This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Requirements for Member States’ budgetary frameworks
Rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
Rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
Id-Direttiva 2011/85/UE dwar rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri
Direttiva 2011/85/UE tistabbilixxi regoli dettaljati għal oqfsa baġitarji nazzjonali tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE). Dawn ir-regoli huma neċessarji biex jassikuraw li l-gvernijiet tal-Istati Membri jirrispettaw ir-rekwiżiti tal-unjoni ekonomika u monetarja u jippromwovu tfassil tal-politika tajba.
Id-Direttiva Emendatorja (UE) 2024/1265 issaħħaħ ir-rwol tal-istituzzjonijiet fiskali indipendenti1 (IFIs) fl-oqfsa baġitarji mwaqqfa mill-Istati Membri u tinkludi rekwiżiti ġodda għal oqfsa baġitarji biex jirriflettu l-impatt tat-tibdil fil-klima.
Id-direttiva tirrekjedi li l-gvernijiet tal-Istati Membri jagħmlu dan li ġej.
Direttiva 2011/85/UE kellha tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sat-.
Direttiva Emendatorja 2024/1265/UE trid tkun inkorporata fil-liġi nazzjonali sal-
Direttiva 2011/85/UE hi waħda minn sitt miżuri leġiżlattivi (magħrufa bħala s-’six-pack’) li daħlet fis-seħħ fit- u li ssaħħaħ il-governanza ekonomika u fiskali tal-UE.
Din kienet segwita mit-’two-pack’ (Regolamenti (UE) Nri. 473/2013 u 472/2013) li tkompli ttejjeb is-sorveljanza baġitarja fiż-żona tal-euro. Taħt il-proċedura tas-semestru Ewropew, kull pajjiż li juża l-ewro jrid jissottometti l-abbozz ta' baġit lill-Kummissjoni sa nofs Ottubru. Jekk il-Kummissjoni tqis li dan jista’ ma jissodisfax ir-regoli dwar il-munita unika, tista’ titlob li jiġi rivedut.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Direttiva tal-Kunsill 2011/85/UE tat- dwar ir-rekwiżiti għal oqfsa baġitarji tal-Istati Membri (ĠU L 306, , pp. 41–47).
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2011/85/UE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament