EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22019D0710

Deċiżjoni Nru 1/2019 tal-Kumitat ta' Assoċjazzjoni UE-Ukrajna fil-Konfigurazzjoni tal-Kummerċ tal-25 ta' Marzu 2019 dwar l-istabbiliment tal-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/710]

OJ L 120, 8.5.2019, p. 31–33 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2019/710/oj

8.5.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 120/31


DEĊIŻJONI Nru 1/2019 TAL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI UE-UKRAJNA FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ

tal-25 ta' Marzu 2019

dwar l-istabbiliment tal-lista ta' arbitri msemmija fl-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra [2019/710]

IL-KUMITAT TA' ASSOĊJAZZJONI FIL-KONFIGURAZZJONI TAL-KUMMERĊ,

Wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (1), iffirmat fi Brussell fis-27 ta' Ġunju 2014 (“il-Ftehim”), u b'mod partikolari l-Artikoli 323(1), u 465(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 323(1) tal-Ftehim, il-Kumitat ta' Assoċjazzjoni mlaqqa' fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ (il-“Kumitat tal-Kummerċ”) irid, mhux aktar tard minn sitt xhur mid-dħul fis-seħħ ta' dan il-Ftehim, jistabbilixxi lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri.

(2)

L-Unjoni pproponiet ħames individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri, filwaqt li l-Ukrajna pproponiet erbgħa. L-Unjoni u l-Ukrajna qablu fuq ħames individwi li ma huma ċittadini ta' ebda waħda mill-Partijiet biex iservu bħala presidenti ta' bord tal-arbitraġġ.

(3)

Sabiex jiġi evitat aktar dewmien biex titfassal il-lista ta' individwi li huma lesti u kapaċi jservu bħala arbitri u b'hekk jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-Ftehim, b'mod partikolari l-Kapitolu 14 tat-Titolu IV tiegħu, jenħtieġ li l-Kumitat tal-Kummerċ japprova dik il-lista fuq il-bażi tal-proposti mressqa.

(4)

L-Ukrajna jenħtieġ li tippreżenta l-proposta tagħha għall-ħames kandidat lill-Kumitat tal-Kummerċ mill-aktar fis possibbli,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Il-lista tal-individwi li huma lesti u kapaċi jservu ta' arbitri skont l-Artikolu 323(1) tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra, hija stabbilita fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni.

2.   L-Ukrajna għandha tippreżenta l-proposta tagħha għall-ħames kandidat li huwa lest u kapaċi jservi bħala arbitru lill-Kumitat tal-Kummerċ mill-aktar fis possibbli.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Kiev, il-25 ta' Marzu 2019.

Għall-Kumitat ta' Assoċjazzjoni fil-konfigurazzjoni tal-Kummerċ

Il-President

Petros SOURMELIS

Is-Segretarji

Għall-Ukrajna

Oleksandra NECHYPORENKO

Għall-UE

Christian FRIGAARD RASMUSSEN


(1)  ĠU L 161, 29.5.2014, p. 3.


ANNESS

IL-LISTA TAL-ARBITRI

SKONT L-ARTIKOLU 323(1) TAL-FTEHIM

L-arbitri proposti mill-Unjoni:

1.

Claus–Dieter EHLERMANN

2.

Giorgio SACERDOTI

3.

Jacques BOURGEOIS

4.

Pieter Jan KUIJPER

5.

Ramon TORRENT

L-arbitri proposti mill-Ukrajna:

1.

Serhiy HRYSHKO

2.

Taras KACHKA

3.

Victor MURAVYOV

4.

Yuriy RUDYUK

Il-Presidenti magħżula mill-Partijiet:

1.

William DAVEY (L-Istati Uniti)

2.

Helge SELAND (In-Norveġja)

3.

Maryse ROBERT (Il-Kanada)

4.

Christian HÄBERLI (L-Iżvizzera)

5.

Merit JANOW (L-Istati Uniti)


Top