Accept Refuse

EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 52012PC0744

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

/* COM/2012/0744 final - 2012/0360 (COD) */

52012PC0744

Proposta għal REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment /* COM/2012/0744 final - 2012/0360 (COD) */


MEMORANDUM TA’ SPJEGAZZJONI

1.           IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA

1.1.        Kuntest ġenerali

Din il-proposta qiegħda temenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 tad-29 ta' Mejju 2000 dwar proċedimenti ta' falliment (ir-"Regolament dwar il-Falliment" jew ir-"Regolament").

Ir-Regolament tal-Falliment jistabbilixxi qafas Ewropew għall-proċedimenti ta' falliment transfruntieri. Ir-Regolament japplika kull meta d-debitur ikollu assi jew kredituri f'iktar minn Stat Membru wieħed, irrespettivament minn jekk ikunx persuna naturali jew ġuridika. Ir-Regolament jiddetermina liema qorti għandha l-ġuriżdizzjoni biex tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment: Iridu jinfetħu proċedimenti prinċipali fl-Istat Membru fejn id-debitur ikollu ċ-ċentru prinċipali tal-interessi (COMI) tiegħu u l-effetti ta' dawn il-proċedimenti jiġu rikonoxxuti mal-UE kollha. Jistgħu jinfetħu proċedimenti sekondarji fejn id-debitur ikollu stabbiliment; l-effetti ta' dawn il-proċedimenti huma limitati għall-assi li jinsabu f'dak l-Istat. Ir-Regolament fih ukoll regoli dwar il-liġi applikabbli u ċerti regoli dwar il-koordinament tal-proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji. Ir-Regolament dwar il-Falliment japplika għall-Istati Membri kollha bl-eċċezzjoni tad-Danimarka li ma tiħux sehem fil-kooperazzjoni ġudizzjarja skont it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

Ir-Regolament tal-Falliment ġie adottat f'Mejju 2000 u ilu japplika mill-31 ta' Mejju 2002. Għaxar snin wara li daħal fis-seħħ, il-Kummissjoni rrevediet it-tħaddim tiegħu fil-prattika u tqis li hemm bżonn li dan l-istrument jiġi emendat.

1.2.        Bżonn ta' reviżjoni għar-Regolament tal-Falliment

Filwaqt li r-Regolament tal-Falliment ġeneralment jitqies li jopera tajjeb biex jiffaċilita l-proċedimenti ta' falliment transfruntieri fi ħdan l-Unjoni Ewropea, il-konsultazzjoni tal-partijiet interessati u studji ġuridiċi u empiriċi kkummissjonati mill-Kummissjoni żvelaw firxa ta' problemi fl-applikazzjoni tar-Regolament fil-prattika. Barra minn hekk, ir-Regolament ma jirriflettix biżżejjed il-prijoritajiet attwali tal-UE u l-prattiki nazzjonali dwar il-liġi tal-insolvenza, b'mod partikolari fil-promozzjoni tas-salvataġġ tal-intrapriżi f'diffikultà. Essenzjalment, il-valutazzjoni tar-Regolament tal-Falliment identifikat ħames nuqqasijiet prinċipali:

· Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament ma jkoprix proċeduri nazzjonali li jistipulaw ir-ristrutturazzjoni ta' kumpanija fi stadju ta' qabel l-insolvenza ("proċedimenti qabel l-insolvenza") jew proċedimenti li jħallu lill-amministrazzjoni eżistenti f'postha ("proċedimenti ibridi"). Madankollu, reċentement ġew introdotti proċedimenti ta' dan it-tip f'ħafna Stati Membri[1] u qegħdin jitqiesu li jżidu l-possibilitajiet ta' ristrutturazzjoni tan-negozji li tirnexxi. Barra minn hekk, għadd ta' proċedimenti ta' falliment personali bħalissa ma jaqgħux fil-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament.

· Jeżistu diffikultajiet dwar id-determinazzjoni ta' liema Stat Membru huwa kompetenti biex jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment. Filwaqt li hemm appoġġ qawwi għall-għoti ta' ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali lill-Istati Membri fejn jinsab il-COMI tad-debitur, kien hemm diffikultajiet biex il-kunċett jiġi applikat fil-prattika. Ir-regoli ta' ġuriżdizzjoni tar-Regolament ġew ikkritikati wkoll għax jippermettu t-tiftix għall-aktar qorti favorevoli minn kumpaniji u persuni naturali permezz ta' rikollokament abbużiv tal-COMI.

· Ġew identifikati wkoll problemi fir-rigward ta' proċedimenti sekondarji. Il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jista' jxekkel l-amministrazzjoni effiċjenti tal-patrimonju tad-debitur. Bil-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji, il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali ma jibqax ikollu l-kontroll fuq l-assi li jinsabu fi Stat Membru ieħor li jagħmel il-bejgħ ta' debitur fuq bażi ta' negozju avvjat[2] iktar diffiċli. Barra minn hekk, proċedimenti sekondarji bħalissa jridu jkunu proċedimenti ta' stralċ li jikkostitwixxu ostaklu biex tirnexxi r-ristrutturazzjoni ta' debitur.

· Hemm problemi relatati mar-regoli dwar il-pubbliċità tal-proċedimenti ta' falliment u l-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet. Bħalissa ma hemm l-ebda pubblikazzjoni obbligatorja jew reġistrazzjoni tad-deċiżjonijiet la fl-Istati Membri fejn ikun infetaħ proċediment u lanqas fl-Istati Membri fejn ikun hemm stabbiliment. Lanqas ma hemm Reġistru Ewropew għall-Insolvenza li jippermetti tfittxijiet f'bosta reġistri nazzjonali. Madankollu, it-tħaddim sew tal-proċedimenti ta' falliment transfruntieri jserraħ b'mod sinifikanti fuq il-pubbliċità tad-deċiżjonijiet rilevanti relatati ma' proċedura ta' falliment. L-imħallfin hemm bżonn li jkunu jafu jekk il-proċedimenti jkunux diġà miftuħa fi Stat Membru ieħor; kredituri u kredituri potenzjali jeħtieġu li jkunu jafu li nbdew proċedimenti. Barra minn hekk, il-kredituri, partikolarment kredituri żgħar u SMEs, jiffaċċaw diffikultajiet u spejjeż biex jippreżentaw pretensjonijiet skont ir-Regolament dwar il-Falliment.

· Finalment, ir-Regolament ma fihx regoli speċifiċi li jittrattaw l-insolvenza ta' grupp ta' intrapriżi multinazzjonali għalkemm għadd kbir ta' insolvenzi transfruntieri jinvolvu gruppi ta' kumpaniji. Il-premessa bażika tar-Regolament dwar il-Falliment hija li jridu jinfetħu proċedimenti separati għal kull membru individwali tal-grupp u li dawn il-proċedimenti huma kompletament indipendenti minn xulxin. In-nuqqas ta' dispożizzjonijiet speċifiċi għall-insolvenza ta' grupp spiss inaqqsu l-prospetti biex tirnexxi r-ristrutturazzjoni tal-grupp kollu kemm hu u jista' jwassal għal firda tal-grupp fil-partijiet li jikkostitwuh.

Il-valutazzjoni dettaljata tal-applikazzjoni tar-Regolament fil-prattika tinsab fir-rapport tal-Kummissjoni li takkumpanja din il-proposta. Analiżi fil-fond tal-problemi tar-Regolament attwali kif ukoll l-impatti tal-alternattivi differenti meqjusa biex jindirizzawhom jinsabu fil-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li jakkumpanjaw ukoll din il-proposta.

L-għan ewlieni tar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Falliment huwa li tittejjeb l-effiċjenza tal-qafas Ewropew għas-soluzzjoni tal-każijiet ta' insolvenza transfruntieri biex jiġi żgurat it-tħaddim bla problemi tas-suq intern u li jibqa' jiflaħ għall-kriżi ekonomika. Dan l-għan huwa marbut mal-prijoritajiet politiċi attwali għall-promozzjoni tal-irkupru ekonomiku u t-tkabbir sostenibbli, rata ta' investiment ogħla u l-ħarsien tal-impjiegi, kif stabbiliti fl-istrateġija Ewropa 2020. Ir-reviżjoni tar-Regolament se tikkontribwixxi għall-iżgurar ta' żvilupp bla xkiel u għas-sopravivenza tan-negozji, kif iddikjarat fl-Att dwar in-Negozji ż-Żgħar[3]. Ir-reviżjoni hija wkoll waħda mill-azzjonijiet prinċipali elenkati fl-Att dwar is-Suq Uniku II[4].

2.           KONSULTAZZJONI U VALUTAZZJONI TAL-IMPATT

Qabel din il-proposta kien hemm konsultazzjoni mal-pubbliku interessat, l-Istati Membri, istituzzjonijiet oħrajn u esperti dwar il-problemi eżistenti tar-Regolament attwali u s-soluzzjonijiet possibbli għalihom. Fid-29 ta' Marzu 2012, il-Kummissjoni nediet konsultazzjoni pubblika fejn irċeviet total ta' 134 tweġiba. Il-Kummissjoni qieset ukoll ir-riżultati ta' studju estern għall-valutazzjoni tal-applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Falliment imwettaq minn konsorzju tal-Universitajiet ta' Heidelberg u ta' Vjenna. Inġabret dejta empirika dwar l-impatt tal-alternattivi differenti għar-riforma minn studju estern ieħor imwettaq minn konsorzju ta' GHK u Milieu. Iż-żewġ studji se jkunu ppubblikati flimkien ma' din il-proposta fuq is-sit tal-internet tad-DĠ JUSTICE. Saru żewġ laqgħat mal-esperti nazzjonali f'April u f'Ottubru 2012. Barra minn hekk, il-Kummissjoni waqqfet grupp ta' esperti privati fil-qasam tal-insolvenzi transfruntieri li ltaqa' ħames darbiet bejn Mejju u Ottubru 2012 u pprovda fehmiet dwar il-problemi, l-alternattivi u l-abbozzar tar-Regolament rivedut.

L-opinjonijiet tal-partijiet interessati fl-elementi prinċipali tar-riforma jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej:

· Fir-rigward tal-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament, maġġoranza sinifikanti ħasset li r-Regolament għandu jkopri l-proċedimenti ta' qabel l-insolvenza u dawk ibridi. Il-fehmiet kienu mħalltin dwar liema proċediment għandhom eżattament ikunu koperti u, b'mod partikolari, fejn ikun hemm bżonn ta' sorveljanza mill-qorti. Il-maġġoranza tar-rispondenti qablet li r-Regolament dwar il-Falliment għandu japplika għall-individwi privati u għal dawk impjegati għal rashom.

· Fir-rigward tal-ġuriżdizzjoni, tliet kwarti tar-rispondenti approvaw l-użu tal-kunċett COMI biex isibu fejn qegħdin il-proċedimenti prinċipali. Madankollu l-maġġoranza qieset li l-interpretazzjoni tat-terminu COMI mill-każistika kkawżat problemi prattiċi. Kważi nofs ir-rispondenti indikaw evidenza ta' rikollokament abbużiv tal-COMI[5].

· Fir-rigward tar-relazzjoni bejn il-proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji, kważi nofs ir-rispondenti ma kinux sodisfatti bil-koordinament bejn il-proċedimenti prinċipali u dawk sekondarji.

· Fir-rigward tal-pubblikazzjoni tal-proċedimenti, tliet kwarti tar-rispondenti qablu li n-nuqqas ta' pubblikazzjoni obbligatorja tad-deċiżjoni li tiftaħ l-insolvenza hija problema. Kważi nofs dawk li esprimew opinjoni qiesu li kien hemm problemi biex tressaq pretensjoni.

· Rigward l-insolvenza ta' grupp, kważi nofs dawk li wieġbu ħassew li l-EIR ma jaħdimx b'mod effiċjenti għall-insolvenza tal-membri ta' grupp ta' kumpaniji multinazzjonali.

Il-Kummissjoni analizzat l-iżvantaġġi u l-benefiċċji tal-aspetti prinċipali tar-riforma proposta fil-Valutazzjoni tal-Impatt tagħha mehmuża ma’ din il-proposta.

3.           ELEMENTI ĠURIDIĊI TAL-PROPOSTA

3.1.        Taqsira tal-azzjoni proposta

L-elementi tar-riforma tal-proposta tar-Regolament dwar il-Falliment jistgħu jinġabru fil-qosor kif ġej: · Kamp ta' applikazzjoni: Il-proposta testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament billi tirrevedi d-definizzjoni ta' proċedimenti ta' falliment biex jinkludu proċedimenti ibridi u ta' qabel l-insolvenza kif ukoll proċedimenti ta' għeluq tad-dejn u proċedimenti ta' falliment oħrajn għal persuni naturali li bħalissa ma jidħlux fid-definizzjoni;

· Ġuriżdizzjoni: Il-proposta tiċċara r-regoli ta' ġuriżdizzjoni u ttejjeb il-qafas proċedurali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni;

· Proċedimenti sekondarji: il-proposta tistipula amministrazzjoni iktar effiċjenti għall-proċedimenti ta' falliment billi tippermetti lill-qorti tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jekk dan ma jkunx neċessarju għall-ħarsien tal-interessi tal-kredituri lokali, bl-abolizzjoni tar-rekwiżit li proċedimenti sekondarji jridu jkunu proċedimenti ta' stralċ u bit-titjib tal-kooperazzjoni bejn il-proċedimenti prinċipali u dawk sekondarji, b'mod partikolari bl-estensjoni tar-rekwiżiti ta' kooperazzjoni tal-qrati involuti; · Pubbliċità għall-proċediment u l-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet: Il-proposta titlob lill-Istati Membri jippubblikaw id-deċiżjonijiet tal-qorti rilevanti f'każijiet ta' insolvenza transfruntieri f'reġistru elettroniku aċċessibbli pubblikament u jistipulaw l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza nazzjonali. Hija tintroduċi wkoll formoli standard għall-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet;

· Gruppi ta’ kumpaniji: Il-proposta tistipula koordinament tal-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji billi tobbliga lill-likwidaturi u lill-qrati involuti fil-varji proċedimenti prinċipali biex jikkooperaw u jikkommunikaw ma' xulxin; barra minn hekk, hija tagħti l-għodod proċedurali lil-likwidaturi involuti f'dawn il-proċedimenti biex jitolbu sospensjoni tal-proċedimenti l-oħra rispettivi u biex jiġi propost pjan ta' salvataġġ għall-membri tal-grupp suġġett għall-proċedimenti ta' falliment.

3.1.1.     Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament tal-Falliment

Il-proposta testendi l-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Falliment billi tiġi emendata d-definizzjoni attwali ta' "proċedimenti ta' falliment" fl-Artikolu 1(1) tiegħu. F'dan ir-rigward, huwa propost li jinfetaħ il-kamp ta' applikazzjoni tal-proċedimenti li ma jinvolvux likwidatur imma fejn l-assi u l-affarijiet tad-debitur ikunu suġġetti għall-kontroll jew is-sorveljanza ta' qorti. Din l-emenda tippermetti proċedimenti fejn id-debitur jibqa' fil-pussess mingħajr ma jinħatar likwidatur biex jibbenefika mir-rikonoxximent mal-UE kollha tal-effetti tal-proċedimenti ta' falliment li jġib miegħu r-Regolament. Hija tippermetti wkoll li proċeduri ta' falliment iktar personali jkunu koperti mir-Regolament. Barra minn hekk, huwa propost li jkun hemm referenza ċara għall-proċedimenti għall-aġġustament tad-djun u għall-fini ta' salvataġġ sabiex tinkludi wkoll dawk il-proċedimenti li jippermettu lid-debitur isib arranġament mal-kredituri tiegħu fi stadju ta' qabel l-insolvenza. L-emendi jqarrbu iktar ir-Regolament lejn il-konformità mal-approċċ meħud mil-Liġi Mudell UNCITRAL dwar l-insolvenza transfruntiera[6].

Filwaqt li l-estensjoni tal-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament hija importanti għall-iżgurar ta' mġiba effiċjenti tal-proċedimenti ibridi u ta' qabel l-insolvenza f'kuntest transfruntier, dan ma għandux jinkludi proċedimenti ta' falliment li jkunu kunfidenzjali. Fil-fatt hemm għadd ta' proċedimenti nazzjonali ta' qabel l-insolvenza fejn id-debitur jidħol f'negozjati ma' (ċerti) kredituri biex jilħaq ftehim dwar ir-rifinanzjament jew ir-riorganizzazzjoni tiegħu imma din l-informazzjoni ma ssirx pubblika. Dawn il-proċedimenti jistgħu jinkludu moratorju tal-proċedimenti ta' eżekuzzjoni individwali jew jipprevjenu lill-kredituri milli jibdew proċedimenti ta' falliment tul ċertu perjodu taż-żmien sabiex id-debitur jingħata "ċans jieħu nifs". Filwaqt li dawn il-proċedimenti jista' jkollhom rwol importanti f'xi Stati Membri, in-natura kuntrattwali u kunfidenzjali tagħhom tagħmilha diffiċli li jiġu rikonoxxuti l-effetti tagħhom mal-UE kollha minħabba li qorti jew kreditur li jinsab fi Stat Membru ieħor ma jkunx jaf li dawn il-proċedimenti jkunu pendenti. Dan madankollu ma jipprevenix proċedura bħal din milli tiġi koperta sussegwentement mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament dwar il-Falliment mill-mument li ssir pubblika.

Din il-proposta ma tipprevedix bidliet fil-mekkaniżmu eżistenti li skontu l-proċeduri ta' falliment nazzjonali koperti mir-Regolament jiġu elenkati fl-Anness A u l-Istati Membri jiddeċiedu jekk jinnotifikawx proċedura ta' falliment partikolari li trid tiġi inkluża f'dak l-Anness. Madankollu, il-proposta tintroduċi proċedura li permezz tagħha l-Kummissjoni tiskrutinja jekk proċedura ta' falliment nazzjonali nnotifikata tkunx tissodisfa l-kundizzjonijiet tad-definizzjoni riveduta. Dan jiżgura li jkunu biss proċedimenti li jissodisfaw ir-Regolament li jiġu elenkati fl-Anness.

3.1.2.     Ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment

Il-proposta żżomm il-kunċett taċ-ċentru prinċipali tal-interessi (COMI) minħabba li dak il-kunċett jiżgura li l-każ jiġi ttrattat f'ġuriżdizzjoni li d-debitur għandu konnessjoni ġenwina magħha u mhux f'waħda magħżula mill-inkorporaturi. L-approċċ tal-COMI huwa konformi wkoll mal-iżviluppi internazzjonali peress li ntgħażel bħala standard tal-ġuriżdizzjoni mill-UNCITRAL fil-Liġi Mudell tagħha dwar l-insolvenza transfruntiera. Biex tingħata gwida lill-ħaddiema tal-qasam ġuridiku biex jiddeterminaw COMI, il-proposta tikkomplementa d-definizzjoni ta' COMI; hija tintroduċi wkoll dispożizzjoni li tiddetermina l-COMI tal-persuni fiżiċi. Barra minn hekk, premessa ġdida tiċċara ċ-ċirkostanzi fejn il-preżunzjoni li l-COMI ta' persuna ġuridika tkun tinstab fil-post tal-uffiċċju rreġistrat tagħha jista' jiġi ribattut; il-lingwaġġ ta' din il-premessa ttieħed mid-deċiżjoni "Interedil" tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea[7].

Il-proposta ttejjeb ukoll il-qafas proċedurali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti. Il-proposta titlob li l-qorti teżamina l-ġuriżdizzjoni tagħha ex officio qabel ma tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment u fid-deċiżjoni tagħha tispeċifika x'bażi użat biex iddeterminat il-ġuriżdizzjoni tagħha. Barra minn hekk, il-proposta tagħti lill-kredituri barranin dritt li jikkontestaw id-deċiżjoni ta' ftuħ u tiżgura li dawn il-kredituri jkunu infurmati bid-deċiżjoni ta' ftuħ sabiex ikunu jistgħu effettivament jeżerċitaw drittijiethom. Dawn il-bidliet għandhom l-għan li l-proċedimenti jinfetħu biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikollu effettivament il-ġuriżdizzjoni. Għalhekk dan inaqqas il-każijiet tal-għażla tal-iktar qorti favorevoli permezz ta' rikollokament abbużiv u mhux ġenwin tal-COMI.

It-tielet nett, il-proposta tiċċara li l-qrati li jiftħu l-proċedimenti ta' falliment għandhom ġuriżdizzjoni wkoll għal azzjonijiet li jkunu ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' falliment jew li jkunu marbutin mill-qrib magħhom bħal azzjonijiet ta' evażjoni. Din l-emenda tikkodifika l-każistika tal-QĠUE fid-deċiżjoni "DekoMarty"[8]. Meta azzjoni bħal din tkun relatata ma' azzjoni oħra kontra l-istess konvenut li tkun ibbażata fuq id-dritt ċivili u kummerċjali, il-proposta tagħti lil-likwidatur il-possibilità li jressaq iż-żewġ azzjonijiet fil-qrati tad-domiċilju tal-konvenut jekk dawn il-qrati jkunu kompetenti skont ir-Regolament (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[9] (kif emendat). Din ir-regola tippermetti li likwidatur iressaq azzjoni, pereżempju, għar-responsabilità tad-diretturi bbażata fuq id-dritt tal-insolvenza flimkien ma' azzjoni kontra dak id-direttur abbażi tad-dritt tat-tort jew tad-dritt tal-kumpaniji fl-istess qorti.

3.1.3.     Proċedimenti ta' falliment sekondarji

Qed jiġu proposti bosta modifiki bl-għan tat-titjib tal-amministrazzjoni effiċjenti tal-assi tad-debitur f'sitwazzjonijiet meta d-debitur ikollu stabbiliment fi Stat Membru ieħor.

· Il-qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji għandha tkun tista', jekk tintalab mil-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali, li tirrifjuta l-ftuħ jew tipposponi d-deċiżjoni jekk dak il-ftuħ ma jkunx neċessarju biex iħares l-interessi tal-kredituri lokali. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, jekk investitur ikun għamel offerta biex jixtri l-kumpanija fuq bażi tal-kontinwità azjendali u dik l-offerta tagħti iktar lill-kredituri lokali milli likwidazzjoni tal-assi tal-kumpanija. Il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji lanqas ma għandu jkun neċessarju, jekk il-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali jwiegħed lill-kredituri lokali li jkunu ttrattati fil-proċedimenti prinċipali daqslikieku jkunu nfetħu l-proċedimenti sekondarji u li d-drittijiet li kien ikollhom f'tali każ fir-rigward tad-determinazzjoni u l-klassifikazzjoni tal-pretensjonijiet tagħhom ikunu rispettati fid-distribuzzjoni tal-assi. Il-prattika ta' "proċedimenti sekondarji sintetiċi" ta' dan it-tip ġiet żviluppata f'bosta kawżi ta' insolvenza transfruntieri fejn il-proċedimenti prinċipali jkunu nfetħu fir-Renju Unit (partikolarment fil-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw Collins&Aikman, MG Rover u Nortel Networks). Il-qrati Ingliżi aċċettaw li l-likwidaturi Ingliżi kienu intitolati jiddistribwixxu parti mill-assi skont il-liġi tal-Istat Membru fejn kien hemm l-istabbiliment. Peress li din il-prattika bħalissa mhix possibbli skont il-liġi ta' ħafna Stati Membri, il-proposta tintroduċi regola ta' dritt sustantiv li tippermetti lil-likwidatur jagħmel impenji mal-kredituri lokali li jkollhom effett vinkolanti fuq l-assi.

· L-emenda proposta mhux se taffettwa l-possibilità li l-likwidatur jitlob proċedimenti sekondarji fejn dan jiffaċilita l-amministrazzjoni ta' kawżi kumplessi, pereżempju fejn għadd konsiderevoli ta' impjegati jkollhom jitilfu xogħolhom fl-Istat tal-istabbiliment. F'dawn il-każijiet, il-ftuħ ta' proċedimenti lokali u l-appuntament ta' likwidatur lokali jista' jkun għadu utli biex tiġi żgurata l-amministrazzjoni effiċjenti tal-assi tad-debitur.

· Il-proposta tobbliga lill-qorti ppreżentata b'talba biex tiftaħ proċedimenti sekondarji biex tisma' lil-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali qabel ma tieħu d-deċiżjoni tagħha. Din l-emenda għandha l-għan li tiżgura li l-qorti ppreżentata bit-talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji tkun konxja għal kollox ta' għażliet potenzjali ta' salvataġġ jew riorganizzazzjoni esplorati mil-likwidatur u tkun tista' tivvaluta sew il-konsegwenzi ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji. Dan l-obbligu huwa kkomplementat mid-dritt tal-likwidatur li jikkontesta d-deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji.

· Il-proposta tabolixxi r-rekwiżit attwali li proċedimenti sekondarji jridu jkunu proċedimenti ta' stralċ. Meta jinfetħu proċedimenti sekondarji, il-qorti tal-ftuħ tista' tagħżel minn firxa wiesgħa ta' proċedimenti disponibbli skont il-liġi nazzjonali inkluża r-ristrutturazzjoni. Din l-emenda tiżgura li l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji ma jikkompromettix awtomatikament is-salvataġġ jew ir-ristrutturazzjoni ta' debitur. L-emenda għandha tkun bla ħsara għar-regoli dwar l-irkupru ta' għajnuna statali u l-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea dwar l-irkupru ta' kumpaniji insolventi[10].

· Barra minn hekk, il-proposta ttejjeb il-koordinament ta' proċedimenti prinċipali u sekondarji billi jiġi estiż l-obbligu ta' kooperazzjoni, li bħalissa japplika biss għal-likwidaturi, għall-qrati involuti fil-proċedimenti prinċipali u sekondarji. Għaldaqstant, il-qrati se jkunu obbligati jikkooperaw u jikkomunikaw ma' xulxin; barra minn hekk, il-likwidaturi se jkollhom jikkooperaw u jikkomunikaw mal-qorti fl-Istat Membru l-ieħor involut fil-proċedimenti. Il-kooperazzjoni bejn il-qrati se ttejjeb il-koordinament ta' proċedimenti prinċipali u sekondarji. Għalhekk jista' jkun kruċjali li tiġi żgurata ristrutturazzjoni ta' suċċess, pereżempju rigward l-approvazzjoni ta' protokoll li jistabbilixxi pjan ta' salvataġġ.

3.1.4.     Pubbliċità għall-proċedimenti ta' falliment u l-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet

Il-proposta tipprovdi li ċertu minimu ta' informazzjoni relatat mal-proċedimenti ta' falliment irid ikun ippubblikat f'reġistru elettroniku disponibbli għall-pubbliku b'xejn permezz tal-internet. Dan l-obbligu jikkonċerna lill-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment, id-data tal-ftuħ u - għall-proċedimenti prinċipali, id-data tal-proċedimenti tal-għeluq, it-tip ta' proċedimenti, id-debitur, il-likwidatur maħtur, id-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti kif ukoll id-deċiżjoni tal-ħatra tal-likwidatur, jekk ikun differenti, u d-data tal-għeluq biex jitressqu l-pretensjonijiet. Fid-dawl tad-diskrepanzi bejn is-sistemi ġuridiċi nazzjonali rigward il-pubblikazzjoni tal-proċedimenti ta' falliment u l-bżonnijiet differenti tal-kredituri, l-obbligu ta' pubblikazzjoni ta' din l-informazzjoni hija limitata għall-kumpaniji, l-impjegati għal rashom u l-professjonisti indipendenti; dan ma jestendix għall-proċedimenti ta' falliment relatati mal-konsumaturi. Il-proposta tistipula t-twaqqif ta' sistema għall-interkonnessjoni ta' reġistri nazzjonali li jkun hemm aċċess għalihom permezz tal-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika. Il-Kummissjoni se tiddetermina kriterji komuni minimi għat-tfittxija tar-reġistri u għall-ksib ta' riżultati li jkunu bbażati fuq l-informazzjoni li trid tiġi ppubblikata fir-reġistri ta' insolvenza permezz ta' att ta' implimentazzjoni. L-interkonnessjoni ta' reġistri nazzjonali se tiżgura li qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment tkun tista' tiddetermina jekk il-proċedimenti relatati mal-istess debitur kinux diġà nfetħu fi Stat Membru ieħor; din se tippermetti lill-kredituri jiskopru jekk infetħux il-proċedimenti li jikkonċernaw l-istess debitur u, jekk ikun hekk, x'setgħat għandu l-likwidatur, jekk ikollu. Għad-debituri li jkunu kumpaniji, l-Istati Membri se jkunu jistgħu jibnu fuq l-obbligi li jiġu mid-Direttiva 2012/17/UE tat-13 ta' Ġunju 2012 fir-rigward tal-interkonnessjoni tar-reġistri ċentrali, kummerċjali u tal-kumpaniji[11]. Madankollu, għall-fini ta' dan ir-Regolament, is-sempliċi informazzjoni li jkunu nfetħu l-proċedimenti li jikkonċernaw debitur hija insuffiċjenti għall-fini tal-koordinament ta' proċedimenti ta' falliment transfruntieri.

Il-proposta tiffaċilita l-preżentazzjoni ta' pretensjonijiet għall-kredituri barranin, partikolarment kredituri żgħar u SMEs, bi tliet modi: L-ewwel nett, hija tipprovdi żewġ formoli standard li jridu jiġu introdotti permezz ta' att ta' implimentazzjoni, waħda għall-avviż li jrid jintbagħat lill-kredituri u l-oħra għall-preżentazzjoni tal-pretensjonijiet. Dawn il-formoli standard se jkunu disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni Ewropea, u b'hekk se jitnaqqsu l-ispejjeż tat-traduzzjoni. It-tieni, il-proposta tagħti lill-kredituri barranin tal-inqas 45 jum wara l-pubblikazzjoni tal-avviż tal-ftuħ tal-proċedimenti fir-reġistru tal-insolvenza biex jippreżentaw il-prestensjonijiet tagħhom, irrispettivament minn kull perjodu iqsar applikabbli fil-liġi nazzjonali. Dawn iridu jiġu infurmati wkoll f'każ li l-pretensjoni tagħhom tkun ikkontestata u jingħataw il-possibilità li jissupplimentaw l-evidenza pprovduta sabiex jippruvaw il-pretensjoni tagħhom. Fl-aħħar nett, rappreżentanza legali ma tkunx obbligatorja biex titressaq pretensjoni f'ġuriżdizzjoni barranija, li b'hekk tnaqqas l-ispejjeż għall-kredituri.

