Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62010FA0116

    Kawża F-116/10: Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal- 20 ta’ Lulju 2011 — Gozi vs Il-Kummissjoni (Servizz pubbliku — Uffiċjali — Obbligu ta’ assistenza — Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal — Rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem qorti nazzjonali)

    ĠU C 282, 24.9.2011, p. 50–50 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    24.9.2011   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    C 282/50


    Sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku (L-Ewwel Awla) tal-20 ta’ Lulju 2011 — Gozi vs Il-Kummissjoni

    (Kawża F-116/10) (1)

    (Servizz pubbliku - Uffiċjali - Obbligu ta’ assistenza - Artikolu 24 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rimbors tal-ispejjeż tal-avukati sostnuti fil-kuntest ta’ proċedura ġudizzjarja quddiem qorti nazzjonali)

    2011/C 282/93

    Lingwa tal-kawża: it-Taljan

    Partijiet

    Rikorrent: Sandro Gozi (Ruma, l-Italja) (rappreżentant: G. Passalacqua, avukat)

    Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Currall u J. Baquero Cruz, aġenti)

    Suġġett

    Talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tiċħad it-talba għar-rimbors tal-ispejjeż li r-rikorrent sostna fil-kuntest ta’ proċedura kriminali quddiem qorti ta’ Stat Membru.

    Dispożittiv

    (1)

    Ir-rikors huwa miċħud.

    (2)

    S. Gozi għandu jbati l-ispejjeż kollha.


    (1)  ĠU C 55, 19.02.11, p. 38


    Top