Barthelemy, Hoche taħt it-tmexxija ta’ Jean Albert, aċċessibbli fuq http://ec.europa.eu/enterprise/regulation/late_payments/doc/finalreport_en.pdf, p. 208.

    ( 45 ) Sentenza iċċitata iktar ’il fuq fin-nota ta’ qiegħ il paġna 16.

    ( 46 ) Sentenzi tat-18 ta’ Diċembru 1997, Inter-Environnement Wallonie, C-129/96, Ġabra p. I-7411, punt 45; tat-8 ta’ Mejju 2003, ATRAL, C-14/02, Ġabra p. I-4431, punt 58; tal-10 ta’ Novembru 2005, Stichting Zuid-Hollandse Milieufederatie, C-316/04, Ġabra p. I-9759, punt 42. Fid-duttrina ara K. Lenaerts, P. Van Nuffel, Constitutional Law of the European Union, 2 Edizzjoni, Sweet & Maxwell, Londra 2005, p. 768.

    ( 47 ) Id-Direttiva 2000/35 ġiet emendata fid-29 ta’ Ġunju 2000.

    ( 48 ) Artikolu 6(1), Direttiva 2000/35.

    ( 49 ) Skont Paulus, Diġest 1, 3, 29. J. Kranjc, Latinski pravni reki, Cankarjeva založba, Lubiana 1998, p. 116. Kranjc jiċċita lil Paulus li jenfasiza kif id-differenza bejn il-ksur u li tiġi evitata l-liġi qiegħda fil-fatt li fil-ksur hemm aġir kontra l-liġi, filwaqt li meta tiġi evitata, l-aġir huwa, fid-dehra, konformi mal-liġi imma fil-fatt ir-regola tkun qed tiġi eluża.

    ( 50 ) Il-ġurisprudenza dwar l-effett utili (effet utile) tad-direttivi hija wiesgħa. F’dan ir-rigward ara, pereżempju, is-sentenzi tat-12 ta’ Settembru 1996, Gallotti et, C-58/95, C-75/95, C-112/95, C-119/95, C-123/95, C-135/95, C-140/95, C-141/95, C-154/95 u C-157/95 Ġabra p. I-4345, punt 14; tal-14 ta’ Lulju 2005 Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja, C-386/03, Ġabra p. I-6947, punt 28; tal-4 ta’ Lulju 2006, Adeneler et, C-212/04, Ġabra p. I-6057, punt 93; tat-13 ta’ Diċembru 2007, United Pan-Europe Communications Belgium, C-250/06, Ġabra p. I-11135, punt 45; tat-18 ta’ Diċembru 2007, Laval un Partneri, C-341/05, Ġabra p. I-11767, punt 80.

    ( 51 ) F’dan is-sens, b’riferiment għad-Direttiva 2000/35, Conti josserva li l-att ta’ traspożizzjoni tagħha huwa meħtieġ biex jiggarantixxi b’mod effikaċi il-voluntas legis tagħha. Ara R. Conti, La direttiva 2000/35/CE sui ritardati pagamenti e la legge comunitaria 2001 di delega al Governo per la sua attuazione, Corriere giuridico, Nru 6/2002, p. 815. Fuq l-effet utile ara wkoll F. Baron u oħrajn, Union Européenne 2006-2007. Memento pratique Francis Lefebvre, Editions Francis Lefebvre, Levallois 2005, p. 19, punt 85; K. Lenaerts, P. Van Nuffel, Constitutional Law of the European Union, 2 Edizzjoni, Sweet & Maxwell, Londra 2005, p. 531. Għall-Istati Membri li jilħqu l-oġġettivi tar-regola Komunitarja huwa obbligu ta’ riżultat. Ara G. Schmidt, u H. von der Groeben, J. Schwarze, (editur), Kommentar zum Vertrag über die Europäische Union und zur Gründung der Europäischen Gemeinschaft, 6 Edizzjoni, Nomos, Baden-Baden 2003, 4 volum, kumment għall-Artikolu 249, p. 786, punt 38.

    ( 52 ) Il-qasam tat-taxxi diretti bħala tali ma jidħolx fil-kompetenza tal-Komunità, għalkemm l-Istati Membri huma madankollu marbutin li jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom skont id-dritt Komunitarju. Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-14 ta’ Frar 1995, Schumacker, C-279/93, Ġabra p. I-225, punt 21; tal-21 ta’ Novembru 2002, X u Y, C-436/00, Ġabra p. I-10829, punt 32 u tal-11 ta’ Marzu 2004, Lasteyrie du Saillant, C-9/02, Ġabra p. I-2409, punt 44.

    ( 53 ) Fis-sentenza tas-16 ta’ Mejju 2006 Watts (C-372/04 Ġabra p. I-4325, punt 92) il-Qorti tal-Ġustizzja stabbiliet li, “Għalkemm mhuwiex ikkontestat li d-dritt Komunitarju ma jippreġudikax il-kompetenza ta’ l-Istati Membri li jorganizzaw is-sistemi ta’ sigurtà soċjali tagħhom u li, fin-nuqqas ta’ armonizazzjoni fuq livell Komunitarju, hija l-leġiżlazzjoni ta' kull Stat Membru li għandha tiddetermina l-kundizzjonijiet ta’ l-ħruġ ta’ servizzi fil-qasam tas-sigurtà soċjali, xorta jibqa’ l-fatt li, fl-eżerċizzju ta’ din il-kompetenza, l-Istati Membri għandhom jirrispettaw id-dritt Komunitarju, b’mod partikolari d-dispożizzjonijiet relatati mal-libertà li jiġu pprovduti servizzi”. Ara wkoll is-sentenzi tat-12 ta’ Lulju 2001, Smits u Peerbooms, C-157/99, Ġabra p. I-5473, punt 46, u tat-13 ta’ Mejju 2003, Müller-Fauré u van Riet, C-385/99, Ġabra p. I-4509, punt 17.

    ( 54 ) F’dan ir-rigward il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li għalkemm huwa minnu li l-Istati Membri huma kompetenti biex jiddefinixxu l-kontenut tat-tagħlim u l-organizzazzjoni tas-sistema ta’ taħriġ, madankollu fl-eżerċizzju ta’ din is-setgħa għandu jirrispetta d-dritt Komunitarju. Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-11 ta’ Settembru 2007, Schwarz u Gootjes-Schwarz, C-76/05, Ġabra p. I-6849, punt 70, u tat-23 ta’ Ottubru 2007, Morgan u Bucher, C-11/06 u C-12/06, Ġabra p. I-9161, punt 24.

    Fuq