This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32017R1505
Commission Regulation (EU) 2017/1505 of 28 August 2017 amending Annexes I, II and III to Regulation (EC) No 1221/2009 of the European Parliament and of the Council on the voluntary participation by organisations in a Community eco-management and audit scheme (EMAS) (Text with EEA relevance. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1505 tat-28 ta' Awwissu 2017 li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) (Test b'rilevanza għaż-ŻEE. )
C/2017/5792
ĠU L 222, 29.8.2017, p. 1–20
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32009R1221 | Sostituzzjoni | anness I | 18/09/2017 | |
Modifies | 32009R1221 | Sostituzzjoni | anness II | 18/09/2017 | |
Modifies | 32009R1221 | Sostituzzjoni | anness III | 18/09/2017 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Corrected by | 32017R1505R(01) | (FR) | |||
Corrected by | 32017R1505R(02) | (PL) |
29.8.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 222/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1505
tat-28 ta' Awwissu 2017
li jemenda l-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Novembru 2009 dwar il-parteċipazzjoni volontarja ta' organizzazzjonijiet fi skema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS), li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 761/2001 u d-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 2001/681/KE u 2006/193/KE (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 48 tiegħu,
Billi:
(1) |
L-għan tal-EMAS huwa li tippromwovi titjib kontinwu fil-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjonijiet permezz tal-istabbiliment u l-implimentazzjoni ta' sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-evalwazzjoni tal-prestazzjoni ta' din is-sistema, l-għoti ta' informazzjoni dwar il-prestazzjoni ambjentali, id-djalogu miftuħ mal-pubbliku u mal-partijiet interessati l-oħra u l-involviment attiv tal-impjegati. Biex jintlaħaq dan l-għan, l-Annessi I sa IV tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jiddefinixxu r-rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu osservati mill-organizzazzjonijiet li jixtiequ jimplimentaw l-EMAS u jiksbu r-reġistrazzjoni tal-EMAS. |
(2) |
Il-Parti A tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 tinkludi r-rekwiżiti stabbiliti fl-Istandard EN ISO 14001:2004 li jikkostitwixxi l-bażi tar-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali ta' dak ir-Regolament. |
(3) |
Il-Parti B tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 telenka għadd ta' kwistjonijiet addizzjonali li l-organizzazzjonijiet irreġistrati fl-iskema Komunitarja ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) huma meħtieġa li jindirizzaw u li għandhom rabta diretta ma' għadd ta' elementi tal-Istandard EN ISO 14001:2004. |
(4) |
Sadanittant, l-ISO ppubblikat verżjoni ġdida tal-Istandard Internazzjonali ISO 14001. Għalhekk, it-tieni edizzjoni tal-istandard (EN ISO 14001:2004) ġiet sostitwita bit-tielet edizzjoni (ISO 14001:2015). |
(5) |
Biex ikun żgurat approċċ konsistenti fl-Annessi kollha, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet il-ġodda rilevanti tal-Istandard Internazzjonali ISO 14001:2015 jiġu meqjusa wkoll fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar ir-Reviżjoni Ambjentali u fl-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 li jistabbilixxi r-rekwiżiti dwar il-Verifika Ambjentali Interna. |
(6) |
Għalhekk, ir-Regolament (KE) Nru 1221/2009 għandu jiġi emendat skont dan. |
(7) |
L-organizzazzjonijiet li jixtiequ jiksbu jew iżommu kemm ir-reġistrazzjoni tal-EMAS kif ukoll iċ-ċertifikazzjoni ISO 14001 ħafna drabi jwettqu proċess wieħed ta' verifika/ċertifikazzjoni integrat. Biex tinżamm il-koerenza bejn ir-rekwiżiti taż-żewġ strumenti, l-organizzazzjonijiet ma għandhomx jiġu obbligati jimplimentaw l-Annessi riveduti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 qabel l-implimentazzjoni tal-verżjoni l-ġdida tal-Istandard Internazzjonali ISO 14001. Għalhekk, jeħtieġ li jkun hemm arranġamenti tranżitorji. |
(8) |
Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit skont l-Artikolu 49 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Annessi I, II u III tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 jinbidlu bit-test stipulat fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Il-konformità mar-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009 kif emendat b'dan ir-Regolament għandha tiġi vverifikata fil-mument li ssir il-verifika tal-organizzazzjoni skont l-Artikolu 18 tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009.
F'każ ta' tiġdid tar-reġistrazzjoni tal-EMAS, jekk il-verifika li jmiss tkun se titwettaq qabel l-14 ta' Marzu 2018, id-data tal-verifika li jmiss tista' tiġi estiża b'sitt xhur bi ftehim mal-verifikatur ambjentali u mal-Korpi Kompetenti.
