Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32016D0319

    Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/319 tal-4 ta' Marzu 2016 li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    ĠU L 60, 5.3.2016, p. 78–87 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 28/05/2016; Impliċitament imħassar minn 32016D0849

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/319/oj

    5.3.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 60/78


    DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2016/319

    tal-4 ta' Marzu 2016

    li temenda d-Deċiżjoni 2013/183/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

    Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK tat-22 ta' April 2013 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika Popolari tal-Korea u li tħassar id-Deċiżjoni 2010/800/PESK (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 19(1) u (2) tagħha,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-22 ta' April 2013, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2013/183/PESK.

    (2)

    Fit-2 ta' Marzu 2016, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti adotta r-Riżoluzzjoni 2270 (2016) biex żied 16-il persuna u 12-il entità mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi, u aġġorna l-informazzjoni ta' identifikazzjoni relattivament għal persuna waħda u żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

    (3)

    L-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ.

    (4)

    L-entratati għal persuna waħda u seba' entitajiet elenkati fl-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandhom jitħassru peress li dawn ġew elenkati fl-Anness I għal dik id-Deċiżjoni.

    (5)

    L-Anness II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK għandu għalhekk jiġi emendat kif meħtieġ,

    ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    L-Annessi I u II għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK huma emendati kif jinsabu fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Magħmul fi Brussell, l-4 ta' Marzu 2016.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A.G. KOENDERS


    (1)  ĠU L 111, 23.4.2013, p. 52.


    ANNESS

    (1)

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati hawn taħt jiżdiedu mal-lista ta' persuni u entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għad-Deċiżjoni 2013/183/PESK:

    A.   Persuni

     

    Isem

    Psewdonimu

    Data tat-twelid

    Data tal-indikazzjoni

    Dikjarazzjonijiet tar-Raġunijiet

    13.

    Choe Chun-Sik

    Choe Chun Sik;

    Ch'oe Ch'un Sik

    Data tat-Twelid: 12 ta' Ottubru 1954; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Choe Chun-sik kien id-direttur tas-Second Academy of Natural Sciences (SANS) u kien il-kap tal-programm tal-missili ta' distanza twila tar-RDPK.

    14.

    Choe Song Il

     

    Passaport: 472320665

    Data ta' skadenza: 26 ta' Settembru 2017;

    Passaport: 563120356

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

    15.

    Hyon Kwang II

    Hyon Gwang Il

    Data tat-Twelid: 27 ta' Mejju 1961; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Hyon Kwang II huwa d-Direttur tad-Dipartiment għall-Iżvilupp Xjentifiku fin-National Aerospace Development Administration.

    16.

    Jang Bom Su

    Jang Pom Su

    Data tat-Twelid: 15 ta' April 1957; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

    17.

    Jang Yong Son

     

    Data tat-Twelid: 20 ta' Frar 1957;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fl-Iran.

    18.

    Jon Myong Guk

    Cho 'n Myo 'ng-kuk

    Passaport: 4721202031;

    Data meta jiskadi l-Passaport: 21 ta' Frar 2017;

    Ċittadinanza: RDPK;

    Data tat-Twelid: 18 ta' Ottubru 1976

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fis-Sirja.

    19.

    Kang Mun Kil

    Jiang Wen-ji

    Passaport:

    PS472330208;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 4 ta' Lulju 2017;

    Ċittadinanza: RDPK;

    2.3.2016

    Kang Mun Kil wettaq attivitajiet ta' akkwist nukleari bħala rappreżentant ta' Namchongang, magħruf ukoll bħala Namhung.

    20.

    Kang Ryong

     

    Data tat-Twelid: 21 ta' Awwissu 1969;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) fis-Sirja.

    21.

    Kim Jung Jong

    Kim Chung Chong

    Passaport: 199421147 Data meta Jiskadi l-Passaport: 29 ta' Diċembru 2014;

    Passaport: 381110042, Data meta Jiskadi l-Passaport: 25 ta' Jannar 2016;

    Passaport: 563210184, Data meta Jiskadi l-Passaport: 18 ta' Ġunju 2018;

    Data tat-Twelid: 07 ta' Novembru 1966,

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) fil-Vjetnam.