3.1.5.     Insolvenza ta' membri ta' grupp ta' kumpaniji

Il-proposta toħloq qafas ġuridiku speċifiku biex tittratta l-insolvenza tal-membri ta' grupp ta' kumpaniji filwaqt li jinżamm l-approċċ ta' entità b'entità li huwa l-bażi tar-Regolament dwar il-Falliment attwali. Il-proposta tintroduċi obbligu li jikkoordina l-proċedimenti ta' falliment relatati ma' membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji billi l-likwidaturi u l-qrati involuti jkunu obbligati jikkooperaw ma' xulxin b'mod simili peress li dan huwa propost fil-kuntest ta' proċedimenti prinċipali u sekondarji. Din il-kooperazzjoni tista' tkun ta' forom differenti skont iċ-ċirkostanzi tal-każ. Il-likwidaturi għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti u jikkooperaw fl-elaborazzjoni ta' pjan ta' salvataġġ jew ta' riorganizzazzjoni fejn ikun xieraq. Il-possibilità ta' kooperazzjoni permezz ta' protokolli hija msemmija espliċitament sabiex tiġi rikonoxxuta l-importanza prattika ta' dawn l-istrumenti u l-promozzjoni ulterjuri tal-użu tagħhom. Il-qrati għandhom jikkooperaw, b'mod partikolari, billi jiskambjaw l-informazzjoni, jikkoordinaw, fejn xieraq, il-ħatra ta' likwidaturi li jistgħu jikkooperaw ma' xulxin, u japprovaw il-protokolli li jressqulhom il-likwidaturi.

Barra minn hekk, il-proposta tagħti lil kull likwidatur locus standi fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp. B'mod partikolari, il-likwidatur għandu dritt li jinstema' f'dawn il-proċedimenti oħrajn, jitlob is-sospensjoni ta' proċedimenti oħrajn u jipproponi pjan ta' riorganizzazzjoni b'mod li jippermetti lill-kumitat jew qorti tal-kredituri rispettivi tieħu deċiżjoni dwar dan. Il-likwidatur għandu d-dritt li jattendi l-laqgħat tal-kredituri. Dawn l-għodod proċedurali jippermettu lil-likwidatur li jkollu l-ikbar interess fir-ristrutturazzjoni b'suċċess tal-kumpaniji kollha kkonċernati biex jibagħtu uffiċjalment il-pjan ta' riorganizzazzjoni fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru ta' grupp, anke jekk il-likwidatur f'dawn il-proċedimenti ma jkunx lest li jikkoopera jew ikun jopponi l-pjan.

Billi tistipula l-koordinament ta' proċedimenti differenti relatati mal-membri tal-istess grupp, il-proposta ma għandhiex l-intenzjoni li tipprevjeni l-prattika eżistenti relatata ma' gruppi integrati sew ta' kumpaniji biex tiddetermina li ċ-ċentru prinċipali tal-interessi tal-membri kollha tal-grupp jinsabu fl-istess post wieħed u, għaldaqstant, biex jinfetħu l-proċedimenti f'ġuriżdizzjoni waħda biss.

3.2.        Bażi Ġuridika

Din il-proposta temenda r-Regolament 1346/2000 li kien ibbażat fuq l-Artikoli 61(c) u 67(1) tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea. Mid-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona 'l hawn, il-bażi legali li tikkorrispondi hija l-Artikolu 81(2)(a), (c) u (f) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

It-Titolu V tal-Parti Tlieta tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ma japplikax għad-Danimarka minħabba l-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattati. It-Titolu V lanqas mhuwa applikabbli għar-Renju Unit u l-Irlanda, sakemm dawk iż-żewġ pajjiżi ma jiddeċidux mod ieħor, skont ir-regoli rilevanti tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tagħhom rigward iż-żona ta’ Libertà, Sigurtà u Ġustizzja. Madankollu, meta proposta tal-Kummissjoni temenda att eżistenti u r-Renju Unit jew l-Irlanda ma jeżerċitawx id-dritt tagħhom li jidħlu għall-miżura li temenda, il-Kunsill, li jaġixxi fuq proposta tal-Kummissjoni, jista' jiddetermina li n-nonparteċipazzjoni tal-pajjiż rispettiv fil-verżjoni emendata tal-miżura eżistenti tagħmel l-applikazzjoni ta' dik il-miżura inoperabbli għal Stati Membri oħra jew għall-Unjoni, u f'tali każ il-perjodu biex isir l-avviż jiġi estiż. Jekk il-pajjiż rispettiv ma jkunx għażel li jidħol għall-miżura sal-iskadenza tal-perjodu estiż, il-miżura eżistenti ma għandhiex tibqa' vinkolanti jew applikabbli għalih.

3.3.        Sussidjarjetà u Proporzjonalità

L-elementi differenti tar-reviżjoni tar-Regolament dwar il-Falliment spjegati hawn fuq jikkonformaw mar-rekwiżiti ta' sussidjarjetà u proporzjonalità. Fir-rigward tas-sussidjarjetà, l-emendi proposti ma jistgħux jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom għax jirrikjedu l-modifika ta' regoli eżistenti fir-Regolament dwar il-Falliment relatati mal-kamp ta' applikazzjoni, il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, dispożizzjonijiet li jikkonċernaw proċedimenti sekondarji, il-pubblikazzjoni ta' deċiżjonijiet u t-tressiq ta' pretensjonijiet. Il-modifika tar-Regolament dwar il-Falliment titlob – fit-tifsira tagħha stess – l-intervent tal-leġiżlatur tal-Unjoni. Filwaqt li l-ħolqien ta' reġistri ta' insolvenza elettroniċi jistgħu fit-teorija jinkisbu mill-Istati Membri waħedhom, l-interkonnessjoni ta' dawn ir-reġistri teħtieġ azzjoni fil-livell tal-Unjoni. Għalhekk, l-għanijiet tal-azzjoni proposta – biex tiġi permessa l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza mal-UE kollha – ma tistax tinkiseb biżżejjed mill-Istati Membri waħedhom imma tista' tinkiseb aħjar b'azzjoni fil-livell tal-Unjoni.

Fir-rigward tal-proporzjonalità, il-kontenut u l-forma tal-azzjoni proposta ma jeċċedux dak li hu neċessarju biex jinkisbu l-għanijiet tat-Trattat. Barra minn hekk, il-Valutazzjoni tal-Impatt annessa ma’ din il-proposta turi li l-benefiċċji ta' kull waħda mill-emendi proposti jiżbqu l-ispejjeż tagħhom u li huma għaldaqstant proporzjonati.

3.4.        L-impatt fuq id-drittijiet fundamentali

Kif stabbilit fid-dettall fil-Valutazzjoni tal-Impatt li qed takkumpanja din il-proposta u skont l-istrateġija tal-Unjoni għall-implimentazzjoni effettiva tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, l-elementi kollha tar-riforma jirrispettaw id-drittijiet stabbiliti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali. L-emendi jtejbu s-sitwazzjoni ta' persuni involuti f'insolvenzi transfruntieri fir-rigward tad-dritt tagħhom tal-proprjetà, il-libertà li jmexxu negozju u d-dritt tax-xogħol, il-libertà tal-moviment u r-residenza, u d-dritt għal rimedju effettiv. L-emenda proposta biex jinħolqu reġistri ta' insolvenza elettroniċi aċċessibbli mill-pubbliku tirrispetta d-dritt ta' protezzjoni ta' dejta personali b'mod li jkun proporzjonat mal-għanijiet minħabba li l-miżuri qed jiġu stabbiliti biex jiżguraw il-konformità mad-Direttiva 95/46/KE dwar il-protezzjoni tad-dejta.

4.           IMPLIKAZZJONI BAĠITARJA

Il-proposta tħalli impatt limitat fuq il-baġit tal-UE. L-applikazzjoni tal-IT għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza diġà ġiet żviluppata u se tkun ospitata fil-Portal tal-Ġustizzja Elettronika. L-implikazzjoni għall-baġit tal-UE tul l-2014-2020 se tinkludi biss spejjeż ta' ospitar u manutenzjoni tal-applikazzjoni tal-IT. B'kollox dawn l-ispejjeż jammontaw għal EUR 1 500 000 għall-perjodu 2014-2020 u jkunu koperti mill-pakkett finanzjarju tal-programm tal-Ġustizzja futur[12].

2012/0360 (COD)

Proposta għal

REGOLAMENT TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 81 tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Wara t-trażmissjoni tal-abbozz tal-att leġiżlattiv lill-Parlamenti nazzjonali,

Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew[13],

Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja,

Wara konsultazzjoni mal-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data[14],

Billi:

(1)       Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000[15] stabbilixxa qafas Ewropew għal proċedimenti ta' falliment transfruntieri. Huwa jiddetermina liema Stat Membru jkollu ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, jistabbilixxi regoli uniformi dwar il-liġi applikabbli u jistipula r-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni ta' deċiżjonijiet relatati mal-falliment kif ukoll il-koordinament ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji.

(2)       Ir-rapport tal-Kummissjoni dwar l-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 tat-12 ta' Diċembru 2012[16] ikkonkluda li r-Regolament b'mod ġenerali qed jaħdem sew imma li hemm ix-xewqa li tittejjeb l-applikazzjoni ta' xi wħud mid-dispożizzjonijiet tagħha sabiex tissaħħaħ l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti ta' falliment transfruntieri.

(3)       Il-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu jiġi estiż għall-proċedimenti li jippromwovu s-salvataġġ ta' debitur ekonomikament vijabbli sabiex il-kumpaniji tajbin jingħataw għajnuna biex isalvaw u l-intraprendituri jingħataw ċans ieħor. Dan għandu jestendi l-iktar għall-proċedimenti li jipprovdu r-ristrutturazzjoni ta' debitur fl-istadju ta' qabel l-insolvenza jew li jħallu t-tmexxija eżistenti fejn hi. Ir-Regolament għandu jkopri wkoll dawk il-proċedimenti li jipprovdu l-għeluq tad-dejn tal-konsumaturi u l-persuni impjegati għal rashom li ma jissodisfawx il-kriterji tal-istrument attwali.

(4)       Ir-regoli dwar il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment għandhom jiġu ċċarati u l-qafas proċedurali għad-determinazzjoni tal-ġuriżdizzjoni għandu jittejjeb. Għandu jkun hemm ukoll regola espliċita dwar il-ġuriżdizzjoni għall-azzjonijiet li ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' falliment jew li huma marbuta magħhom mill-qrib.

(5)       Sabiex ittejjeb l-effettività tal-proċedimenti ta' falliment f'każijiet fejn id-debitur ikollu stabbiliment fi Stat Membru ieħor, ir-rekwiżit li proċedimenti sekondarji jridu jkunu proċedimenti ta' stralċ għandu jiġi abolit. Barra minn hekk, qorti għandha tkun tista' tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jekk dan ma jkunx neċessarju biex iħares l-interessi ta' kredituri lokali. Il-koordinament bejn proċedimenti prinċipali u sekondarji għandu jitjieb, b'mod partikolari billi l-qrati involuti jkunu mitluba jikkooperaw.

(6)       Sabiex tittejjeb l-informazzjoni disponibbli għall-kredituri u l-qrati involuti u biex jipprevjenu l-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment paralleli, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jippubblikaw id-deċiżjonijiet rilevanti f'kawżi ta' falliment transfruntieri f'reġistru elettroniku aċċessibbli pubblikament. Għandu jkun hemm dispożizzjoni għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza. Għandhom jiġu introdotti formoli standard għat-tressiq ta' pretensjonijiet biex jiffaċilitaw il-kompiti tal-kredituri barranin u jnaqqsu l-ispejjeż ta' traduzzjoni.

(7)       Għandu jkun hemm regoli speċifiċi li jittrattaw il-koordinament tal-proċedimenti li jinvolvu membri differenti tal-istess grupp ta' kumpaniji. Il-likwidaturi u l-qrati involuti fid-diversi proċedimenti ta' falliment għandhom ikunu obbligati jikkooperaw u jikkomunikaw ma' xulxin. Barra minn hekk, kull wieħed mil-likwidaturi involuti għandu jkollhom l-għodod proċedurali li jipproponu pjan ta' salvataġġ għall-kumpaniji fil-grupp suġġetti għall-proċedimenti ta' falliment u biex jitolbu, fejn ikun hemm bżonn, għal sospensjoni tal-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw kumpanija li mhix dik li nħatru għaliha. Id-definizzjoni tat-terminu "grupp ta' kumpaniji" għandha tinftiehem li tkun limitata għall-kuntest ta' insolvenza u ma għandu jkollha l-ebda influwenza fuq l-aspetti tal-kumpanija fir-rigward tal-gruppi.

(8)       Sabiex ikun permess l-adattament malajr tar-Regolament għall-emendi rilevanti tal-liġi tal-insolvenza domestika li l-Istati Membri nnotifikaw, is-setgħa ta' adozzjoni tal-atti skont l-Artikolu 290 tat-Trattat għandu jkun iddelegat lill-Kummissjoni fir-rigward tal-emenda tal-Annessi. Huwa ta' importanza partikolari li l-Kummissjoni twettaq il-konsultazzjonijiet xierqa waqt ix-xogħol preparatorju tagħha, inkluż fil-livell espert. Il-Kummissjoni, meta tkun qed tħejji u tfassal l-atti delegati, għandha tiżgura trażmissjoni simultanja, fil-ħin u xierqa tad-dokumenti relevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

(9)       Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[17].

(10)     Ir-Regolament (KE) Nru 1346/2000 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(11)     L-emenda ta' dan ir-Regolament għandha tkun mingħajr ħsara għar-regoli tal-irkupru tal-għajnuna Statali minn kumpaniji insolventi kif interpretati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (C-454/09 Il-Kummissjoni vs L-Italja – "New Interline"). Meta l-irkupru totali tal-ammont tal-għajnuna tal-Istat ma jkunx possibbli minħabba li l-ordni ta' rkupru jikkonċerna kumpanija fi proċedimenti ta' falliment, dawk il-proċedimenti għandhom dejjem ikunu proċedimenti ta' stralċ u jwasslu għaċ-ċessjoni definittiva tal-attivitajiet tal-benefiċjarju u l-likwidazzjoni ta' dawn l-assi.

(12)     Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u tal-Irlanda fir-rigward tal-ispazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, [ir-Renju Unit u l-Irlanda nnotifikaw ix-xewqa tagħhom li jieħdu sehem fl-adozzjoni u fl-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament]/[mingħajr ħsara għall-Artikolu 4 tal-Protokoll, ir-Renju Unit u l-Irlanda mhumiex se jieħdu sehem fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament u mhumiex marbutin bih jew soġġetti għall-applikazzjoni tiegħu].