Madankollu, qabel l-14 ta' Settembru 2018, il-verifika tista', bi ftehim mal-verifikatur ambjentali, titwettaq skont ir-rekwiżiti tar-Regolament (KE) Nru 1221/2009, kif emendat permezz tar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 (2). Jekk din il-verifika ssir, il-validità tad-dikjarazzjoni tal-verifikatur ambjentali kif ukoll iċ-ċertifikat ta' reġistrazzjoni jibqgħu validi biss sal-14 ta' Settembru 2018.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-28 ta' Awwissu 2017.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 342, 22.12.2009, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 517/2013 tat-13 ta' Mejju 2013 li jadatta ċerti regolamenti u deċiżjonijiet fl-oqsma tal-moviment liberu tal-merkanzija, il-moviment liberu tal-persuni, id-dritt soċjetarju, il-politika tal-kompetizzjoni, l-agrikoltura, is-sikurezza tal-ikel, il-politika veterinarja u fitosanitarja, il-politika tat-trasport, l-enerġija, it-tassazzjoni, l-istatistika, in-netwerks trans-Ewropej, id-drittijiet ġudizzjarji u fundamentali, il-ġustizzja, il-libertà u s-sigurtà, l-ambjent, l-unjoni doganali, ir-relazzjonijiet esterni, il-politika barranija, ta' sigurtà u ta' difiża u l-istituzzjonijiet, minħabba l-adeżjoni tar-Repubblika tal-Kroazja (ĠU L 158, 10.6.2013, p. 1).
ANNESS
ANNESS I
REVIŻJONI AMBJENTALI
Ir-reviżjoni ambjentali għandha tkopri l-oqsma li ġejjin:
1. Stabbiliment tal-kuntest organizzattiv
L-organizzazzjoni għandha tiddetermina dawk il-kwistjonijiet esterni u interni li jistgħu jaffettwaw b'mod pożittiv jew negattiv il-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.
Kwistjonijiet bħal dawn jinkludu kundizzjonijiet ambjentali rilevanti bħall-klima, il-kwalità tal-arja, il-kwalità tal-ilma, id-disponibbiltà tar-riżorsi naturali, il-bijodiversità.
Huma jistgħu jinkludu wkoll il-kundizzjonijiet li ġejjin, iżda mhumiex limitati għal dawn biss:
— |
kundizzjonijiet esterni (bħaċ-ċirkustanzi kulturali, soċjali, politiċi, legali, regolatorji, finanzjarji, teknoloġiċi, ekonomiċi, naturali u kompetittivi), |
— |
kundizzjonijiet interni relatati mal-karatteristiċi tal-organizzazzjoni (bħall-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi, id-direzzjoni strateġika, il-kultura u l-kapaċitajiet tagħha). |
2. Identifikazzjoni tal-partijiet interessati u determinazzjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti tagħhom.
L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-partijiet interessati li jkunu rilevanti għas-sistema tal-ġestjoni ambjentali, il-ħtiġijiet u l-aspettattivi rilevanti ta' dawk il-partijiet interessati u liema minn dawk il-ħtiġijiet u l-aspettattivi hija trid jew tagħżel li tikkonforma magħhom.
Jekk l-organizzazzjoni tiddeċiedi li tadotta jew taqbel volontarjament mal-ħtiġijiet jew l-aspettattivi rilevanti ta' partijiet interessati li ma jkunux koperti minn rekwiżiti legali, dawn isiru parti mill-obbligi ta' konformità tagħha.
3. Identifikazzjoni tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli relatati mal-ambjent
Minbarra l-istabbiliment ta' reġistru tar-rekwiżiti ġuridiċi applikabbli, l-organizzazzjoni għandha tindika wkoll kif tista' tiġi pprovduta l-evidenza li qed tikkonforma mar-rekwiżiti ġuridiċi differenti.
4. Identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali diretti u indiretti u stabbiliment ta' dawk li huma sinifikanti
L-organizzazzjoni għandha tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti kollha b'impatt pożittiv jew negattiv fuq l-ambjent, ikkwalifikati u kkwantifikati kif xieraq, u tikkompila reġistru tal-aspetti ambjentali kollha identifikati. L-organizzazzjoni għandha tiddetermina wkoll liema minn dawk l-aspetti huma sinifikanti abbażi ta' kriterji stabbiliti skont il-punt 5 ta' dan l-Anness.
Meta jkunu qegħdin jidentifikaw l-aspetti ambjentali diretti u indiretti, huwa essenzjali li l-organizzazzjonijiet jikkunsidraw ukoll l-aspetti ambjentali assoċjati mal-attività ewlenija tagħhom. Inventarju limitat għall-aspetti ambjentali tas-sit u l-faċilitajiet ta' organizzazzjoni mhuwiex biżżejjed.
Meta tkun qiegħda tidentifika l-aspetti ambjentali diretti u indiretti tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha, l-organizzazzjoni għandha tadotta perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, billi tqis l-istadji taċ-ċiklu tal-ħajja li hija tista' tikkontrolla jew tinfluwenza. Dawn l-istadji ġeneralment jinkludu l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, ix-xiri u l-akkwist, id-disinn, il-produzzjoni, it-trasport, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali skont l-attività tal-organizzazzjoni.
4.1. Aspetti ambjentali diretti
L-aspetti ambjentali diretti huma assoċjati ma' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni nnifisha li fuqhom għandha l-kontroll dirett tal-ġestjoni.
L-organizzazzjonijiet kollha jridu jqisu l-aspetti diretti tal-operazzjonijiet tagħhom.