    22.

    Kim Kyu

     

    Data tat-Twelid: 30 ta' Lulju 1968, Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Uffiċjal għall-Affarijiet Barranin tal-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID).

    23.

    Kim Tong My'ong

    Kim Chin-So'k; Kim Tong-Myong; Kim Jin-Sok; Kim, Hyok-Chol

    Data tat-Twelid: 1964; Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Kim Tong My'ong huwa l-President ta' Tanchon Commercial Bank (TCB) u kellu diversi pożizzjonijiet ma' Tanchon Commercial Bank minn tal-anqas mill-2002 lil hawn. Huwa kellu wkoll rwol fil-ġestjoni tal-affarijiet ta' Amroggang.

    24.

    Kim Yong Chol

     

    Data tat-Twelid: 18 ta' Frar 1962;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-KOMID fl-Iran.

    25.

    Ko Tae Hun

    Kim Myong Gi

    Passaport: 563120630;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 20 ta' Marzu 2018,

    Data tat-twelid: 25 ta' Mejju 1972;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant ta' Tanchon Commercial Bank.

    26.

    Ri Man Gon

     

    Data tat-Twelid: 29 ta' Ottubru 1945;

    Numru tal-passaport: P0381230469;

    Data meta Jiskadi l-Passaport: 6 ta' April 2016;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Ri Man Gon huwa l-Ministru tal-Munitions Industry Department.

    27.

    Ryu Jin

     

    Data tat-Twelid: 07 ta' Awwissu 1965;

    Numru tal-Passaport: 563410081;

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Rappreżentant tal-KOMID fis-Sirja.

    28.

    Yu Chol U

     

    Ċittadinanza: RDPK

    2.3.2016

    Yu Chol U huwa d-Direttur tan-National Aerospace Development Administration.

    (2)

    L-entrata li tikkonċerna l-persuna elenkata hawn taħt, kif stipulat fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK, hija sostitwita mill-entrata li ġejja:

     

    Isem

    Psewdonimu

    Data tat-twelid

    Data tal-indikazzjoni

    Dikjarazzjonijiet tar-Raġunijiet

    8.

    Ra Ky'ong-Su

    Ra Kyung-Su

    Chang, Myong Ho

     

    22.1.2013

    Ra Ky'ong-Su huwa uffiċjal ta' Tanchon Commercial Bank (TCB). F'din il-kapaċità hu ffaċilita t-transazzjonijiet għal TCB. Tanchon ġie indikat mill-Kumitat f'April 2009 bħala l-entità finanzjarja ewlenija tar-RDPK responsabbli għall-bejgħ ta' armi konvenzjonali, missili ballistiċi, u oġġetti relatati mal-assemblaġġ u l-manifattura ta' armi bħal dawn.

    (3)

    L-entitajiet elenkati hawn taħt għandhom jiddaħħlu fil-lista ta' entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi kif jidhru fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK:

    B.   Entitajiet

     

    Isem

    Psewdonimu

    Lokalità

    Data tal-indikazzjoni

    Informazzjoni oħra

    21.

    Academy of National Defense Science

     

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    L-Academy of National Defense Science hija involuta fl-isforzi tar-RDPK biex jiġi avvanzat l-iżvilupp tal-programmi tal-missili ballistiċi u l-armi nukleari tagħha.

    22.

    Chongchongang Shipping Company

    Chong Chon Gang Shipping Co. Ltd.

    Indirizz: 817 Haeun, Donghung-dong, Central District, Pyongyang, RDPK; Indirizz Alternattiv: 817, Haeum, Tonghun-dong, Chung-gu, Pyongyang, RDPK; Numru tal-OMI: 5342883

    2.3.2016

    Iċ-Chongchongang Shipping Company, permezz tal-bastiment tagħha, iċ-Chong Chon Gang, għamlet tentattiv biex timporta direttament il-vjeġġ illeċitu ta' armi konvenzjonali fir-RDPK f'Lulju 2013.

    23.