(13)     Skont l-Artikoli 1 u 2 tal-Protokoll dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka anness mat-Trattat tal-Unjoni Ewropea u t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka mhix qed tipparteċipa fl-adozzjoni ta' dan ir-Regolament, u għalhekk la hi marbuta bih u lanqas mhi soġġetta għall-applikazzjoni tiegħu.

ADOTTAW DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 huwa emendat kif ġej:

(1) Fil-premessa 2, ir-referenza għall-Artikolu 65 tinbidel b'referenza għall-Artikolu 81

(2) Fil-premessi 3, 5, 8, 11, 12, 14 u 21, it-terminu "Komunità" jinbidel b'"Unjoni".

(3) Il-premessa 4 tinbidel b’dan li ġej:

"(4)    Għat-tħaddim sew tas-suq intern hemm bżonn li jiġu evitati inċentivi għall-partijiet biex jittrasferixxu assi jew proċedimenti ġudizzjarji minn Stat Membru għall-ieħor, biex b'hekk ifittxu sitwazzjoni ġuridika aktar favorevoli għad-detriment tal-korp ġenerali tal-kredituri (għażla tal-iktar qorti favorevoli)."

(4) Il-premessa 6 tinbidel b’dan li ġej:

"(6)    Dan ir-Regolament għandu jinkludi dispożizzjonijiet li jirregolaw il-ġuriżdizzjoni għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment u proċedimenti li jkunu ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' falliment u jkunu konnessi magħhom mill-qrib. Dan ir-Regolament għandu jkun fih dispożizzjonijiet rigward ir-rikonoxximent u l-eżekuzzjoni tas-sentenzi maħruġa f'dawn il-proċedimenti u d-dispożizzjonijiet rigward il-liġi applikabbli għall-proċedimenti ta' falliment. Barra minn hekk, dan ir-Regolament għandu jkun fih regoli dwar il-koordinament tal-proċedimenti ta' falliment li jirrelataw mal-istess debitur jew ma' bosta membri tal-istess grupp ta' kumpaniji."

(5) Il-premessa 7 tinbidel b’dan li ġej:

"(7)    Il-proċedimenti li jikkonċernaw l-istralċ ta' kumpaniji jew persuni ġuridiċi oħrajn insolventi, arranġamenti ġudizzjarji, kompożizzjonijiet u proċedimenti analogi u azzjonijiet relatati ma' proċedimenti ta' dan it-tip huma esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 44/2001 tat-22 ta' Diċembru 2000 dwar ġuriżdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta' sentenzi f'materji ċivili u kummerċjali[18]. Dawn il-proċedimenti għandhom ikunu koperti mir-Regolament preżenti. L-interpretazzjoni ta' dan ir-Regolament għandha kemm jista' jkun tevita lakuni regolatorji bejn iż-żewġ strumenti."

(6) Il-premessa 9 tinbidel b’dan li ġej:

"(9)    Dan ir-Regolament għandu japplika għal proċedimenti ta' falliment li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament, irrispettivament minn jekk id-debitur ikunx persuna naturali jew persuna ġuridika, negozjant jew individwu. Dawk il-proċedimenti ta' falliment huma elenkati b'mod eżawrjenti fl-Anness A. Meta proċedura nazzjonali tidher fl-Anness A, dan ir-Regolament għandu japplika mingħajr ebda eżami ulterjuri mill-qrati ta' Stat Membru ieħor rigward jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f'dan ir-Regolament humiex sodisfatti. Proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw impriżi tal-assikurazzjoni, istituzzjonijiet ta' kreditu, kumpaniji tal-investiment safejn huma koperti mid-Direttiva 2001/24/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' April 2001 fuq ir-riorganizzazzjoni u l-istralċ ta' istituzzjonijiet ta' kreditu[19] (kif emendata) u impriżi tal-investiment kollettiv għandhom ikunu esklużi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament. Impriżi bħal dawn m'għandhomx ikunu koperti minn dan ir-Regolament ladarba huma suġġetti għal arranġamenti speċjali u l-awtoritajiet ta' sorveljanza nazzjonali għandhom setgħat vasti ta' intervent."

(7) Tiddaħħal il-premessa 9a li ġejja:

"(9a)  Il-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament għandu jestendi għall-proċedimenti li jippromwovu s-salvataġġ ta' debitur ekonomikament vijabbli sabiex negozji tajbin jingħataw għajnuna biex isalvaw u l-intraprendituri jingħataw ċans ieħor. Dan għandu jestendi l-iktar għall-proċedimenti li jipprovdu r-ristrutturazzjoni ta' debitur fl-istadju ta' qabel l-insolvenza, proċedimenti li jħallu t-tmexxija eżistenti fejn hi u proċedimenti li jipprovdu l-għeluq tad-dejn tal-konsumaturi u l-persuni impjegati għal rashom. Peress li dawn il-proċedimenti ma jfissrux bilfors li jinħatar likwidatur, huma għandhom ikunu koperti minn dan ir-Regolament jekk iseħħu taħt il-kontroll jew sorveljanza ta' qorti. F'dan il-kuntest, it-terminu "kontroll" għandu jinkludi sitwazzjonijiet fejn il-qorti tintervjeni biss wara appell minn kreditur jew parti interessata."

(8) Il-premessa 10 tinbidel b’dan li ġej:

"(10)  Proċedimenti ta' falliment mhux neċessarjament jinvolvu l-intervent ta' awtorità ġudizzjarja; l-espressjoni "qorti" f'dan ir-Regolament għandha tingħata tifsira wiesgħa u tinkludi persuna jew korp awtorizzat mil-liġi nazzjonali li jiftaħ proċedimenti ta' falliment. Biex japplika dan ir-Regolament, il-proċedimenti (inklużi atti u formalitajiet stabbiliti fil-liġi) ma għandux biss ikollhom jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, imma għandhom ikunu wkoll rikonoxxuti uffiċjalment u jkollhom effett ġuridiku fl-Istat Membru fejn ikunu nfetħu l-proċedimenti ta' falliment."

(9) Tiddaħħal premessa 12a ġdida:

(12a) Qabel il-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment, il-qorti kompetenti għandha teżamina ex officio jekk iċ-ċentru prinċipali tal-interessi jew l-istabbiliment tad-debitur jinsabx effettivament fil-ġuriżdizzjoni tagħha. Fejn iċ-ċirkostanzi tal-każ iqajmu dubji dwar il-ġuriżdizzjoni tal-qorti, il-qorti għandha titlob lid-debitur iressaq evidenza addizzjonali biex isostni l-asserzjonijiet tiegħu u, fejn xieraq, tagħti l-opportunità lill-kredituri tad-debitur biex jippreżentaw fehmiethom dwar il-kwistjoni tal-ġuriżdizzjoni. Barra minn hekk, il-kredituri għandu jkollhom rimedju effettiv kontra d-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment.

(10) Il-premessa 13 titħassar.

(11) Jiddaħħlu l-premessi 13a u 13b li ġejjin:

(13a) Il-preżunzjoni għandha tkun li ċ-"ċentru prinċipali ta' interessi" ta' kumpanija jew persuna ġuridika oħra jkun il-post fejn ikollha l-uffiċċju rreġistrat tagħha. Għandu jkun possibbli li din il-preżunzjoni tiġi kkontestata jekk l-amministrazzjoni ċentrali tal-kumpanija tkun tinsab fi Stat Membru ieħor li ma jkunx tal-uffiċċju rreġistrat tagħha u valutazzjoni komprensiva tal-fatturi rilevanti kollha tistabbilixxi, b'mod li jkun jista' jiġi aċċertat minn partijiet terzi, li ċ-ċentru ta' tmexxija u sorveljanza reali tal-kumpanija u tat-tmexxija tal-interessi tagħha jinsabu f'dak l-Istat Membru l-ieħor. Kuntrarjament għal dan, ma għandux ikun possibbli li tiġi kkontestata l-preżunzjoni jekk il-korpi responsabbli mit-tmexxija u s-sorveljanza ta' kumpanija jkunu fl-istess post fejn hemm l-uffiċċju rreġistrat tagħha u d-deċiżjonijiet ta' tmexxija jittieħdu hemm b'mod li jista' jiġi aċċertat minn partijiet terzi.

(13b) Il-qrati tal-Istat Membru li jiftħu l-proċedimenti ta' falliment għandu jkollhom ukoll ġuriżdizzjoni għal azzjonijiet li jkunu ġejjin direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li jkunu marbutin mill-qrib magħhom bħal azzjonijiet ta' evażjoni. Meta azzjoni bħal din tkun relatata ma' azzjoni oħra bbażata fuq id-dritt kummerċjali u ċivili ġenerali, il-likwidatur għandu jkun jista' jġib iż-żewġ azzjonijiet fil-qrati ta' domiċilju tal-konvenut jekk iqis li jkun iktar effiċjenti li tinġieb azzjoni f'dik il-qorti. Dan jista' jkun il-każ, pereżempju, jekk il-likwidatur ikun jixtieq jgħaqqad azzjoni għar-responsabilità ta' direttur fuq il-bażi tad-dritt tal-insolvenza ma' azzjoni bbażata fuq id-dritt tal-kumpaniji jew id-dritt tat-tort ġenerali.

(12) Jiddaħħlu l-premessi 19a u 19b li ġejjin:

(19a) Proċedimenti sekondarji jistgħu jxekklu l-amministrazzjoni effiċjenti tal-assi. Għalhekk, il-qorti li tiftaħ proċedimenti sekondarji, fuq talba tal-likwidatur, għandha tkun tista' tipposponi jew tirrifjuta l-ftuħ jekk dawn il-proċedimenti ma jkunux neċessarji biex iħarsu l-interessi tal-kredituri lokali. Dan għandu jkun il-każ l-iktar jekk il-likwidatur, permezz ta' impenn li jorbot lill-assi, jaqbel li jittratta lill-kredituri lokali bħallikieku nfetħu proċedimenti sekondarji u japplika r-regoli ta' klassifikazzjoni tal-Istat Membru fejn ikun intalab il-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji meta jqassam l-assi li jinsabu f'dak l-Istat Membru. Dan ir-Regolament għandu jikkonferixxi fuq il-likwidatur il-possibilità li jagħmel impenji ta' dan it-tip.

(19b) Sabiex jiġi żgurat il-ħarsien tal-interessi lokali, il-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali ma għandux ikun jista' jirrealizza jew jirrikolloka l-assi li jinsabu fl-Istat Membru fejn jinsab l-istabbiliment b'mod abbużiv, b'mod partikolari, bil-fini tal-frustrazzjoni tal-possibilità li dawn l-interessi jkunu effettivament sodisfatti jekk wara jinfetħu proċedimenti sekondarji.

(13) Il-premessa 20 tinbidel b’dan li ġej:

"(20)  Proċedimenti ta' falliment prinċipali u proċedimenti sekondarji jistgħu jikkontribwixxu biss għar-realizzazzjoni effettiva tal-assi totali jekk il-proċedimenti konkorrenti kollha pendenti jkunu kkoordinati. Il-kundizzjoni ewlenija hawnhekk hija illi l-likwidaturi varji u l-qrati involuti jridu jikkooperaw mill-qrib, b'mod partikolari billi jiskambjaw ammont suffiċjenti ta' informazzjoni. Sabiex jiġi żgurat ir-rwol dominanti tal-proċediment ta' falliment prinċipali, il-likwidatur fi proċedimenti bħal dawk għandu jingħata bosta possibilitajiet għal intervent fi proċedimenti ta' falliment sekondarji li jkunu pendenti fl-istess waqt. B'mod partikolari, il-likwidatur għandu jkun jista' jipproponi pjan ta' ristrutturazzjoni jew kompożizzjoni jew japplika sospensjoni tar-realizzazzjoni tal-assi fil-proċedimenti ta' falliment sekondarji. Fil-kooperazzjoni tagħhom, il-likwidaturi u l-qrati għandhom iqisu l-aqwa prattiċi għall-kooperazzjoni f'kawżi ta' insolvenza transfruntieri kif stabbilit fil-prinċipji u l-linji gwida għall-komunikazzjoni u l-kooperazzjoni adottata minn għaqdiet Ewropej u internazzjonali fil-qasam tad-dritt tal-insolvenza."

(14) Jiddaħħlu l-premessi 20a u 20b li ġejjin:

(20a) Dan ir-Regolament għandu jiżgura l-amministrazzjoni effiċjenti tal-proċedimenti ta' falliment relatati ma' kumpaniji differenti li jifformaw parti minn grupp ta' kumpaniji. Meta jinfetħu proċedimenti ta' falliment għal bosta kumpaniji tal-istess grupp, dawn il-proċedimenti għandhom ikunu kkoordinati sew. Għalhekk il-likwidaturi varji u l-qrati involuti għandu jkollhom l-istess obbligu ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni ma' xulxin bħal dawk involuti fi proċedimenti prinċipali u sekondarji relatati mal-istess debitur. Barra minn hekk, likwidatur maħtur fi proċedimenti relatati ma' membru ta' grupp ta' kumpaniji għandu jkollu locus standi biex jipproponi pjan ta' salvataġġ fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp safejn din l-għodda tkun disponibbli fil-liġi nazzjonali tal-insolvenza.

(20b) L-introduzzjoni ta' regoli dwar l-insolvenza ta' gruppi ta' kumpaniji ma għandhiex tillimita l-possibilità li qorti tiftaħ proċedimenti ta' falliment għal bosta kumpaniji li jappartjenu għall-istess grupp f'ġuriżdizzjoni waħda jekk il-qorti ssib li ċ-ċentru prinċipali tal-interessi ta' dawn il-kumpaniji jinsab fi Stat Membru wieħed. F'sitwazzjonijiet bħal dawn, il-qorti għandha tkun tista' wkoll taħtar, jekk ikun xieraq, lill-istess likwidatur fil-proċedimenti kollha kkonċernati.

(15) Tiddaħħal premessa 21a ġdida:

(21a) Huwa essenzjali li kredituri li jkollhom ir-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju rreġistrat tagħhom fl-Unjoni jkunu infurmati bil-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment relatati mal-assi tad-debitur tagħhom. Sabiex tiġi żgurata t-trażmissjoni malajr tal-informazzjoni lill-kredituri, ir-Regolament 1393/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Novembru 2007 dwar is-servizz fl-Istati Membri ta’ dokumenti ġudizzjarji u extraġudizzjarji fi kwistjonijiet ċivili jew kummerċjali[20] ma għandux japplika fejn dan ir-Regolament jirreferi għall-obbligu li jiġu infurmati l-kredituri. L-użu ta' formoli standard disponibbli fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni għandu jiffaċilita l-kompitu tal-kredituri meta jressqu pretensjonijiet fi proċedimenti miftuħa fi Stat Membru ieħor."

(16) Il-premessa 29 tinbidel b’dan li ġej:

"(29)  Għal raġunijiet ta' negozju, il-kontenut ewlieni tad-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti għandu jiġi ppublikat fi Stat Membru ieħor fuq talba tal-likwidatur. Jekk hemm stabbiliment fl-Istat Membru kkonċernat, din il-pubblikazzjoni għandha tkun obbligatorja sakemm tiġi stabbilita s-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza. Madankollu, fl-ebda każ ma għandha l-pubblikazzjoni tkun kundizzjoni bil-quddiem ta' għarfien ta' proċedimenti barranin."