L-aspetti ambjentali diretti jinkludu, iżda mhumiex limitati għal
(1) |
l-emissjonijiet fl-arja; |
(2) |
ir-rilaxx fl-ilma (inklużi l-infiltrazzjonijiet fl-ilma tal-pjan), |
(3) |
il-produzzjoni, ir-riċiklaġġ, l-użu mill-ġdid, it-trasport u r-rimi ta' skart solidu u skart ieħor, b'mod partikolari l-iskart perikoluż; |
(4) |
l-użu u l-kontaminazzjoni tal-art; |
(5) |
l-użu tal-enerġija, ir-riżorsi naturali (inkluż l-ilma, il-fawna u l-flora) u l-materja prima; |
(6) |
l-użu ta' addittivi u awżiljari kif ukoll prodotti semimanifatturati; |
(7) |
kwistjonijiet lokali (il-ħsejjes, il-vibrazzjoni, l-irwejjaħ, it-trab, id-dehra viżiva, eċċ.). |
Fl-identifikazzjoni tal-aspetti ambjentali, għandhom jiġu kkunsidrati wkoll dawn li ġejjin:
— |
ir-riskji ta' inċidenti ambjentali u sitwazzjonijiet oħra ta' emerġenza b'impatt ambjentali potenzjali (eż. inċidenti kimiċi) u sitwazzjonijiet abnormali potenzjali li jistgħu jwasslu għal impatt ambjentali potenzjali. |
— |
kwistjonijiet tat-trasport għall-prodotti u s-servizz u għall-persunal li jivvjaġġa fuq xogħol tal-kumpanija |
4.2. Aspetti ambjentali indiretti
Aspetti ambjentali indiretti jistgħu jirriżultaw mill-interazzjoni ta' organizzazzjoni ma' partijiet terzi, li jistgħu jiġu influwenzati sa livell raġonevoli mill-organizzazzjoni.
Dawn jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
(1) |
kwistjonijiet relatati maċ-ċiklu tal-ħajja tal-prodotti u s-servizzi (l-akkwiżizzjoni tal-materja prima, id-disinn, ix-xiri u l-akkwist, il-produzzjoni, it-trasport, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali); |
(2) |
l-investimenti kapitali, l-għoti ta' self u s-servizzi tal-assigurazzjoni; |
(3) |
swieq ġodda; |
(4) |
l-għażla u l-kompożizzjoni tas-servizzi (eż. it-trasport jew il-kummerċ tal-forniment tal-ikel); |
(5) |
deċiżjonijiet amministrattivi u ta' ppjanar; |
(6) |
il-kompożizzjoni ta' firxiet ta' prodotti; |
(7) |
il-prestazzjoni u l-prattiċi ambjentali tal-kuntratturi, is-sottokuntratturi, il-fornituri u s-sottofornituri. |
L-organizzazzjonijiet iridu jkunu kapaċi juru li l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-impatti assoċjati ma' dawn l-aspetti jiġu indirizzati fis-sistema ta' ġestjoni.
L-organizzazzjoni għandha tagħmel l-almu tagħha sabiex tassigura illi l-fornituri u dawk li jaġixxu f'isem l-organizzazzjoni jikkonformaw mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni fl-ambitu tal-attivitajiet imwettqa għall-kuntratt.
Organizzazzjoni għandha tikkunsidra kemm jista' jkollha influwenza fuq dawk l-aspetti ambjentali indiretti, u liema miżuri tista' tieħu biex tnaqqas l-impatt ambjentali jew biex iżżid il-benefiċċju ambjentali.
5. Valutazzjoni tas-sinifikat tal-aspetti ambjentali
Organizzazzjoni għandha tiddefinixxi l-kriterji sabiex tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha u tapplikahom sabiex tistabbilixxi liema aspetti ambjentali jkollhom impatt ambjentali sinifikanti minn perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja.
Il-kriterji żviluppati minn organizzazzjoni għandhom iqisu l-leġiżlazzjoni tal-Unjoni u għandhom ikunu komprensivi, jistgħu jiġu ċċekkjati b'mod indipendenti, jistgħu jiġu riprodotti u magħmula disponibbli għall-pubbliku.
Meta tkun qiegħda tistabbilixxi dawn il-kriterji, organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-elementi li ġejjin:
(1) |
il-ħsara jew il-benefiċċju potenzjali għall-ambjent, inkluża l-bijodiversità |
(2) |
il-kundizzjoni tal-ambjent (bħall-fraġilità tal-ambjent lokali, reġjonali jew globali); |
(3) |
id-daqs, l-għadd, il-frekwenza u r-riversibbiltà tal-aspett jew tal-impatt; |
(4) |
l-eżistenza u r-rekwiżiti ta' leġiżlazzjoni ambjentali rilevanti; |
(5) |
il-fehmiet tal-partijiet interessati, inklużi l-impjegati tal-organizzazzjoni |
Jistgħu jiġu kkunsidrati elementi rilevanti oħra skont it-tip ta' attivitajiet, prodotti u servizzi tal-organizzazzjoni.
