This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 52012XC1221(04)
Notice for the attention of the persons and entities added to the list referred to in Article 2 of Council Regulation (EC) No 1183/2005 imposing certain specific restrictive measures directed against persons acting in violation of the arms embargo with regard to the Democratic Republic of the Congo, by virtue of Commission Implementing Regulation (EU) No 1251/2012
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2012
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2012
ĠU C 396, 21.12.2012, p. 28–29
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
21.12.2012 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 396/28 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet miżjuda fil-lista msemmija fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1251/2012
2012/C 396/11
1. |
Il-Pożizzjoni Komuni 2008/369/PESK (1) tappella lill-Unjoni sabiex jiġu ffriżati l-fondi u r-riżorsi ekonomiċi ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet jew korpi li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo, kif imsemmi fil-lista mfassla skont l-UNSR 1533(2004), 1596(2005), 1807(2008) u 1857(2008) li għandha tiġi aġġornata regolarment mill-Kumitat tan-NU stabbilit skont l-UNSCR 1533(2004). Il-lista mfassla minn dan il-Kumitat tan-NU tinkludi:
|
2. |
Il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda, fit-12 ta’ Novembru 2012, li jżid persuna fiżika waħda u, fit-30 ta’ Novembru 2012, li jżid żewġ persuni fiżiċi, mal-lista rilevanti. Il-persuni fiżiċi kkonċernati jistgħu, meta jridu, jissottomettu talba lill-Kumitat tan-NU, flimkien ma’ kwalunkwe dokumentazzjoni li tiġġustifikaha, sabiex terġa’ tiġi kkunsidrata mill-ġdid id-deċiżjoni li tinkludihom fil-lista tan-NU msemmija aktar ’il fuq. Tali talba għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
Għal aktar informazzjoni ara: http://www.un.org/sc/committees/dfp.shtml |
3. |
Fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU msemmija f'punt 2, il-Kummissjoni adottat ir-Regolament (UE) Nru 1251/2012 (2), li jemenda l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 li jimponi ċerti miżuri diretti speċifiċi restrittivi kontra persuni li jaġixxu bi ksur tal-embargo fuq l-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (3). Għaldaqstant, il-miżuri li ġejjin tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005 japplikaw għall-persuni fiżiċi kkonċernati:
|
4. |
Il-persuni fiżiċi miżjuda mal-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005, permezz tar-Regolament (UE) Nru 1251/2012, fuq il-bażi tad-deċiżjonijiet tan-NU tat-12 u t-30 ta’ Novembru 2012, jistgħu jgħarrfu lill-Kummissjoni bl-opinjonijiet tagħhom dwar il-lista. Din il-komunikazzjoni għandha tintbagħat fl-indirizz li ġej:
|
5. |
Ta’ min jiġbed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi kkonċernati dwar il-possibbiltà li r-Regolament (UE) Nru 1251/2012 jista’ jiġi kkontestat quddiem il-Qorti Ġenerali tal-UE, skont il-kundizzjonijiet imsemmija fl-Artikolu 263, paragrafi 4 u 6 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. |
6. |
Id-dejta personali tal-persuni fiżiċi kkonċernati mil-listi tar-Regolamenti (UE) Nru 1251/2012 se tiġi pproċessata skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 45/2001 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta’ dik id-dejta (4). Kwalunkwe talba, e.g. għal aktar informazzjoni jew sabiex jiġu eżerċitati d-drittijiet skont ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 (pereżempju l-aċċess għal dejta personali jew ir-rettifika tagħha), għandhom jintbagħtu lill-Kummissjoni, fl-istess indirizz imsemmi fil-punt 4 aktar ’il fuq. |
7. |
Għall-kompletezza, qed tinġibed l-attenzjoni tal-persuni fiżiċi elenkati fl-Anness I dwar il-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i relevanti, elenkati fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1183/2005, sabiex tinkiseb l-awtorizzazzjoni għall-użu tal-fondi u riżorsi ekonomiċi ffriżati għal spejjeż bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi skont l-Artikolu 3 ta’ dan ir-Regolament. |
(1) ĠU L 127, 15.5.2008, p. 84.
(2) ĠU L 352, 21.12.2012, p. 42.
(3) ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1.