(17) Tiddaħħal il-premessa 29a li ġejja:

(29a) Sabiex tittejjeb l-informazzjoni tal-kredituri u l-qrati involuti u biex jipprevjenu l-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment paralleli, l-Istati Membri għandhom ikunu meħtieġa jippubblikaw l-informazzjoni rilevanti f'kawżi ta' falliment transfruntieri f'reġistru elettroniku aċċessibbli pubblikament. Biex jiġi ffaċilitat l-aċċess għal dik l-informazzjoni għall-kredituri u l-qrati domiċiljati jew li jinsabu fi Stati Membri oħra, dan ir-Regolament għandu jistipula l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza.

(18) Il-premessa 31 tinbidel b’dan li ġej:

"(31)  Dan ir-Regolament għandu jinkludi Annessi li jispeċifikaw, b'mod partikolari, il-proċedimenti ta' falliment nazzjonali li huma koperti minn dan ir-Regolament. Sabiex ikun permess l-adattament malajr tar-Regolament għall-emendi rilevanti tal-liġi tal-insolvenza domestika tal-Istati Membri, il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tadotta emendi għall-annessi permezz ta' atti ddelegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Qabel ma tadotta att iddelegat li jemenda l-lista ta' proċedimenti nazzjonali fl-Annessi, il-Kummissjoni għandha tivverifika jekk il-proċedura nnotifikata tissodisfax il-kriterji stabbiliti f'dan ir-Regolament. Waqt li tħejji u tfassal atti ddelegati, il-Kummissjoni għandha tiżgura trasmissjoni simultanja, fil-ħin u adatta tad-dokumenti rilevanti lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill."

(19) Jiddaħħlu l-premessi 31a, 31b u 31c li ġejjin:

"(31a)Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 1346/2000, is-setgħat ta' implimentazzjoni għandhom jiġu konferiti lill-Kummissjoni. Dawn is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati skont ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni[21].

(31b) Dan ir-regolament jirrispetta d-drittijiet fundamentali u josserva l-prinċipji rikonoxxuti fil-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea. B'mod partikolari, dan ir-Regolament jara li jippromwovi l-applikazzjoni tal-Artikoli 8, 17 u 47 li jikkonċernaw, rispettivament, il-ħarsien tad-dejta personali, id-dritt tal-proprjetà u d-dritt għal rimedju effettiv u għal proċess ġust.

(31c) Id-Direttiva 95/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 95/46/KE tal-24 ta’ Ottubru 1995 dwar il-protezzjoni ta’ individwi fir-rigward tal-ipproċessar ta’ dejta personali u dwar il-moviment liberu ta’ dik id-data[22] u r-Regolament 45/2001/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta' Diċembru 2000 dwar il-protezzjoni ta' individwu fir-rigward tal-ipproċessar ta' data personali mill-istituzzjonijiet u l-korpi tal-Komunità u dwar il-movement liberu ta' dak id-data[23] japplikaw għall-ipproċessar ta' dejta personali fil-qafas ta' dan ir-Regolament."

(20) Fil-premessi 32 u 33, il-kliem "Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea" jinbidel bi "Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea".

(21) L-Artikoli 1 u 2 jinbidlu b'dan li ġej

"Artikolu 1 Kamp ta’ applikazzjoni

1.           Dan ir-Regolament japplika għall-proċedimenti amministrattivi jew ġudizzjarji, inklużi proċedimenti interim, li huma bbażati fuq liġi relatata mal-insolvenza jew aġġustament tad-dejn u fejn, għall-fini ta' salvataġġ, aġġustament tad-dejn, riorganizzazzjoni jew likwidazzjoni,

(a) id-debitur ikun totalment jew parzjalment ipprivat mill-assi tiegħu u nħatar likwidatur, jew

(b) l-assi u l-affarijiet tad-debitur ikunu suġġetti għall-kontroll jew is-sorveljanza ta' qorti.

Il-proċedimenti msemmija f'dan il-paragrafu jiġu elenkati fl-Anness A.

2.           Dan ir-Regolament ma għandux japplika għall-proċedimenti ta' falliment li jikkonċernaw

(a) impriżi tal-assikurazjoni,

(b) istituzzjonijiet ta’ kreditu,

(c) kumpaniji ta' investiment safejn huma koperti mid-Direttiva 2001/24/KE kif emendata, u

(d) impriżi ta' investiment kollettiv,

Artikolu 2 Definizzjonijiet

Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament:

(e) "proċedimenti ta' falliment" tfisser il-proċedimenti elenkati fl-Anness A;

(f) "likwidatur" tfisser

(i)      kull persuna jew korp li l-funzjoni tiegħu tkun li jamministra jew jillikwida l-assi li jkunu ġew ipprivat lid-debitur jew li jissorvelja l-amministrazzjoni tal-afffarijiet tiegħu. Dawn il-persuni u korpi huma mniżżla fl-Anness C;

(ii)      f'kawża li ma tinvolvix il-ħatra ta' likwidatur jew it-trasferiment tas-setgħat tad-debitur lil likwidatur, id-debitur jibqa' fil-pussess.

(g) "qorti" tfisser fl-artikoli kollha ħlief l-Artikolu 3b(2) il-korp ġudizzjarju jew kull korp kompetenti ieħor ta' Stat Membru li għandu s-setgħa jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment, li jikkonferma dan il-ftuħ jew li jieħu deċiżjoni tul dawk il-proċedimenti;

(h) "sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment" tinkludi

(i)      id-deċiżjoni ta' kull qorti li tiftaħ proċedimenti ta' falliment jew li tikkonferma l-ftuħ ta' proċedimenti ta' dan it-tip, u

(ii)      id-deċiżjoni minn qorti li taħtar likwidatur provviżorju.

(i) "iż-żmien tal-ftuħ ta' proċedimenti" tfisser iż-żmien meta s-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment issir effettiva, sew jekk tkun sentenza finali kif ukoll jekk le;

(j) "l-Istat Membru li fih ikunu jinstabu l-assi" tfisser, fil-każ ta':

(i)      propjetà tanġibbli, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu tkun tinstab il-propjetà,

(ii)      propjetà u drittijiet ta' propjetà jew intitolar li dwaru jrid ikun miktub f'reġistru pubbliku, l-Istat Membru li taħt l-awtorità tiegħu jkun jinżamm ir-reġistru,

(iii)     ishma rreġistrati f'kumpaniji, l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-kumpanija li ħarġet l-ishma għandha l-uffiċċju rreġistrat tagħha,

(iv)     strumenti finanzjarji, li s-sjieda tagħhom tirriżulta minn annotazzjonijiet f'reġistru jew kont miżmum minn intermedjarju jew minn xi ħadd f'ismu ("titoli f'forma miktuba"), l-Istat Membru fejn jinżamm ir-reġistru jew il-kont fejn hemm l-annotazzjonijiet,

(v)     kontanti miżmuma fi istituzzjoni ta' kreditu, l-Istat Membru indikat fil-kont IBAN,

(vi)     pretensjonijiet kontra partijiet terzi ħlief dawk relatati ma' assi msemmija fis-subparagrafu (v), l-Istat Membru li fit-territorju tiegħu l-parti terza meħtieġa li tilqagħhom ikollu ċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu, kif iddeterminat fl-Artikolu 3(1);

(k) "stabbiliment" tfisser kull post ta' operazzjoni fejn id-debitur iwettaq attività ekonomika mhux tranżitorja b'mezzi umani jew b'assi;

(l) "kredituri lokali" tfisser il-kredituri li l-pretensjonijiet tagħhom kontra d-debitur ikunu ġew mill-operat ta' stabbiliment li jinsab fi Stat Membru li mhux dak fejn id-debitur għandu ċ-ċentru prinċipali tal-interessi tiegħu;

(m) "grupp ta' kumpaniji" tfisser għadd ta' kumpaniji li jikkonsistu f'kumpanija prinċipali u kumpaniji sussidjarji;

(n) "kumpanija prinċipali" tfisser kumpanija li

(i)      ikollha maġġoranza tal-jeddijiet għall-voti tal-azzjonisti jew tal-membri f'kumpanija oħra ("kumpanija sussidjarja"); jew

(ii)      tkun azzjonista jew membru tal-kumpanija sussidjarja u jkollha d-dritt li

(aa)    taħtar jew tneħħi maġġoranza tal-membri tal-korp amministrattiv, tat-tmexxija jew sorveljatorju ta' dik is-sussidjarja; jew

(bb)   teżerċita influwenza dominanti fuq il-kumpanija sussidjarja skont kuntratt iffirmat ma' dik is-sussidjarja jew dispożizzjoni fl-artikoli tagħha ta' assoċjazzjoni."

(22) Fl-Artikolu 3, il-paragrafi 1 u 3 jinbidlu b’dan li ġej:

"1.          Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkun jinsab iċ-ċentru prinċipali tal-interessi tad-debitur ikollu l-ġuriżdizzjoni biex jiftaħ il-proċedimenti ta' falliment ("il-proċedimenti prinċipali"). Iċ-"ċentru prinċipali tal-interessi'" jkun il-post fejn id-debitur iwettaq l-amministrazzjoni tal-interessi tiegħu fuq bażi regolari u li jista' jiġi aċċertat minn partijiet terzi.

Fil-każ ta' kumpanija jew persuna ġuridika, il-preżunzjoni tkun li l-post tal-uffiċċju rreġistrat ikun iċ-ċentru prinċipali tal-interessi fin-nuqqas ta' prova kuntrarja.

Fil-każ ta' individwu li jeżerċità attività professjonali jew kummerċjali indipendenti, iċ-ċentru prinċipali tal-interessi jkun il-post prinċipali ta' negozju tal-individwu; fil-każ ta' kull individwu ieħor, iċ-ċentru prinċipali tal-interessi jkun il-post tar-residenza abitwali tal-individwu.

3.           Meta proċedimenti ta' falliment ikunu nfetħu skont il-paragrafu 1, kull proċediment miftuħ sussegwentament skont il-paragrafu 2 ikun proċediment sekondarju. F'dan il-każ, iż-żmien rilevanti għall-valutazzjoni ta' jekk id-debitur jippossjedix stabbiliment fit-territorju ta' Stat Membru ieħor ikun id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali."

(23) Jiddaħħlu l-Artikoli 3a u 3b li ġejjin:

"Artikolu 3a

Ġuriżdizzjoni għal azzjonijiet relatati

1.           Il-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jkunu nfetħu proċedimenti ta' falliment skont l-Artikolu 3 ikollu ġuriżdizzjoni għal kull azzjoni li tkun ġejja direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li tkun marbuta magħhom.

2.           Meta azzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun relatata ma' azzjoni fi kwistjonijiet ċivili u kummerċjali kontra l-istess konvenut, il-likwidatur jista' jressaq iż-żewġ azzjonijiet fil-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu jinsab domiċiljat il-konvenut, jew, fejn l-azzjoni tkun kontra bosta konvenuti, fil-qrati tal-Istat Membru li fit-territorju tiegħu kwalunkwe wieħed minnhom ikun domiċiljat, iżda li dik il-qorti jkollha ġuriżdizzjoni skont ir-regoli tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

3.           Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, azzjonijiet jitqiesu li jkunu relatati meta jkunu konnessi hekk mill-qrib illi jkun aktar konvenjenti illi jinstemgħu u jiġu determinati flimkien sabiex ikun evitat ir-riskju ta’ sentenzi irrikonċiljabbli li jirriżultaw minn proċedimenti separati.

Artikolu 3b

Eżami tal-ġuriżdizzjoni; dritt ta' reviżjoni ġudizzjarja

4.           Il-qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment teżamina ex officio jekk għandhiex ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3. Is-sentenza li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment tispeċifika fuq xiex tkun ibbażata l-ġuriżdizzjoni tal-qorti, u, b'mod partikolari, jekk il-ġuriżdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2).

5.           Meta jinfetħu proċedimenti ta' falliment skont il-liġi nazzjonali mingħajr deċiżjoni ta' qorti, il-likwidatur maħtur f'dawk il-proċedimenti għandu jeżamina jekk l-Istat Membru fejn il-proċedimenti huma pendenti għandux il-ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3. Fejn dan ikun il-każ, il-likwidatur jispeċifika fuq xiex tkun ibbażata l-ġuriżdizzjoni, u, b'mod partikolari, jekk il-ġuriżdizzjoni tkunx ibbażata fuq l-Artikolu 3(1) jew (2).

6.           Kull kreditur jew parti interessata li jkollha r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċċju tagħha rreġistrat fi Stat Membru li mhux l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, ikollha d-dritt li tikkontesta d-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali. Il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti prinċipali jew il-likwidatur jinforma lill-kredituri, sakemm ikunu magħrufa, bid-deċiżjoni fi żmien propizju biex jingħataw l-opportunità li jikkontestawha.

(24) Fl-Artikolu 4(2), il-punt (m) jinbidel b'dan li ġej:

(m)    ir-regoli li għandhom x'jaqsmu ma' invalidità, invalidabilità u nuqqas ta' eżegwibilità ta' atti ġuridiċi detrimentali għall-korp ġenerali tal-kredituri."

(25) Jiddaħħal l-Artikolu 6a li ġej:

"Artikolu 6a Ftehimiet ta' kumpens

Ftehimiet ta' kumpens ikunu rregolati biss mil-liġi tal-kuntratt li jirregola dawn il-ftehimiet."

(26) Jiddaħħal l-Artikolu 10a li ġej:

"Artikolu 10a Rekwiżiti ta' approvazzjoni skont il-liġi lokali

Fejn il-liġi tal-Istat Membru tirregola l-effetti tal-proċedimenti ta' falliment fuq il-kuntratti msemmija fl-Artikoli 8 u 10 tistipula li kuntratt jista' biss jintemm jew jiġi mmodifikat bl-approvazzjoni tal-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment imma ma jkunu nfetħu l-ebda proċedimenti ta' falliment f'dak l-Istat Membru, il-qorti li tkun fetħet il-proċedimenti ta' falliment għandu jkollha l-kompetenza li tapprova t-tmiem jew il-modifika ta' dawn il-kuntratti."

(27) L-Artikolu 15 għandu jinbidel b’dan li ġej:

"Artikolu 15 L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawżi jew proċedimenti arbitrali pendenti

L-effetti ta' proċedimenti ta' falliment fuq kawża jew proċediment arbitrali pendenti li jikkonċerna ass jew dritt d-debitur ikun ġie pprivat minnu għandu jkun irregolat biss mil-liġi tal-Istat Membru fejn il-kawża tkun pendenti jew fejn hemm is-sede tal-proċedimenti arbitrali."