    Daedong Credit Bank (DCB)

    DCB; Taedong Credit Bank

    Indirizz: Suite 401, Potonggang Hotel, Ansan-Dong, PyongchonDistrict, Pyongyang, RDPK; Indirizz Alternattiv: Ansan-dong, Botonggang Hotel, Pongchon, Pyongyang, RDPK; SWIFT: DCBK KKPY

    2.3.2016

    Daedong Credit Bank ipprovda servizzi finanzjarji lill-Korea Mining Development Trading Corporation (KOMID) u t-Tanchon Commercial Bank. Minn tal-inqas mill-2007 lil hawn, id-DCB iffaċilita mijiet ta' transazzjonijiet finanzjarji li jiswew miljuni ta' dollari f'isem il-KOMID u t-Tanchon Commercial Bank. F'xi każijiet, id-DCB iffaċilita konxjament transazzjonijiet billi uża prattiki finanzjarji qarrieqa.

    24.

    Hesong Trading Company

     

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Korea Mining Development Corporation (KOMID) hija l-kumpannija azzjonarja ta' Hesong Trading Corporation.

    25.

    Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC)

    KKBC

    Jungson-dong, Sungri Street, Central District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-KKBC tipprovdi servizzi finanzjarji b'appoġġ għal Tanchon Commercial Bank u Korea Hyoksin Trading Corporation, subordinata tal-Korea Ryonbong General Corporation. Tanchon Commercial Bank uża lill-KKBC biex jiffaċilita trasferimenti ta' fondi li x'aktarx jammontaw għal miljuni ta' dollari, inklużi trasferimenti li jinvolvu fondi relatati mal-Korea Mining Development Corporation.

    26.

    Korea Kwangsong Trading Corporation

     

    Rakwon-dong, Pothonggang District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Korea Ryonbong General Corporation hija l-kumpannija azzjonarja ta' Korea Kwangsong Trading Corporation.

    27.

    Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika

    MAEI

    Haeun-2-dong, Pyongchon District, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Ministeru għall-Industrija tal-Enerġija Atomika nħoloq fl-2013 għall-għan li tiġi mmodernizzata l-industrija tal-enerġija atomika tar-RDPK biex tiżdied il-produzzjoni ta' materjali nukleari, tittejjeb il-kwalità tagħhom, u tiġi żviluppata aktar industrija nukleari indipendenti tar-RDPK. Bħala tali, il-MAEI huwa magħruf li hu attur kritiku fl-iżvilupp ta' armi nukleari tar-RDPK u jmexxi l-operazzjoni ta' kuljum tal-programm tal-armi nukleari tal-pajjiż, u taħtu hemm organizzazzjonijiet oħra relatati mal-kwistjonijiet nukleari.

    Taħt dan il-Ministeru hemm għadd ta' organizzazzjonijiet u ċentri ta' riċerka relatati mal-kwistjonijiet nukleari, kif ukoll żewġ kumitati: Kumitat għall-Applikazzjoni tal-Isotopi u Kumitat għall-Enerġija Nukleari. Il-MAEI jidderieġi wkoll ċentru ta' riċerka nukleari f'Yongbyun, is-sit tal-faċilitajiet magħrufa tal-plutonju tar-RDPK. Barra minn hekk, fir-rapport tal-Grupp ta' Esperti (POE) tal-2015, il-POE ddikjara li Ri Je-son, eks-direttur tal-GBAE li ġie indikat mill-Kumitat stabbilit skont ir-Reżoluzzjoni 1718 (2006) fl-2009 għal involviment fi programmi relatati mal-kwistjonijiet nukleari jew għal appoġġ għalihom, inħatar kap tal-MAEI fid-9 ta' April 2014.

    28.

    Munitions Industry Department

    Military Supplies Industry Department

    Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Il-Munitions Industry Department huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. L-MID huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-iżvilupp tal-missili ballistiċi tar-RDPK, inkluż it-Taepo Dong-2. L-MID jissorvelja l-programmi tal-produzzjoni tal-armi u ta' riċerka u żvilupp (R&Ż) tar-RDPK, inkluż il-programm tal-missili ballistiċi tar-RDPK. It-Tieni Kumitat Ekonomiku u s-Second Academy of Natural Sciences — ukoll indikati f'Awwissu 2010 — huma subordinati għall-MID. Fis-snin reċenti l-MID ħadem biex jiżviluppa l-KN08 road-mobile ICBM.