Abbażi tal-kriterji stabbiliti, l-organizzazzjoni għandha tivvaluta s-sinifikat tal-aspetti u l-impatti ambjentali tagħha. Biex tagħmel dan, l-organizzazzjoni għandha tqis kunsiderazzjonijiet li jistgħu jinkludu iżda li mhumiex limitati għal:
(1) |
id-dejta eżistenti tal-organizzazzjoni dwar l-inputs ta' materjal u enerġija, l-iskariki, l-iskart u l-emissjonijiet f'termini ta' riskju; |
(2) |
l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li huma regolati b'leġiżlazzjoni ambjentali |
(3) |
l-attivitajiet ta' akkwist; |
(4) |
id-disinn, l-iżvilupp, il-fabbrikazzjoni, id-distribuzzjoni, il-manutenzjoni, l-użu, l-użu mill-ġdid, ir-riċiklaġġ u r-rimi tal-prodotti tal-organizzazzjoni; |
(5) |
dawk l-attivitajiet tal-organizzazzjoni li għandhom l-aktar spejjeż ambjentali u benefiċċji ambjentali sinifikattivi. |
Meta tkun qiegħda tivvaluta s-sinifikat tal-impatti ambjentali tal-attivitajiet tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-kundizzjonijiet normali tal-ħidma, il-kundizzjonijiet tal-bidu u tal-għeluq u l-kundizzjonijiet ta' emerġenza li jistgħu jiġu previsti b'mod raġonevoli. Għandhom jiġu kkunsidrati l-attivitajiet tal-passat, tal-preżent u dawk ippjanati.
6. Evalwazzjoni tal-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti.
L-organizzazzjoni għandha tqis il-feedback mill-investigazzjoni ta' inċidenti preċedenti li jista' jinfluwenza l-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha.
7. Stabbiliment u dokumentazzjoni tar-riskji u l-opportunitajiet.
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tiddokumenta r-riskji u l-opportunitajiet assoċjati mal-aspetti ambjentali tagħha, l-obbligi ta' konformità u kwistjonijiet u rekwiżiti oħra identifikati fil-punti 1 sa 4.
L-organizzazzjoni għandha tiffoka fuq dawk ir-riskji u l-opportunitajiet li jenħtieġ li jiġu indirizzati sabiex ikun assigurat li s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tkun tista' tikseb l-objettivi tagħha, biex jiġu evitati effetti mhux mixtieqa jew inċidenti u biex jinkiseb titjib kontinwu tal-prestazzjonijiet ambjentali tal-organizzazzjoni.
8. Eżami tal-proċessi, prattiċi u proċeduri eżistenti.
L-organizzazzjoni għandha teżamina l-proċessi, il-prattiċi u l-proċeduri eżistenti u tistabbilixxi liema jkunu meħtieġa sabiex jiġi assigurat il-manteniment fit-tul tal-ġestjoni ambjentali.
ANNESS II
REKWIŻITI TAS-SISTEMA TA' ĠESTJONI AMBJENTALI U KWISTJONIJIET ADDIZZJONALI LI GĦANDHOM JIĠU INDIRIZZATI MILL-ORGANIZZAZZJONIJIET LI JIMPLIMENTAW L-EMAS
Ir-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-EMAS huma dawk stabbiliti fit-Taqsima 4 sa 10 tal-istandard EN ISO 14001:2015. Dawn ir-rekwiżiti huma riprodotti fil-Parti A.
Ir-referenzi magħmula fl-Artikolu 4 għal punti speċifiċi ta' dan l-Anness għandhom jinftiehmu kif ġej:
|
Ir-referenza għall-punt A.3.1 għandha tinftiehem bħala referenza għall-Parti A 6.1 |
|
Ir-referenza għall-punt A 5.5 għandha tinftiehem bħala referenza għall-Parti A 9.2. |
Barra minn hekk, l-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS huma meħtieġa jindirizzaw għadd ta' kwistjonijiet addizzjonali li għandhom rabta diretta ma' għadd ta' elementi tat-Taqsima 4 tal-istandard EN ISO 14001:2015. Dawn ir-rekwiżiti addizzjonali huma elenkati fil-Parti B ta' dan l-Anness.