(28) L-Artikolu 18 huwa emendat kif ġej:

(a) L-Artikolu 18 paragrafu 1 jinbidel b'dan li ġej:

7.           Il-likwidatur maħtur minn qorti li jkollha ġuriżdizzjoni bis-saħħa tal-Artikolu 3(1) jista' jeżerċita s-setgħat kollha mogħtija lilu bil-liġi tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti fi Stat Membru ieħor, sakemm l-ebda proċedimenti ta' falliment oħra ma jkunu nfetħu hemm u lanqas ma jkunu ttieħdu hemm ebda miżuri ta' preservazzjoni kuntrarja wara talba għal ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment f'dak l-Istat. Bla ħsara għall-Artikoli 5 u 7, huwa jista', b'mod partikolari, ineħħi l-assi tad-debitur mit-terrirorju tal-Istat Membru fejn ikunu. Huwa jista' jagħti wkoll l-impenn li d-drittijiet ta' distribuzzjoni u prijorità li jkollhom il-kredituri lokali kieku jkunu nfetħu proċedimenti sekondarji jkunu rispettati fil-proċedimenti prinċipali. Impenn ta' dan it-tip ikun suġġett għar-rekwiżiti ta' forma, jekk ikun hemm, tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti prinċipali u jkun eżegwibbli u vinkolanti fuq l-assi."

(b) Fil-paragrafu 3, l-aħħar sentenza tinbidel b'dan li ġej:

"Dawk is-setgħat ma jistgħux jinkludu miżuri ta' kostrinzjoni, sakemm mhux ordnata mill-qorti, jew id-dritt ta' deċiżjoni dwar proċedimenti ġuridiċi jew tilwima."

(29) Jiddaħħlu l-Artikoli 20a, 20b, 20c, u 20d li ġejjin:

"Artikolu 20a It-twaqqif ta' reġistri ta' insolvenza

L-Istati Membri jistabbilixxu u jżommu fit-territorju tagħhom reġistru jew iktar fejn l-informazzjoni li ġejja tkun disponibbli għall-pubbliku fuq l-internet bla ħlas ("ir-reġistri tal-insolvenza"):

(a) id-data tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment;

(b) il-qorti li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment u n-numru ta' referenza tal-każ, jekk ikun hemm;

(c) it-tip ta' proċedimenti ta' falliment miftuħa;

(d) l-isem u l-indirizz tad-debitur;

(e) l-isem u l-indirizz tal-likwidatur maħtur fil-proċedimenti, jekk ikun hemm;

(f) il-limitu ta' żmien biex jitressqu l-pretensjonijiet;

(g) id-deċiżjoni li tiftaħ il-proċedimenti ta' falliment;

(h) id-deċiżjoni li taħtar il-likwidatur, jekk tkun differenti mid-deċiżjoni msemmija fil-punt (g) ta' dan il-paragrafu;

(i) id-data tal-għeluq tal-proċedimenti prinċipali.

Artikolu 20b Interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza

8.           Il-Kummissjoni tistabbilixxi sistema deċentralizzata għall-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza permezz ta' att ta' implimentazzjoni. Is-sistema tkun magħmula mir-reġistri ta' insolvenza u l-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jservu ta' punt ta' aċċess elettroniku pubbliku ċentrali għall-informazzjoni mis-sistema. Is-sistema tipprovdi servizz ta' tfittxija fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni sabiex l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20a tkun disponibbli.

9.           Permezz ta' att ta' implimentazzjoni skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 45b(3), il-Kummissjoni tadotta dawn li ġejjin sa ……[36 xahar mid-dħul fis-seħħ tar-Regolament]:

– l-ispeċifikazzjoni teknika li tiddefinixxi l-metodi ta' komunikazzjoni u skambju ta' informazzjoni b'mezzi elettroniċi fuq il-bażi tal-ispeċifikazzjoni tal-interfejs stabbilit għas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;

– il-miżuri tekniċi li jiżguraw l-istandards minimi ta' sikurezza tat-teknoloġija tal-informazzjoni għall-komunikazzjoni u d-distribuzzjoni tal-informazzjoni fis-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza;

– kriterji minimi għas-servizz ta' tfittxija pprovduti mill-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika bbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20a;

– kriterji minimi għall-preżentazzjoni tar-riżultati ta' tfittxijiet ta' dan it-tip ibbażati fuq l-informazzjoni stabbilita fl-Artikolu 20a;

– il-modalitajiet u l-kundizzjonijiet tekniċi tad-disponibilità tas-servizzi pprovduti mis-sistema ta’ interkonnessjoni; u

– glossarju li fih spjegazzjoni bażika tal-proċeduri ta' falliment nazzjonali elenkati fl-Anness A.

Artikolu 20c L-ispejjeż għat-twaqqif u l-interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza

10.         It-twaqqif u l-iżvilupp futur tas-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza tkun iffinanzjata mill-baġit ġenerali tal-Unjoni.

11.         Kull Stat Membru jkun responsabbli tal-ispejjeż għall-aġġustament tar-reġistri ta' insolvenza domestiċi tiegħu biex jagħmilhom interoperabbli mal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika, flimkien mal-ispejjeż ta' amministrazzjoni, operazzjoni u żamma ta' dak ir-reġistru.

Artikolu 20d Reġistrazzjoni ta' proċedimenti ta' falliment

Meta proċedimenti prinċipali u sekondarji jinfetħu fir-rigward ta' kumpanija jew persuna ġuridika jew individwu li jeżerċita negozju indipendenti jew attività professjonali, il-qorti li tiftaħ proċedimenti ta' falliment tiżgura li l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 20a tkun ippubblikata immedjatament fir-reġistru ta' insolvenza tal-Istat fejn sar il-ftuħ."

(30) L-Artikoli 21 u 22 jinbidlu b'dan li ġej:

"Artikolu 21 Pubblikazzjoni fi Stat Membru ieħor

12.         Sakemm is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 20b tkun stabbilita, il-likwidatur jitlob li avviż tas-sentenza li tiftaħ proċedimenti ta' falliment u, fejn xieraq, id-deċiżjoni li taħtru, ikunu ppubblikati f'kull Stat Membru ieħor fejn hemm stabbiliment tad-debitur b'konformità mal-pubblikazzjoni stipulata f'dak l-Istat. Dik il-pubblikazzjoni tispeċifika wkoll il-likwidatur maħtur u jekk ir-regola tal-ġuriżdizzjoni applikata tkunx dik skont l-Artikolu 3(1) jew (2).

13.         Il-likwidatur jista' jitlob li l-informazzjoni msemmija fl-ewwel paragrafu ta' dan l-Artikolu tkun ippubblikata f'kull Stat Membru ieħor fejn jinsabu assi jew kredituri tad-debitur skont il-proċedura stipulata f'dak l-Istat."

(31) L-Artikolu 22 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 22 Reġistrazzjoni fir-reġistri pubbliċi ta' Stat Membru ieħor

Sakemm is-sistema ta' interkonnessjoni tar-reġistri ta' insolvenza msemmija fl-Artikolu 20b tiġi stabbilita, il-likwidatur jitlob li d-deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 21 ikunu ppubblikati fir-reġistru tal-artijiet, ir-reġistru kummerċjali jew kwalunkwe reġistru ieħor ta' kwalunkwe Stat Membru ieħor fejn ikun hemm stabbiliment tad-debitur u dan l-istabbiliment ikun iddaħħal f'reġistru pubbliku ta' dak l-Istat Membru. Il-likwidatur jista' jitlob pubblikazzjoni ta' dan it-tip fi kwalunkwe Stat Membru ieħor."

(32) L-Artikolu 25 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 25 Għarfien u eżegwibilità ta' sentenzi oħrajn

14.         Sentenzi mogħtija minn qorti li s-sentenza tagħha dwar il-ftuħ ta' proċedimenti tkun rikonoxxuta skont l-Artikolu 16 u li jikkonċernaw l-andament u l-għeluq ta' proċedimenti ta' falliment, u kompożizzjonijiet approvati minn dik il-qorti wkoll ikunu rikonoxxuti mingħajr ebda formalitajiet ulterjuri. Dawn is-sentenzi ikunu eżegwiti skont l-Artikoli 32 sa 56, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 34(2), tar-Regolament (KE) Nru 44/2001.

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi li jirriżultaw direttament mill-proċedimenti ta' falliment u li jkunu marbuta mill-qrib magħhom, anke jekk ikunu ngħataw minn qorti oħra.

L-ewwel subparagrafu japplika wkoll għal sentenzi relatati ma' miżuri ta' preservazzjoni meħuda fuq talba għall-ftuħ ta' proċedimenti ta' falliment jew b'konnessjoni magħha.

15.         L-għarfien u l-eżekuzzjoni ta' sentenzi ħlief dawk imsemmija fil-paragrafu 1 jiġu regolati mir-Regolament imsemmi fil-paragrafu 1 sakemm ir-Regolament ikun applikabbli."

(33) L-Artikolu 27 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 27 Ftuħ ta' proċedimenti

Meta jkunu nfetħu proċedimenti prinċipali f'qorti ta' Stat Membru u jkunu ġew rikonoxxuti fi Stat Membru ieħor, qorti ta' Stat Membru ieħor li jkollha ġuriżdizzjoni skont l-Artikolu 3(2) tista' tiftaħ proċedimenti sekondarji ta' falliment skont id-dispożizzjonijiet stabbiliti f'dan il-Kapitolu. L-effetti ta' proċedimenti sekondarji jkunu ristretti għall-assi tad-debitur li jkunu fit-territorju tal-Istat Membru l-ieħor fejn ikunu nfetħu dawk il-proċedimenti."

(34) Jiddaħħal l-Artikolu 29a li ġej:

"Artikolu 29a Deċiżjoni ta' ftuħ ta' proċedimenti sekondarji

16.         Il-qorti ppreżentata b'talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji tavża minnufih lil-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali u tagħtih l-opportunità li jinstema' dwar it-talba.

17.         Fuq talba tal-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tipposponi d-deċiżjoni tal-ftuħ jew tirrifjuta l-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jekk il-ftuħ ta' dawn il-proċedimenti ma tkunx neċessarja biex tħares l-interessi tal-kredituri lokali, b'mod partikolari, meta l-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali ikun ta l-impenn imsemmi fl-Artikolu 18(1) u jimxi mat-termini tiegħu.

18.         Meta tiddeċiedi jekk għandhiex tiftaħ proċedimenti sekondarji, il-qorti msemmija fil-paragrafu 1 tiftaħ it-tip ta' proċedimenti skont il-liġi nazzjonali l-iktar xierqa filwaqt li tqis l-interessi tal-kredituri lokali, irrispettivament minn jekk tkunx ġiet sodisfatta kwalunkwe kundizzjoni tas-solvenza tad-debitur.

19.         Il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali jiġi avżat bid-deċiżjoni tal-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji u għandu jkollu d-dritt li jikkontesta dik id-deċiżjoni."

(35) L-Artikolu 31 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 31 Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi

20.         Il-likwidatur fil-proċedimenti prinċipali u l-likwidaturi fil-proċedimenti sekondarji jikkooperaw ma' xulxin sakemm din il-kooperazzjoni ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti. Din il-kooperazzjoni tista' tkun f'forma ta' ftehimiet jew protokolli.

21.         B'mod partikolari, il-likwidaturi:

(a) jikkomunikaw minnufih ma' xulxin dwar kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħrajn, b'mod partikolari kull progress li jkun sar fit-tressiq u l-verifika tal-pretensjonijiet u l-miżuri kollha mmirati lejn is-salvataġġ u r-ristrutturazzjoni tad-debitur jew lejn it-tmiem tal-proċedimenti, sakemm isiru arranġamenti xierqa biex titħares informazzjoni kunfidenzjali;

(b) jesploraw il-possibilità ta' ristrutturazzjoni tad-debitur u, fejn tkun teżisti din il-possibilità, jikkoordinaw l-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni tal-pjan ta' ristrutturazzjoni;

(c) jikkoordinaw l-amministrazzjoni tar-realizzazzjoni jew l-użu tal-assi u l-affarijiet tad-debitur; il-likwidatur tal-proċedimenti sekondarji jagħti lil-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali opportunità bikrija li jressaq proposti dwar ir-realizzazzjoni jew l-użu tal-assi fil-proċedimenti sekondarji."

(36) Jiddaħħlu l-Artikoli 31a u 31b li ġejjin:

"Artikolu 31a Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-qrati

22.         Sabiex ikun iffaċilitat il-koordinament ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji li jikkonċernaw lill-istess debitur, il-qorti li jkollha talba pendenti quddiemha għall-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti tikkoopera ma' kull qorti oħra li jkollha proċedimenti ta' falliment pendenti quddiemha jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli ta' kull wieħed mill-proċedimenti. Għal din il-fini, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew korp li jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha.

23.         Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin, jew jitolbu informazzjoni u assistenza direttament lil xulxin sakemm dik il-komunikazzjoni tkun bla ħlas u tkun tirrispetta d-drittijiet proċedurali tal-partijiet tal-proċedimenti u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni.

24.         Il-kooperazzjoni tista' tiġi implimentata b'kull mezz xieraq, inkluż permezz ta'

(a) komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti;

(b) koordinament tal-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-assi u l-affarijiet tad-debitur;

(c) koordinament tat-tmexxija tas-seduti;

(d) koordinament fl-approvazzjoni tal-protokolli.

Artikolu 31b Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi u l-qrati

25.         Sabiex ikun iffaċilitat il-koordinament tal-proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji miftuħa fir-rigward tal-istess debitur,

(e) likwidatur fi proċedimenti prinċipali jikkoopera u jikkomunika ma' kull qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti sekondarji jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti u

(f) likwidatur fi proċedimenti sekondarji jew proċedimenti ta' falliment territorjali jikkoopera u jikkomunika mal-qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti prinċipali jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti,

26.         Il-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 tkun implimentata b'kull mezz xieraq inklużi l-mezzi stabbiliti fl-Artikolu 31a(3) sakemm dawn ma jkunux inkompatibbli mar-regoli applikabbli ta' kull wieħed mill-proċedimenti."

(37) L-Artikolu 33 huwa emendat kif ġej:

(a) It-titolu jinbidel b'dan li ġej:

"Sospensjoni tal-proċedimenti"

(b) Fil-paragrafi 1 u 2, il-kliem "proċess ta' likwidazzjoni" jinbidel bi "proċedimenti".

(38) L-Artikolu 34 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 34 Għeluq ta' proċedimenti ta' falliment prinċipali u sekondarji

27.         L-għeluq ta' proċedimenti prinċipali jipprevjenu t-tkomplija ta' proċedimenti sekondarji li jkunu għadhom miftuħa f'dak il-mument.

28.         Meta jinfetħu proċedimenti sekondarji li jikkonċernaw persuna ġuridika fl-Istat Membru tal-uffiċċju rreġistrat ta' dik il-persuna u l-għeluq ta' dawk il-proċedimenti jġib miegħu x-xoljiment tal-persuna ġuridika, dak ix-xoljiment ma jipprevjenix it-tkomplija tal-proċedimenti prinċipali li jkunu nfetħu fi Stat Membru ieħor."

(39) Fl-Artikolu 35, it-terminu "bil-likwidazzjoni" tinbidel bit-terminu "bir-realizzazzjoni".

(40) L-Artikolu 37 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 37 Konverżjoni ta' proċedimenti preċedenti

Il-likwidatur tal-proċedimenti prinċipali jista' jitlob lill-qorti tal-Istat Membru fejn ikunu nfetħu proċedimenti sekondarji biex jordna l-konverżjoni tal-proċedimenti sekondarji f'tip ieħor ta' proċedimenti ta' falliment disponibbli skont il-liġi ta' dak l-Istat Membru."

