Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015TA0355

    Kawża T-355/15: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2016 – Alpex Pharma vs EUIPO – Astex Pharmaceuticals (ASTEX) [“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ oppożizzjoni — Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ASTEX — Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEX — Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti — Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 — Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 — Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”]

    ĠU C 419, 14.11.2016, p. 40–40 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    14.11.2016   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 419/40


    Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Settembru 2016 – Alpex Pharma vs EUIPO – Astex Pharmaceuticals (ASTEX)

    (Kawża T-355/15) (1)

    ([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali ASTEX - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali preċedenti ALPEX - Assenza ta’ użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Artikolu 42(2) tar-Regolament (KE)Nru 207/2009 - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])

    (2016/C 419/51)

    Lingwa tal-kawża: l-Ingliż

    Partijiet

    Rikorrenti: Alpex Pharma SA (Mezzovico-Vira, l-Iżvizzera) (rappreżentanti: C. Bacchini, M. Mazzitelli u E. Rondinelli, avukati)

    Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)

    Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Astex Pharmaceuticals, Inc. (Plesanton, l-Istati Uniti)

    Suġġett

    Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-28 ta’ April 2015 (Każ R 593/2014-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Alpex Pharma u Astex Pharmaceuticals.

    Dispożittiv

    1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    2)

    Alpex Pharma SA hija kkundannata għall-ispejjeż.


    (1)  ĠU C 294, 7.9.2015.


    Top