EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62013TN0041

Kawża T-41/13: Rikors ippreżentat fid- 29 ta’ Jannar 2013 — Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

OJ C 86, 23.3.2013, p. 24–24 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

23.3.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 86/24


Rikors ippreżentat fid-29 ta’ Jannar 2013 — Roy vs Il-Kunsill u l-Kummissjoni

(Kawża T-41/13)

2013/C 86/39

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrent: René Roy (Juillac-le-Coq, Franza) (rappreżentant: C.-E. Gudin, avukat)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea u Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Talbiet tar-rikorrenti

tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu b’hekk subit permezz ta’ sanzjonijiet pekunjarji, jiġifieri s-somma ta’ EUR 87 400;

tikkumpensa b’mod sħiħ għad-dannu morali subit, jiġifieri s-somma ta’ EUR 100 000;

tikkundanna lill-Kunsill u lill-Kummissjoni għall-ispejjeż u l-ħlasijiet kollha.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tiegħu, ir-rikorrent jinvoka motivi li huma essenzjalment identiċi jew simili għal dawk invokati fil-kuntest tal-Kawżi T-195/11, Cahier et vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (1), u T-458/11, Riche vs Il-Kunsill u Il-Kummissjoni (2).


(1)  ĠU 2011, C 173, p. 14.

(2)  ĠU 2011, C 298, p. 28.


Top