(41) L-Artikolu 39 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 39 Dritt li jitressqu pretensjonijiet

Kull kreditur li jkollu r-residenza abitwali, id-domiċilju jew l-uffiċju rreġistrat tiegħu fi Stat Membru ħlief l-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti, inklużi l-awtoritajiet tat-taxxa u l-awtoritajiet tas-sigurtà soċjali tal-Istati Membri, għandu jkollu d-dritt li jressaq pretensjonijiet fil-proċedimenti ta' falliment b'kull mezz ta' komunikazzjoni, inklużi mezzi elettroniċi, li jkunu aċċettati mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ. Ir-rappreżentanza minn avukat jew professjonist ġuridiku ieħor mhix obbligatorja għat-tressiq ta' pretensjonijiet."

(42) L-Artikolu 40 huwa emendat kif ġej:

(a) Fil-paragrafu 2, tiżdied is-sentenza li ġejja:

"L-avviż jinkludi wkoll kopja tal-formoli standard tal-pretensjonijiet imsemmija fl-Artikolu 41 jew ħolqa għall-pubblikazzjoni ta' dik il-formola fuq l-internet."

(b) Jiddaħħal il-paragrafu 3 li ġej:

"3.          L-informazzjoni msemmija f'dan l-Artikolu tipprovdi l-użu ta' formola standard għall-avviżi li jrid ikun stabbilit skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 45b(4) u li trid tiġi ppubblikata fil-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika sa…..[24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-formola jkollha l-intestatura "Avviż ta' proċedimenti ta' falliment" fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni. Din tintbagħat bil-lingwi uffiċjali kollha jew f'waħda mil-lingwi uffiċjali tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti jew f'lingwa oħra li dak l-Istat ikun indika li jista' jaċċetta skont l-Artikolu 41(3) jekk jista' jkun preżunt li dik il-lingwa tkun eħfef biex jifhmuha l-kredituri barranin."

(43) L-Artikolu 41 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 41 Proċedura għat-tressiq tal-pretensjonijiet

29.         Kull kreditur barrani magħruf iressaq il-pretensjoni tiegħu billi juża l-formola standard għall-pretensjonijiet skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 45b(4) u li trid tiġi ppubblikata fil-portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika sa…..[24 xahar mid-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament]. Il-formola jkollha l-intestatura "Tressiq ta' pretensjonijiet" fil-lingwi uffiċjali kollha tal-Unjoni.

30.         Fil-formola standard għall-pretensjonijiet, il-kreditur imsemmi fil-paragrafu 1 jindika

(a) ismu u l-indirizz tiegħu

(b) in-natura tal-pretensjoni

(c) l-ammont tal-pretensjoni u d-data ta' meta bdiet

(d) hux qed jallega status ta' kreditur preferenzjali

(e) hux qed jallega li għandu garanzija reali jew riżerva ta' titlu ta' proprjetà fir-rigward tal-pretensjoni u jekk inhu hekk, x'assi huma koperti mill-garanzija li qed jinvoka u

(f) jekk hux qed jallega xi tip ta' tpaċija u jekk l-ammont pretiż huwiex il-fdal mit-tpaċija.

Il-formola standard tal-pretensjonijiet tkun akkumpanjata minn kopji ta' dokumenti ta' sostenn, jekk ikun hemm.

31.         Il-pretensjonijiet jistgħu jitressqu fi kwalunkwe lingwa uffiċjali tal-Unjoni. Il-kreditur jista' jiġi mitlub jipprovdi traduzzjoni fil-lingwa uffiċjali jew f'waħda mill-lingwi uffiċjali tal-Istat li jiftaħ il-proċedimenti jew f'lingwa oħra li dak l-Istat Membru jkun aċċetta. Kull Stat Membru jindika tal-inqas lingwa uffiċjali waħda tal-Unjoni ħlief dik tiegħu li jilqa' għall-finijiet tat-tressiq tal-pretensjonijiet.

32.         Il-pretensjonijiet jitressqu fil-perjodu stipulat mil-liġi tal-Istat tal-ftuħ tal-proċedimenti ta' falliment. Fil-każ ta' kreditur barrani, il-perjodu ma jkunx ta' inqas minn 45 jum wara l-pubblikazzjoni tal-ftuħ tal-proċedimenti fir-reġistru ta' insolvenza tal-Istat tal-ftuħ.

33.         Meta l-likwidatur jikkontesta pretensjoni mressqa skont dan l-Artikolu, huwa jagħti lill-kreditur l-opportunità li jipprovdi evidenza addizzjonali dwar l-eżistenza u l-ammont tal-pretensjoni."

(44) L-Artikolu 42 jitħassar.

(45) Jiddaħħal il-Kapitolu IVa li ġej:

"KAPITOLU IVa INSOLVENZA TA' MEMBRI TA' GRUPP TA' KUMPANIJI

Artikolu 42a Dmir ta' kooperazzjoni u komunikazzjoni ta' informazzjoni bejn il-likwidaturi

34.         Meta proċedimenti ta' falliment ikunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpaniji, likwidatur maħtur fil-proċedimenti li jikkonċernaw membru tal-grupp jikkoopera ma' kull likwidatur maħtur fi proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti, ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għal dawk il-proċedimenti u ma twassalx għal kunflitt ta' interessi. Dik il-kooperazzjoni tista' tkun f'forma ta' ftehimiet jew protokolli.

35.         Fl-eżerċizzju tal-kooperazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-likwidaturi

(a) jikkomunikaw minnufih lil xulxin kull informazzjoni li tista' tkun rilevanti għall-proċedimenti l-oħra, sakemm ikunu saru l-arranġamenti xierqa għall-ħarsien ta' informazzjoni kunfidenzjali;

(b) jesploraw il-possibilitajiet għar-ristrutturazzjoni tal-grupp u, fejn dawn il-possibilitajiet ikunu jeżistu, jikkoordinaw fir-rigward tal-proposta u n-negozjati ta' pjan ta' ristrutturazzjoni kkoordinat;

(c) jikkoordina l-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-affarijiet tal-membri tal-grupp suġġetti għall-proċedimenti ta' falliment;

Il-likwidaturi jistgħu jaqblu li jagħtu setgħat addizzjonali lil-likwidatur maħtur f'wieħed mill-proċedimenti fejn ftehim ta' dak it-tip ikun permess mir-regoli applikabbli għal kull wieħed mill-proċedimenti.

Artikolu 42b Komunikazzjoni u kooperazzjoni bejn il-qrati

36.         Meta proċedimenti ta' falliment ikunu relatati ma' żewġ membri jew iktar ta' grupp ta' kumpaniji, qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti li jikkonċernaw membru tal-grupp jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti tikkoopera ma' kull qorti oħra li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti li jikkonċernaw membru ieħor tal-istess grupp jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-amministrazzjoni effettiva tal-proċedimenti u ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom Għal din il-fini, il-qrati jistgħu, fejn xieraq, jaħtru persuna jew korp li jaġixxi fuq l-istruzzjonijiet tagħha.

37.         Il-qrati msemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jikkomunikaw direttament ma' xulxin, jew jitolbu informazzjoni jew assistenza direttament lil xulxin.

38.         Il-kooperazzjoni sseħħ b'kull mezz xieraq, inkluż permezz ta'

(d) komunikazzjoni tal-informazzjoni b'kull mezz meqjus xieraq mill-qorti sakemm dik il-komunikazzjoni tkun bla ħlas u tirrispetta d-drittijiet proċedurali tal-partijiet tal-proċedimenti u l-kunfidenzjalità tal-informazzjoni;

(e) koordinazzjoni tal-amministrazzjoni u s-sorveljanza tal-assi u l-affarijiet tal-membri tal-grupp;

(f) koordinament tat-tmexxija tas-seduti;

(g) koordinament fl-approvazzjoni tal-protokolli.

Artikolu 42c Kooperazzjoni u komunikazzjoni bejn il-likwidaturi u l-qrati

Likwidatur maħtur fi proċedimenti ta' falliment jikkonċernaw membru ta' grupp ta' kumpaniji jikkoopera u jikkomunika ma' kull qorti li jkollha pendenti quddiemha talba għall-ftuħ ta' proċedimenti fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp ta' kumpaniji jew li tkun fetħet dawk il-proċedimenti sakemm dik il-kooperazzjoni tkun xierqa biex tiffaċilita l-koordinament tal-proċedimenti u ma tkunx inkompatibbli mar-regoli applikabbli għalihom. B'mod partikolari, il-likwidatur jista' jitlob lil dik il-qorti informazzjoni li tikkonċerna l-proċedimenti li jirrigwardaw membru ieħor tal-grupp jew jitlob assistenza li tikkonċerna l-proċedimenti fejn ġie maħtur.

Artikolu 42d Setgħat tal-likwidaturi u sospensjoni tal-proċedimenti

39.         Likwidatur maħtur fi proċedimenti ta' falliment miftuħa fir-rigward ta' membru ta' grupp ta' kumpaniji jkollu d-dritt

(h) li jinstema' u jipparteċipa, b'mod partikolari billi jattendi laqgħat tal-kredituri, fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;

(i) li jitlob sospensjoni tal-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' kwalunkwe membru ieħor tal-istess grupp;

(j) li jipproponi pjan ta' salvataġġ, kompożizzjoni jew miżura komparabbli għal kulħadd jew għal xi membri tal-grupp li jkunu infetħulhom proċedimenti ta' falliment u biex jintroduċuh fi kwalunkwe wieħed mill-proċedimenti miftuħa fir-rigward ta' membru ieħor tal-istess grupp skont il-liġi applikabbli għal dawk il-proċedimenti; u

(k) li jitlob kull miżura proċedurali addizzjonali skont il-liġi msemmija fil-punt c) li tista' tkun neċessarja għall-promozzjoni tas-salvataġġ, inkluża l-konverżjoni tal-proċedimenti.

40.         Il-qorti li tkun fetħer proċedimenti msemmija fil-punt b) tal-paragrafu 1 tissospendi l-proċedimenti kompletament jew parzjalment jekk jintwera li dik is-sospensjoni tkun għall-benefiċċju tal-kredituri f'dawk il-proċedimenti. Dik is-sospensjoni tista' tiġi ordnata għal sa tliet xhur u tista' titkompla jew tiġġedded għall-istess perjodu. Il-qorti li tordna s-sospensjoni titlob lil-likwidatur jieħu kull miżura xierqa għall-garanzija tal-interessi tal-kredituri fil-proċedimenti."

(46) Jiżdied Artikolu 44a ġdid:

"Artikolu 44a Informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali tal-insolvenza

41.         L-Istati Membri jipprovdu, fi ħdan il-qafas tan-Netwerk Ġudizzjarju Ewropew f'materji ċivili u kummerċjali stabbiliti mid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2001/470/KE[24], bil-ħsieb li l-informazzjoni ssir disponibbli għall-pubbliku, deskrizzjoni tal-liġi u l-proċeduri nazzjonali tal-insolvenza tagħhom, b'mod partikolari rigward il-materji elenkati fl-Artikolu 4(2).

42.         L-Istati Membri jaġġornaw dik l-l-informazzjoni b'mod regolari."

(47) L-Artikolu 45 jinbidel b'dan li ġej:

"Artikolu 45 Emenda tal-Annessi

43.         Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta atti ddelegati biex temenda l-Annessi A u C f'konformità mal-proċedura stipulata f’dan l-Artikolu u fl-Artikolu 45a.

44.         Sabiex tinbeda emenda fl-Anness A, l-Istati Membri javżaw lill-Kummissjoni bir-regoli nazzjonali tagħhom dwar il-proċedimenti ta' falliment li jridu li jkunu inklużi fl-Anness A, flimkien ma' deskrizzjoni qasira. Il-Kummissjoni teżamina jekk ir-regoli nnotifikati jikkonformawx mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 1 u, fejn ikun il-każ, temenda l-Anness A permezz ta' att iddelegat."

(48) Jiddaħħlu l-Artikoli 45a u 45b li ġejjin:

"Artikolu 45a Eżerċitar tad-delega

45.         Is-setgħa li jkunu adottati atti ddelegati qed tiġi kkonferita lill-Kummissjoni bil-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu.

46.         Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 45 għandha tingħata għal perjodu ta’ żmien indeterminat mid-data tad-dħul fis-seħħ ta' dan ir-Regolament.

47.         Id-delega tas-setgħat imsemmija fl-Artikolu 45 tista’ tiġi rrevokata fi kwalunkwe mument mill-Parlament Ewropew jew mill-Kunsill. Deċiżjoni ta' revoka ttemm id-delega tas-setgħa speċifikata f’dik id-deċiżjoni. Hija tidħol fis-seħħ l-għada tal-pubblikazzjoni tad-deċiżjoni f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea jew minn data suċċessiva speċifikata fiha. Hija ma għandha taffettwa l-validità ta' ebda att iddelegat li jkun diġà fis-seħħ.

48.         Hekk kif tadotta att iddelegat, il-Kummissjoni tinnotifikah b'mod simultanju lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.

49.         Att iddelegat adottat skont l-Artikolu 45 jidħol fis-seħħ jekk ma tkun ġiet espressa l-ebda oġġezzjoni la mill-Parlament Ewropew u lanqas mill-Kunsill fi żmien xahrejn min-notifika ta’ dak l-att lill-Parlament Ewropew jew lill-Kunsill jew jekk, qabel l-iskadenza ta' dak il-perjodu, kemm il-Parlament Ewropew kif ukoll il-Kunsill ikunu infurmaw lill-Kummissjoni li mhumiex se joġġezzjonaw. Dak il-perjodu ta' żmien jiġi estiż b'xahrejn fuq inizjattiva tal-Parlament Ewropew jew tal-Kunsill.

Artikolu 45b Setgħa ta' adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni

50.         Is-setgħa ta' adozzjoni ta' atti ta' implimentazzjoni hija kkonferita lill-Kummissjoni għall-finijiet li ġejjin

(a) biex tipprovdi l-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza kif imsemmi fl-Artikolu 20b; u

(b) biex tistabbilixxi u sussegwentement temenda l-forom imsemmija fl-Artikoli 40 u 41.

51.         Waqt li tadotta u temenda l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-Kummissjoni tkun megħjuna minn Kumitat fl-ambitu tat-tifsira tar-Regolament (UE) Nru 182/211 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill[25].

52.         Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 5 tar-Regolament 182/2011.

53.         Meta ssir referenza għal dan il-paragrafu, japplika l-Artikolu 4 tar-Regolament 182/2011."

(49) Fl-Artikolu 46, id-data tal-"1 ta' Ġunju 2012" tinbidel bi "…..[10 snin wara d-dħul fl-applikazzjoni]".

(50) Jiddaħħal l-Artikolu 46a li ġej:

"Artikolu 46a Protezzjoni tad-dejta

54.         L-Istati Membri japplikaw id-Direttiva 95/46/KE għall-ipproċessar tad-dejta personali li jsir fl-Istati Membri skont dan ir-Regolament.

55.         Ir-Regolament (KE) Nru 45/2001 japplika għall-ipproċessar tad-dejta personali mwettqa mill-Kummissjoni skont dan ir-Regolament."

(51) L-Anness B jitħassar.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan japplika minn …..[24 xahar wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament] bl-eċċezzjoni tad-dispożizzjoni li tikkonċerna l-informazzjoni dwar il-liġi nazzjonali tal-insolvenza (l-Artikolu 44a) li japplika minn …..[12-il xahar wara d-dħul fis-seħħ] .

Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.

Magħmul fi Strasburgu,

Għall-Parlament Ewropew                           Għall-Kunsill

Il-President                                                    Il-President

STQARRIJA FINANZJARJA LEĠIŻLATTIVA

1.           QAFAS TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

1.1.        Titlu tal-proposta/inizjattiva

Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

1.2.        Qasam/oqsma politiċi kkonċernati fl-istruttura ABM/ABB[26]

Titolu 33 - Ġustizzja

1.3.        Natura tal-proposta/inizjattiva

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida

¨ Il-proposta/L-inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ġdida wara proġett pilota/azzjoni preparatorja[27]

Ø Il-proposta/inizjattiva hija relatata mal-estensjoni ta' azzjoni eżistenti

¨ Il-proposta/inizjattiva hija relatata ma' azzjoni ridiretta lejn azzjoni ġdida

1.4.        Għanijiet

1.4.1.     L-għan(ijiet) strateġika/ċi pluriennali tal-Kummissjoni fil-mira tal-proposta/inizjattiva

Żvilupp ta' qasam tal-Ġustizzja, Ġustizzja għat-Tkabbir

1.4.2.     Għan(ijiet) speċifiku/ċi u attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

Għan speċifiku Nru

Kooperazzjoni Ġudizzjarja f'materji Ċivili u Kummerċjali

Attività/ajiet ABM/ABB ikkonċernata/i

33 03

1.4.3.     Riżultat(i) u impatt mistennija

Speċifika l-effetti li għandu jkollha l-proposta/inizjattiva fuq il-benefiċjarji/gruppi fil-mira.

Iżjed effiċjenza u trasparenza fil-proċeduri ta' falliment transfruntieri

1.4.4.     Indikaturi tar-riżultati u l-impatt

Speċifika l-indikaturi għall-implimentazzjoni ta' monitoraġġ tal-proposta/inizjattiva.

1.5.        Raġunijiet għall-proposta/inizjattiva

1.5.1.     Rekwiżit(i) li jridu jiġu sodisfatti fil-medda l-qasira u dik twila taż-żmien

Reviżjoni tar-Regolament 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment

1.5.2.     Valur miżjud tal-involviment tal-UE

1.5.3.     Tagħlimiet meħuda minn esperjenzi simili fl-imgħoddi

1.5.4.     Koerenza u sinerġija possibbli ma' strumenti rilevanti oħrajn

1.6.        Tul ta' żmien u impatt finanzjarju

¨ Proposta/inizjattiva ta' tul ta' żmien limitat

– ¨  Il-proposta/inizjattiva fis-seħħ minn [JJ/XX]SSSS sa [JJ/XX]SSSS

– ¨  Impatt finanzjarju minn SSSS sa SSSS

Ø Proposta/inizjattiva ta’ tul ta’ żmien illimitat

– Implimentazzjoni b'perjodu ta’ bidu mill-adozzjoni sar-regolament

– segwita b'operazzjoni ta' skala sħiħa.

1.7.        Metodu/i ta’ ġestjoni previst(i)[28]

Ø Ġestjoni diretta ċċentralizzata mill-Kummissjoni

¨ Ġestjoni indiretta ċċentralizzata bid-delega tal-kompiti ta' implimentazzjoni lil:

– ¨  aġenziji eżekuttivi

– ¨  korpi stabbiliti mill-Komunitajiet[29]

– ¨  korpi tas-settur pubbliku nazzjonali/korpi b’missjoni tas-servizz pubbliku

– ¨  persuni fdati bl-implimentazzjoni ta’ azzjonijiet speċifiċi skont it-Titolu V tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u identifikati fl-att bażiku rilevanti fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 49 tar-Regolament Finanzjarju

¨ Ġestjoni kondiviża mal-Istati Membri

¨ Ġestjoni deċentralizzata ma’ pajjiżi terzi

¨ Ġestjoni konġunta ma’ organizzazzjonijiet internazzjonali (li jridu jiġu speċifikati)

Jekk jiġi indikat aktar minn metodu wieħed ta’ ġestjoni, jekk jogħġbok agħti d-dettalji fit-taqsima "Kummenti".

Kummenti

L-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza biss (il-parti tal-interkonnessjoni ċentrali) ikollha impatt finanzjarju fuq il-baġit tal-UE.

Ir-reġistri ta' insolvenza se jkunu konnessi permezz tal-Portal Ewropew tal-Ġustizzja Elettronika li jservi ta' punt ta' aċċess elettroniku pubbliku ċentrali għall-informazzjoni mis-sistema (ara l-Artikolu 20b tal-Proposta)

2.           MIŻURI TA’ ĠESTJONI

2.1.        Regoli ta’ monitoraġġ u rappurtar

Speċifika l-frekwenza u l-kundizzjonijiet.

2.2.        Sistema ta' ġestjoni u kontroll

2.2.1.     Riskju/i identifikat(i)

2.2.2.     Metodu/i ta’ kontroll previst(i)

2.3.        Miżuri għall-prevenzjoni tal-frodi u l-irregolaritajiet

Speċifika l-miżuri ta’ prevenzjoni u protezzjoni eżistenti jew previsti.

3.           IMPATT FINANZJARJU STMAT TAL-PROPOSTA/INIZJATTIVA

3.1.        Intestatura/i tal-qafas finanzjarju pluriennali u tal-linja/i tal-baġit tan-nefqa affettwata/i

· Linji tal-baġit tan-nefqa eżistenti

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Deskrizzjoni……………………...……….] || Diff./mhux diff. ([30]) || mill-pajjiżi tal-EFTA[31] || mill-pajjiżi kandidati[32] || minn pajjiżi terzi || fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[3] || [33.0301] [Programm għall-Ġustizzja] || Diff./. || LE || LE || LE || LE

· Linji tal-baġit ġodda mitluba

Skont l-ordni tal-intestaturi u l-linji tal-baġit tal-qafas finanzjarju pluriennali.

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali || Linja tal-baġit || Tip ta' nefqa || Kontribuzzjoni

Numru [Intestatura....………………………………..] || Diff./mhux diff. || mill-pajjiżi tal-EFTA || mill-pajjiżi kandidati || minn pajjiżi terzi || fl-ambitu tat-tifsira tal-Artikolu 18(1)(aa) tar-Regolament Finanzjarju

[3] || [XX.YY.YY.YY] || || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE || IVA/LE

3.2.        Impatt stmat fuq in-nefqa

3.2.1.     Taqsira tal-impatt stmat fuq in-nefqa

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || Numru || [Intestatura…3………...…………………………………………………………….]

DĠ: JUST || || || Sena 2014[33] || Sena 2015 || Sena 2016 || Sena 2017 || Snin 2018, 2019, 2020 || TOTAL

Ÿ Approprjazzjonijiet operattivi || || || || || || || ||

33.0301 || Impenji || (1) || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || (2) || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Numru tal-linja tal-baġit || Impenji || (1a) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (2a) || || || || || || || ||

Approprjazzjonijiet iffinanzjati ta' natura amministrattiva  mill-pakkett għal programmi speċifiċi[34] || || || || || || || ||

Numru tal-linja baġitarja || || (3) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet għad-DĠ JUST || Impenji || =1+1a +3 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || =2+2a +3 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || (5) || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 3 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || =4+ 6 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || =5+ 6 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Jekk aktar minn intestatura waħda tkun affettwata mill-proposta/inizjattiva:

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet operattivi || Impenji || (4) || || || || || || || ||

Ħlasijiet || (5) || || || || || || || ||

Ÿ TOTAL tal-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva ffinanzjati mill-pakkett għal programmi speċifiċi || (6) || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 4 tal-qafas finanzjarju pluriennali (Ammont ta’ referenza) || Impenji || =4+ 6 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || =5+ 6 || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Intestatura tal-qafas finanzjarju pluriennali: || 5 || "Nefqa amministrattiva" – mhux applikabbli

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

DĠ: <…….> ||

Ÿ Riżorsi umani || || || || || || || ||

Ÿ Nefqa amministrattiva oħra || || || || || || || ||

TOTAL DĠ <…….> || Approprjazzjonijiet || || || || || || || ||

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURA 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || (Impenji totali = Ħlasijiet totali) || || || || || || || ||

EUR miljun (sa 3 punti deċimali)

|| || || Sena N[35] || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

TOTAL tal-approprjazzjonijiet taħt l-INTESTATURI 1 sa 5 tal-qafas finanzjarju pluriennali || Impenji || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

Ħlasijiet || 150.000 || 150.000 || 200.000 || 200.000 || 250.000 || 250.000 || 300.000 || 1.500.000

3.2.2.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet operattivi

– ¨  Il-proposta/L-inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi

– Ø  Il-proposta/inizjattiva teħtieġ l-użu ta’ approprjazzjonijiet operattivi, kif spjegat hawn taħt:

L-approprjazzjonijiet għall-impenji f’miljuni ta’ EUR (sa 3 ċifri wara l-punt deċimali)

Indika għanijiet u riżultati ò || || || Sena N || Sena N+1 || Sena N+2 || Sena N+3 || ... daħħal kemm-il sena hemm bżonn biex turi t-tul ta’ żmien tal-impatt (ara l-punt 1.6) || TOTAL

RIŻULTATI

Tip ta’ riżultat[36] || Kost medju tar-riżultat || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd ta' riżultati || Kost || Għadd totali ta' riżultati || It-total totali

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 1[37] Kooperazzjoni Ġudizzjarja f'materji Ċivili u Kummerċjali

- Riżultat || Żamma tal-interkonnessjoni tar-reġistri tal-insolvenza || 214 300 || || 150 000 || || 150 000 || || 200 000 || || 200 000 || || 250 000 || || 250 000 || || 300 000 || || 1 500 000

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotali tal-għan speċifiku Nru 1 || || 150 000 || || 150 000 || || 200 000 || || 200 000 || || 250 000 || || 250 000 || || 300 000 || || 1 500 000

GĦAN SPEĊIFIKU Nru 2... || || || || || || || || || || || || || || || ||

- Riżultat || || || || || || || || || || || || || || || || || ||

Subtotali tal-għan speċifiku Nru 2 || || || || || || || || || || || || || || || ||

KOST TOTALI || || 150 000 || || 150 000 || || 200 000 || || 200 000 || || 250 000 || || 250 000 || || 300 000 || || 1 500 000

3.2.3.     Impatt stmat fuq l-approprjazzjonijiet ta’ natura amministrattiva

3.2.3.1.  Taqsira

– Ø  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx l-użu ta’ approprjazzjonijiet amministrattivi

3.2.3.2.  Rekwiżiti stmati ta' riżorsi umani

– Ø  Il-proposta/inizjattiva ma teħtieġx użu ta’ riżorsi umani

3.2.4.     Kompatibilità mal-qafas finanzjarju pluriennali attwali

– Ø  Il-proposta/inizjattiva hija kompatibbli mal-qafas finanzarju pluriennali għall-perjodu 2014-2020.

3.2.5.     Kontribuzzjonijiet minn partijiet terzi

– ØIl-proposta/inizjattiva ma tipprevedix kofinanzjament minn partijiet terzi

3.3.        Impatt stmat fuq id-dħul

– Ø  Il-proposta/inizjattiva ma għandhiex impatt finanzjarju fuq id-dħul.

[1]               Għal ħarsa ġenerali tal-proċedimenti ibridi u ta' qabel l-insolvenza nazzjonali, ara t-Taqsima 2 tar-rapport tal-Kummissjoni tat-12.12.2012 dwar il-valutazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1346/2000 dwar proċedimenti ta' falliment.

[2]               "Negozju avvjat" huwa kunċett użat primarjament fil-kontabilità li jiggwida lill-kontabilisti biex iħejju stqarrijiet finanzjarji fuq il-preżunzjoni li n-negozju mhux se jiġi likwidat tul il-perjodu ta' 12-il xahar li ġej.

[3]               COM(2008)394,25.6.2008.

[4]               COM(2012) ……

[5]               Ara dwar kemm hi kbira din il-problema fit-Taqsima 3.4.1 tar-rapport tal-Valutazzjoni tal-Impatt tal-Kummissjoni li jakkumpanja din il-proposta.

[6]               http://www.uncitral.org/uncitral/en/uncitral_texts/insolvency/1997Model.html

[7]               Kawża C – 396/09, sentenza tal-20.10.2011.

[8]               Kawża C – 339/07, sentenza tat-12.2.2009.

[9]               ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 42).

[10]             Kawża C-454/09, sentenza tat-13.10.2011 (Il-Kummissjoni vs L-Italja – "New Interline").

[11]             ĠU L 156, 16.6.2012, p. 1.

[12]             COM(2011)759 finali

[13]             ĠU C , , p. .

[14]             ĠU C , , p.

[15]             ĠU L 160, 30.6.2000, p.1.

[16]             ĠU C , , p.

[17]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[18]             ĠU L 12, 16.1.2001, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 42).

[19]             ĠU L 125, 5.5.2001, p. 15 ( Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 06 Volum 04 p. 15).

[20]             ĠU L 324, 10.12.2007, p. 79.

[21]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[22]             ĠU L 281, 23.11.1995, p. 31 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 015 p. 355).

[23]             »ĠU L 8, 12.1.2001, p. 1 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 13 Volum 26 p. 102)

.

[24]             ĠU L 174, 27.6.2001, p. 25 (Edizzjoni Speċjali bil-Malti: Kapitolu 19 Volum 04 p. 145).

[25]             ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13.

[26]             ABM: Immaniġġjar ibbażat fuq l-Attività – ABB: Ibbaġitjar Ibbażat fuq l-Attività.

[27]             Kif imsemmi fl-Artikolu 49(6)(a) jew (b) tar-Regolament Finanzjarju

[28]             Id-dettalji tal-metodi ta' ġestjoni u r-referenzi għar-Regolament Finanzjarju huma disponibbli fis-sit tal-BudgWeb: http://www.cc.cec/budg/man/budgmanag/budgmanag_en.html

[29]             Kif imsemmi fl-Artikolu 185 tar-Regolament Finanzjarju.

[30]             Diff:= Approprjazzjonijiet differenzjati/Mhux diff. = Approprjazzjonijiet mhux differenzjati

[31]             EFTA: Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles.

[32]             Pajjiżi kandidati u, fejn applikabbli, pajjiżi kandidati potenzjali mill-Balkani tal-Punent.

[33]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[34]             Assistenza u nefqa teknika u/jew amministrattiva b’appoġġ għall-implimentazzjoni ta’ programmi u/jew azzjonijiet tal-UE (ex-linji “BA”), riċerka indiretta, riċerka diretta.

[35]             Is-sena N hija s-sena li fiha tibda l-implimentazzjoni tal-proposta/inizjattiva.

[36]             Ir-riżultati huma prodotti u servizzi li jridu jiġu fornuti (pereżempju: l-għadd ta' skambji ffinanzjati ta' studenti, l-għadd ta' km ta' toroq mibnija, eċċ.).

[37]             Kif deskritt fit-Taqsima 1.4.2. "Għan(ijiet) speċifiku/speċifiċi...”

Top