PARTI A rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali skont l-EN ISO 14001:2015 |
PARTI B rekwiżiti addizzjonali għall-organizzazzjonijiet li jimplimentaw l-EMAS |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
L-organizzazzjonijiet li jipparteċipaw fl-iskema ta' ġestjoni u verifika ambjentali (EMAS) għandhom jimplimentaw ir-rekwiżiti tal-EN ISO 14001:2015 (1) li qed jiġu riprodotti hawn taħt. A.4 Kuntest tal-organizzazzjoni A.4.1 Fehim tal-organizzazzjoni u l-kuntest tagħha L-organizzazzjoni għandha tiddetermina l-kwistjonijiet esterni u interni li huma rilevanti għall-iskop tagħha u li jaffettwaw il-ħila tagħha li tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha. Kwistjonijiet bħal dawn għandhom jinkludu kundizzjonijiet ambjentali li huma affettwati mill-organizzazzjoni jew li jistgħu jaffettwawha. A.4.2 Komprensjoni tal-ħtiġijiet u l-aspettattivi tal-partijiet interessati L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:
A.4.3 Stabbiliment tal-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-konfini u l-applikabbiltà tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali sabiex tistabbilixxi l-kamp ta' applikazzjoni tagħha. Fl-istabbiliment ta' dan il-kamp ta' applikazzjoni, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:
Ladarba jiġi definit il-kamp ta' applikazzjoni, l-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi kollha tal-organizzazzjoni fi ħdan dak il-kamp ta' applikazzjoni jridu jiġu inklużi fis-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Il-kamp ta' applikazzjoni għandu jinżamm bħala informazzjoni dokumentata u jkun disponibbli għall-partijiet interessati. A.4.4 Sistema ta' ġestjoni ambjentali Biex tikseb ir-riżultati mistennija, inkluż it-titjib tal-prestazzjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta, iżżomm u kontinwament ittejjeb sistema ta' ġestjoni ambjentali, inklużi l-proċessi meħtieġa u l-interazzjonijiet tagħhom, skont ir-rekwiżiti ta' dan l-Istandard Internazzjonali. L-organizzazzjoni għandha tqis l-għarfien miksub fil-punti 4.1 u 4.2 meta tistabbilixxi u żżomm is-sistema ta' ġestjoni ambjentali. |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.5 Tmexxija A.5.1 Tmexxija u impenn Il-maniġment superjuri għandu juri sens ta' tmexxija u impenn fir-rigward tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali billi:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.5.2 Politika Ambjentali Il-maniġment superjuri għandu jistabbilixxi, jimplimenta u jżomm politika ambjentali li, fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni definit tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tiegħu, din:
Il-politika ambjentali għandha:
|
B.1. Titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali L-organizzazzjonijiet għandhom jimpenjaw ruħhom li jtejbu kontinwament il-prestazzjoni ambjentali tagħhom. Jekk organizzazzjoni tikkonsisti f'sit wieħed jew aktar, kull wieħed mis-siti li għalih tapplika l-EMAS għandu jikkonforma mar-rekwiżiti kollha tal-EMAS inkluż it-titjib kontinwu tal-prestazzjoni ambjentali kif definit fl-Artikolu 2(2). |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.5.3 Rwoli, responsabbiltajiet u awtoritajiet tal-organizzazzjoni Il-maniġment superjuri għandu jassigura li r-responsabbiltajiet u l-awtoritajiet għar-rwoli rilevanti jiġu assenjati u kkomunikati fi ħdan l-organizzazzjoni. Il-maniġment superjuri għandu jassenja r-responsabbiltà u l-awtorità:
|
B.2. Rappreżentant(i) tal-maniġment Il-maniġment superjuri għandu jaħtar rappreżentant(i) speċifiku/ċi tal-maniġment li, irrispettivament minn responsabbiltajiet oħra, għandu jkollu/ikollhom rwoli, responsabbiltajiet u awtorità definiti sabiex jassigura(w) sistema ta' ġestjoni ambjentali f'konformità ma' dan ir-Regolament u jirrappurta(w) lill-maniġment superjuri dwar il-prestazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. Ir-rappreżentant tal-maniġment superjuri jista' jkun membru tal-maniġment superjuri tal-organizzazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.6 Ippjanar A.6.1 Azzjonijiet sabiex jiġu indirizzati r-riskji u l-opportunitajiet A.6.1.1 Ġenerali L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti fil-punti 6.1.1 sa 6.1.4. Meta tkun qiegħda tippjana għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:
Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tiddetermina s-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza, inklużi dawk li jista' jkollhom impatt ambjentali. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar:
A.6.1.2 Aspetti ambjentali Fi ħdan il-kamp ta' applikazzjoni definit tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-aspetti ambjentali tal-attivitajiet, il-prodotti u s-servizzi tagħha li hija tista' tikkontrolla u dawk li hija tista' tinfluwenza, u l-impatti ambjentali assoċjati tagħhom, billi tikkunsidra perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja. Meta tkun qiegħda tiddetermina l-aspetti ambjentali, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra:
L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi dawk l-aspetti li għandhom jew li jista' jkollhom impatt ambjentali sinifikanti billi tuża kriterji stabbiliti. L-organizzazzjoni għandha tikkomunika l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha fost id-diversi livelli u funzjonijiet tal-organizzazzjoni, kif ikun xieraq. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar:
|
B.3 Analiżi ambjentali L-organizzazzjonijiet għandhom iwettqu u jiddokumentaw analiżi ambjentali inizjali kif stabbilit fl-Anness I. L-organizzazzjonijiet barra l-Unjoni għandhom jirreferu wkoll għar-rekwiżiti ġuridiċi relatati mal-ambjent, li jkunu applikabbli għal organizzazzjonijiet simili fl-Istati Membri fejn ikun beħsiebhom jissottomettu applikazzjoni. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.6.1.3 Obbligi ta' konformità L-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata tal-obbligi ta' konformità tagħha.