    29.

    National Aerospace Development Administration

    NADA

    RDPK

    2.3.2016

    In-NADA hija involuta fl-iżvilupp tax-xjenza u t-teknoloġija spazjali tar-RDPK inklużi l-varar ta' satelliti u carrier rokits.

    30.

    Office 39

    Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39;

    Third Floor; Division 39

    RDPK

    2.3.2016

    Entità tal-gvern RDPK.

    31.

    Reconnaissance General Bureau

    Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586; RGB

    Hyongjesan- Guyok, Pyongyang, DPRK; Indirizz Alternattiv: Nungrado, Pyongyang, RDPK

    2.3.2016

    Ir-Reconnaissance General Bureau huwa l-organizzazzjoni ewlenija tal-intelligence tar-RDPK, maħluqa fil-bidu tal-2009 bil-fużjoni ta' organizzazzjonijiet tal-intelligence eżistenti mill-Partit tal-Ħaddiema tal-Korea, l-Operations Department u l-Office 35, u r-Reconnaissance Bureau tal-Armata tal-Poplu Korean. Ir-Reconnaissance General Bureau jinnegozja armi konvenzjonali u jikkontrolla d-ditta tal-armi konvenzjonali tar-RDPK Green Pine Associated Corporation.

    32.

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku

     

    Kangdong, RDPK

    2.3.2016

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa involut f'aspetti ewlenin tal-programm ta' missili tar-RDPK. It-Tieni Kumitat Ekonomiku huwa responsabbli għas-sorveljanza tal-produzzjoni tal-missili ballistiċi tar-RDPK, u jidderieġi l-attivitajiet tal-KOMID.

    (4)

    L-entrati li jikkonċernaw l-entitajiet elenkati hawn taħt, kif stipulat fl-Anness I għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK, huma sostitwiti mill-entrati li ġejjin:

     

    Isem

    Psewdonimu

    Lokalità

    Data tal-indikazzjoni

    Informazzjoni oħra

    4.

    Namchongang Trading Corporation

    NCG; NAMCHONGANG TRADING;NAM CHON GANG CORPORATION; NOMCHONGANG TRADING CO.; NAM CHONG GAN TRADING CORPORATION; Namhung Trading Corporation

    Pyongyang, RDPK

    16.7.2009

    Namchongang hija kumpannija kummerċjali tar-RDPK subordinata għall-Uffiċċju Ġenerali tal-Enerġija Atomika (GBAE). Namchongang kienet involuta fl-akkwist ta' pompi tal-vakwu ta' oriġini Ġappuniża li ġew identifikati f'faċilità nukleari tar-RDPK, kif ukoll ta' akkwist relatat ma' oġġetti nukleari assoċjat ma' individwu Ġermaniż. Din kienet involuta wkoll mill-aħħar tas-snin 90 fix-xiri ta' tubi tal-aluminju u tagħmir ieħor speċifikament adattat għal programm ta' arrikkiment tal-uranju.

    Ir-rappreżentant tagħha huwa ex diplomatiku li serva bħala rappreżentant tar-RDPK għall-ispezzjoni mill-Aġenzija Internazzjonali tal-Enerġija Atomika (IAEA) tal-faċilitajiet Nukleari ta' Yongbyon fl-2007. L-attivitajiet ta' proliferazzjoni ta' Namchongang huma ta' tħassib kbir b'kunsiderazzjoni tal-attivitajiet ta' proliferazzjoni passati tar-RDPK.

    20.