A.6.1.4 Ippjanar tal-azzjoni L-organizzazzjoni għandha tippjana:
Meta tkun qiegħda tippjana dawn l-azzjonijiet, l-organizzazzjoni għandha tikkunsidra l-opzjonijiet teknoloġiċi tagħha u r-rekwiżiti finanzjarji, operattivi u kummerċjali tagħha. |
B.4. Konformità legali L-organizzazzjonijiet irreġistrati mal-EMAS jew li jkunu jixtiequ jirreġistraw għandhom juru li ssodisfaw il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.6.2.1 Objettivi ambjentali L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi objettivi ambjentali fil-funzjonijiet u l-livelli rilevanti, billi tqis l-aspetti ambjentali sinifikanti u l-obbligi ta' konformità assoċjati tal-organizzazzjoni, u billi tqis ir-riskji u l-opportunitajiet tagħha. L-objettivi ambjentali għandhom ikunu:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata dwar l-objettivi ambjentali. A.6.2.2 Ippjanar tal-azzjonijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali Meta tkun qiegħda tippjana kif tilħaq l-objettivi ambjentali tagħha, l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:
L-organizzazzjoni għandha tikkunsidra kif l-azzjonijiet sabiex jintlaħqu l-objettivi ambjentali tagħha jistgħu jiġu integrati fil-proċessi tan-negozju tal-organizzazzjoni. |
B.5. Objettivi ambjentali L-organizzazzjonijiet għandhom ikunu kapaċi juru illi s-sistema ta' ġestjoni u l-proċeduri ta' verifika jindirizzaw il-prestazzjoni ambjentali attwali tal-organizzazzjoni fir-rigward tal-aspetti diretti u indiretti. Il-mezzi sabiex jintlaħqu l-għanijiet u l-miri ma jistgħux ikunu objettivi ambjentali. |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7 Appoġġ A.7.1 Riżorsi L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi u tipprovdi r-riżorsi meħtieġa għall-istabbiliment, l-implimentazzjoni, iż-żamma u t-titjib kontinwu tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. |
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7.2 Kompetenza L-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata xierqa bħala evidenza tal-kompetenza. |
B.6. Involviment tal-impjegati
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7.3 Għarfien L-organizzazzjoni għandha tassigura li l-persuni li jkunu qegħdin jaħdmu taħt il-kontroll tal-organizzazzjoni jkunu konxji ta':
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7.4 Komunikazzjoni A.7.4.1 Ġenerali L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa għall-komunikazzjonijiet interni u esterni rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, fosthom:
Meta tkun qiegħda tistabbilixxi l-proċess(i) ta' komunikazzjoni tagħha, l-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha tirrispondi għall-komunikazzjonijiet rilevanti dwar is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tal-komunikazzjonijiet tagħha, kif ikun xieraq. A.7.4.2 Komunikazzjoni interna L-organizzazzjoni għandha:
|
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7.4.3 Komunikazzjoni esterna L-organizzazzjoni għandha tikkomunika esternament informazzjoni rilevanti għas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, kif stabbilit mill-proċessi ta' komunikazzjoni tal-organizzazzjoni u kif meħtieġ mill-obbligi ta' konformità tagħha. |
B.7. Komunikazzjoni
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
A.7.5 Informazzjoni dokumentata A.7.5.1 Ġenerali Is-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni għandha tinkludi:
A.7.5.2 Tfassil u aġġornament Meta tfassal u taġġorna informazzjoni dokumentata, l-organizzazzjoni għandha tassigura:
A.7.5.3 Kontroll tal-informazzjoni dokumentata L-informazzjoni dokumentata mitluba mis-sistema ta' ġestjoni ambjentali u minn dan l-Istandard Internazzjonali għandha tiġi kkontrollata sabiex ikun assigurat li:
Għall-kontroll tal-informazzjoni dokumentata, l-organizzazzjoni għandha tindirizza l-attivitajiet li ġejjin kif applikabbli:
L-informazzjoni dokumentata ta' oriġni esterna meqjusa bħala meħtieġa mill-organizzazzjoni għall-ippjanar u t-tħaddim tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali għandha tiġi identifikata, kif xieraq, u kkontrollata.
A.8 Operat A.8.1 Ippjanar u kontroll operattiv L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta, tikkontrolla u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tissodisfa r-rekwiżiti tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u biex timplimenta l-azzjonijiet identifikati fil-punti 6.1 u 6.2, billi:
L-organizzazzjoni għandha tikkontrolla l-bidliet ippjanati u tanalizza l-konsegwenzi ta' bidliet mhux intenzjonati, filwaqt li tieħu azzjoni sabiex ittaffi kwalunkwe effett negattiv, kif ikun meħtieġ. L-organizzazzjoni għandha tassigura li proċess(i) esternalizzat(i) jiġi/jiġu kkontrollat(i) jew influwenzat(i). It-tip u l-firxa tal-kontroll jew tal-influwenza li għandhom jiġu applikati għall-proċess(i) għandhom jiġu definiti fi ħdan is-sistema ta' ġestjoni ambjentali. B'mod konsistenti ma' perspettiva taċ-ċiklu tal-ħajja, l-organizzazzjoni għandha:
assoċjati mat-trasport jew il-kunsinna, l-użu, it-trattament fi tmiem il-ħajja u r-rimi finali tal-prodotti u s-servizzi tagħha. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata sa fejn ikun meħtieġ sabiex ikollha l-kunfidenza li l-proċess(i) twettqu kif ippjanat. A.8.2 Stat ta' tħejjija u rispons għal emerġenzi L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tipprepara għal u tirrispondi għas-sitwazzjonijiet potenzjali ta' emerġenza identifikati fil-punt 6.1.1. L-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata sal-punt meħtieġ sabiex ikollha l-kunfidenza li l-proċess(i) ikunu qegħdin jitwettqu kif ippjanat. A.9 Evalwazzjoni tal-prestazzjoni A.9.1 Monitoraġġ, kejl, analiżi u evalwazzjoni A.9.1.1 Ġenerali L-organizzazzjoni għandha timmonitorja, tkejjel, tanalizza u tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha. L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi:
L-organizzazzjoni għandha tiżgura li jintuża u jinżamm tagħmir għall-monitoraġġ u l-kejl li jkun kalibrat jew verifikat, kif ikun xieraq. L-organizzazzjoni għandha tevalwa l-prestazzjoni ambjentali tagħha u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali. L-organizzazzjoni għandha tikkomunika informazzjoni rilevanti dwar il-prestazzjoni ambjentali kemm internament kif ukoll esternament, kif identifikat fil-proċess(i) ta' komunikazzjoni tagħha u kif meħtieġ mill-obbligi ta' konformità tagħha. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata xierqa bħala evidenza tar-riżultati tal-monitoraġġ, il-kejl, l-analiżi u l-evalwazzjoni. A.9.1.2 Evalwazzjoni tal-konformità L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm il-proċessi meħtieġa sabiex tevalwa t-twettiq tal-obbligi ta' konformità tagħha. L-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tar-riżultat(i) tal-evalwazzjoni tal-konformità. A.9.2 Verifika interna A.9.2.1 Ġenerali L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki interni f'intervalli ppjanati sabiex tipprovdi informazzjoni dwar jekk is-sistema ta' ġestjoni ambjentali:
A.9.2.2 Programm ta' verifika interna L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi, timplimenta u żżomm programmi ta' verifika interna, li jinkludu l-frekwenza, il-metodi, ir-responsabbiltajiet, ir-rekwiżiti ta' ppjanar u r-rappurtar tal-verifiki interni tagħha. Fl-istabbiliment tal-programm ta' verifika interna, l-organizzazzjoni għandha tqis l-importanza ambjentali tal-proċessi kkonċernati, il-bidliet li jaffettwaw lill-organizzazzjoni u r-riżultati ta' verifiki preċedenti. L-organizzazzjoni għandha:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tal-implimentazzjoni tal-programm ta' verifika u tar-riżultati tal-verifiki. A.9.3 Reviżjoni tal-ġestjoni Il-maniġment superjuri għandu jeżamina s-sistema ta' ġestjoni ambjentali tal-organizzazzjoni, f'intervalli ppjanati, sabiex jassigura l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività kontinwa tagħha. Ir-reviżjoni tal-ġestjoni għandha tinkludi kunsiderazzjoni ta':
Ir-riżultati tal-eżami mill-maniġment għandhom jinkludu:
L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza tar-riżultati tal-eżamijiet mill-maniġment. A.10 Titjib A.10.1 Ġenerali L-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi l-opportunitajiet għal titjib (ara l-punti 9.1, 9.2 u 9.3) u timplimenta l-azzjonijiet neċessarji biex tikseb ir-riżultati mistennija tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali tagħha. A.10.2 Nuqqas ta' konformità u azzjoni korrettiva Meta jseħħ nuqqas ta' konformità, l-organizzazzjoni għandha:
L-azzjonijiet korrettivi għandhom ikunu xierqa għas-sinifikat tal-effetti tan-nuqqasijiet ta' konformità li jkun hemm, inkluż l-impatt(i) ambjentali. L-organizzazzjoni għandha żżomm informazzjoni dokumentata bħala evidenza ta':
A.10.3 Titjib kontinwu L-organizzazzjoni għandha ttejjeb kontinwament l-idoneità, l-adegwatezza u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali sabiex ittejjeb il-prestazzjoni ambjentali. |
|
ANNESS III
VERIFIKA AMBJENTALI INTERNA
1. Il-programm ta' verifika u l-frekwenza tal-verifiki
1.1. Programm ta' verifika
Il-programm ta' verifika għandu jiggarantixxi li l-maniġment tal-organizzazzjoni jingħata l-informazzjoni li jeħtieġ sabiex janalizza l-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni u l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni ambjentali, u li jkun jista' juri li dawn jinsabu taħt kontroll.
1.2. Objettivi tal-programm ta' verifika
L-objettivi għandhom jinkludu, b'mod partikolari, il-valutazzjoni tas-sistemi ta' ġestjoni li jkun hemm fis-seħħ u l-istabbiliment tal-konformità mal-politika u l-programm tal-organizzazzjoni, li għandhom jinkludu l-konformità mar-rekwiżiti legali u rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent.
1.3. Kamp ta' applikazzjoni tal-programm ta' verifika
Il-kamp ta' applikazzjoni ġenerali tal-verifiki individwali, jew ta' kull stadju ta' ċiklu ta' verifika fejn ikun xieraq, għandu jiġi definit b'mod ċar u għandu jispeċifika b'mod espliċitu:
(1) |
l-oqsma tas-suġġetti koperti; |
(2) |
l-attivitajiet li għandhom jiġu vverifikati; |
(3) |
il-kriterji ambjentali li għandhom jitqiesu; |
(4) |
il-perjodu kopert mill-verifika. |
Il-verifika ambjentali tinkludi valutazzjoni tad-dejta fattwali meħtieġa sabiex tigi evalwata l-prestazzjoni ambjentali.