    Ocean Maritime Management Company, Limited (OMM) Bastimenti bin-numru tal-OMI:

    a)

    Chol Ryong (Ryong Gun Bong)

    8606173

    b)

    Chong Bong (Greenlight) (Blue Nouvelle)

    8909575

    c)

    Chong Rim 2

    8916293

    d)

    Dawnlight

    9110236

    e)

    Ever Bright 88 (J Star)

    8914934

    f)

    Gold Star 3 (benevolence)

    8405402

    g)

    Hoe Ryong

    9041552

    h)

    Hu Chang (O Un Chong Nyon)

    8330815

    i)

    Hui Chon (Hwang Gum San 2)

    8405270

    j)

    JH 86

    8602531

    k)

    Ji Hye San (Hyok Sin 2)

    8018900

    l)

    Jin Tal

    9163154·

    m)

    Jin Teng

    9163166

    n)

    Kang Gye (Pi Ryu Gang)

    8829593

    o)

    Mi Rim

    8713471

    p)

    Mi Rim 2

    9361407

    q)

    O Rang (Po Thong Gang)

    8829555

    r)

    Orion Star (Richocean)

    9333589

    s)

    Ra Nam 2

    8625545

    t)

    RaNam 3

    9314650

    u)

    Ryo Myong

    8987333

    v)

    Ryong Rim (Jon Jin 2)

    8018912

    w)

    Se Pho (Rak Won 2)

    8819017

    x)

    Songjin (Jang Ja San Chong Nyon Ho)

    8133530

    y)

    South Hill 2

    8412467

    z)

    South Hill 5

    9138680

    aa)

    Tan Chon (Ryong Gang 2)

    7640378

    bb)

    Thae Pyong San (Petrel 1)

    9009085

    cc)

    Tong Hung San (Chong Chon Gang)

    7937317

    dd)

    Grand Karo

    8511823

    ee)

    Tong Hung 1

    8661575

     

    Donghung Dong, Central District. PO BOX 120. Pyongyang, DPRK;

    Dongheung-dong Changwang Street, Chung-Ku, PO Box 125, Pyongyang.

    28.7.2014

    Ocean Maritime Management Company, Limited (Numru tal-OMI: 1790183) huwa l-operatur/ġestjonarju tal-bastiment Chong Chon Gang. Kellu rwol ewlieni fl-arranġamenti għall-ġarr ta' merkanzija moħbija ta' armi u materjal relatat minn Kuba lejn ir-RDPK f'Lulju 2013. Bħala tali, Ocean Maritime Management Company, Limited ikkontribwixxiet f'attivitajiet ipprojbiti mir-riżoluzzjonijiet, b'mod partikolari l-embargo fuq l-armi impost bir-riżoluzzjoni 1718 (2006), kif emendata bir-riżoluzzjoni 1874 (2009), u kkontribwixxiet fl-evażjoni tal-miżuri imposti minn dawn ir-Riżoluzzjonijiet.

    (5)

    Il-persuna u l-entitajiet elenkati hawn taħt huma mħassra mil-lista li tinsab fl-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/183/PESK

    I.   Persuni u entitajiet responsabbli għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew ma' programmi oħra relatati mal-armi tal-qerda massiva, jew persuni li jaġixxu f'isimhom jew fuq id-direzzjoni tagħhom, jew entitajiet li jappartjenu lilhom jew huma kkontrollati minnhom.

    B.   Entitajiet

    4.

    It-Tieni Kumitat Ekonomiku

    7.

    Hesong Trading Corporation

    10.

    Korea Kwangson Trading Corporation

    11.

    Munitions Industry Department (magħruf ukoll bħala Military Supplies Industry Department)

    12.

    Reconnaissance General Bureau (RGB) (magħruf ukoll bħala: Chongch'al Ch'ongguk; KPA Unit 586)

    II.   Persuni u entitajiet li jagħtu servizzi finanzjarji li jistgħu jikkontribwixxu għal programmi tar-RDPK relatati mal-armi nukleari, mal-missili ballistiċi, jew armi oħrajn tal-qerda tal-massiva.

    A.   Persuni

    3.

    Kim Tong-Myo'ng (magħruf ukoll bħala: Kim Chin-so'k)

    B.   Entitajiet

    3.

    Korea Kwangson Banking Corporation (KKBC) (magħruf ukoll bħala: Korea Kwangson Banking Corp; KKBC)

    4.

    Office 39, of the Korean Workers' Party (magħruf ukoll bħala: Office #39; Office No. 39; Bureau 39; Central Committee Bureau 39; Third Floor; Division 39)


    Top