1.4. Frekwenza tal-verifiki
Il-verifika jew iċ-ċiklu ta' verifika li jkopri l-attivitajiet kollha tal-organizzazzjoni għandhom jitlestew, kif ikun xieraq, f'intervalli ta' mhux aktar minn tliet snin jew ta' erba' snin jekk tapplika d-deroga prevista fl-Artikolu 7. Il-frekwenza li biha tiġi vverifikata kwalunkwe attività se tvarja skont:
(1) |
in-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet; |
(2) |
is-sinifikat tal-impatti ambjentali assoċjati; |
(3) |
l-importanza u l-urġenza tal-problemi misjuba minn verifiki preċedenti; |
(4) |
il-problemi ambjentali tal-imgħoddi. |
Attivitajiet aktar kumplessi b'impatt ambjentali aktar sinifikanti għandhom jiġu vverifikati aktar ta' spiss.
L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki tal-anqas fuq bażi annwali, peress li dan se jgħin biex juri lill-maniġment tal-organizzazzjoni u lill-verifikatur ambjentali li hija għandha l-kontroll fuq l-aspetti ambjentali sinifikanti tagħha.
L-organizzazzjoni għandha twettaq verifiki dwar:
(1) |
il-prestazzjoni ambjentali tal-organizzazzjoni; u |
(2) |
il-konformità tal-organizzazzjoni mar-rekwiżiti legali applikabbli u rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent. |
2. Attivitajiet ta' verifika
L-attivitajiet ta' verifika għandhom jinkludu diskussjonijiet mal-persunal dwar il-prestazzjoni ambjentali, spezzjoni tal-kundizzjonijiet ta' ħidma u t-tagħmir u eżami tar-rekords, il-proċeduri bil-miktub u dokumentazzjoni rilevanti oħra. Dawk l-attivitajiet għandhom jitwettqu bil-għan li tiġi evalwata l-prestazzjoni ambjentali tal-attività li tkun qed tiġi verifikata sabiex jiġi determinat jekk tissodisfax l-istandards, ir-regolamenti jew l-objettivi u l-miri ambjentali applikabbli. Hija għandha tistabbilixxi wkoll jekk is-sistema li tkun fis-seħħ għall-ġestjoni tar-responsabbiltajiet u l-prestazzjoni ambjentali tkunx effettiva u xierqa u għalhekk, fost l-oħrajn, se tinkludi kontrolli fuq il-post tal-konformità ma' dawn il-kriterji biex tiddetermina l-effettività tas-sistema ta' ġestjoni sħiħa.
Il-passi li ġejjin għandhom, b'mod partikolari, jiġu inklużi fil-proċess tal-verifika:
(1) |
il-komprensjoni tas-sistemi ta' ġestjoni; |
(2) |
il-valutazzjoni tal-punti qawwija u dawk dgħajfa tas-sistemi ta' ġestjoni; |
(3) |
il-ġbir tal-evidenza sabiex jintwera fejn is-sistema ta' ġestjoni tkun jew ma tkunx qiegħda tagħti r-riżultati; |
(4) |
il-valutazzjoni tas-sejbiet tal-verifika; |
(5) |
it-tħejjija tal-konklużjonijiet tal-verifika; |
(6) |
ir-rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika. |
3. Rappurtar tas-sejbiet u tal-konklużjonijiet tal-verifika
L-għanijiet fundamentali ta' rapport bil-miktub tal-verifika huma:
(1) |
li jiddokumenta l-kamp ta' applikazzjoni tal-verifika; |
(2) |
li jinforma lill-maniġment dwar l-istat ta' konformità mal-politika ambjentali tal-organizzazzjoni u dwar il-progress ambjentali tal-organizzazzjoni |
(3) |
li jinforma lill-maniġment dwar l-istat ta' konformità mar-rekwiżiti legali u ma' rekwiżiti oħra relatati mal-ambjent u dwar il-miżuri meħuda sabiex ikun assigurat li tkun tista' tintwera l-konformità; |
(4) |
li jinforma lill-maniġment dwar l-effettività u l-affidabbiltà tal-miżuri meħuda sabiex jiġu mmonitorjati u mnaqqsa l-impatti ambjentali tal-organizzazzjoni; |
(5) |
li juri l-ħtieġa ta' azzjonijiet korrettivi, meta jkun xieraq. |
Ir-rapport bil-miktub tal-verifika għandu jinkludi l-informazzjoni neċessarja sabiex jikkonforma ma' dawn l-għanijiet.
(1) L-użu tat-test tal-istandard nazzjonali riprodott f'dan l-Anness qed isir bil-permess tas-CEN. It-test sħiħ tal-istandard nazzjonali jista' jinxtara mill-Korpi Nazzjonali tal-Istandardizzazzjoni, li l-lista tagħhom tinsab fuq is-sit web tas-CEN. L-ebda tip ta' riproduzzjoni ta' dan l-Anness għal raġunijiet kummerċjali ma hija permessa.