This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32015D0267
Commission Implementing Decision (EU) 2015/267 of 17 February 2015 amending Annex II to Decision 2007/777/EC as regards the entry for Japan in the list of third countries or parts thereof from which the introduction of certain meat products and treated stomachs, bladders and intestines into the Union is authorised (notified under document C(2015) 738) Text with EEA relevance
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/267 tas- 17 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2015) 738) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/267 tas- 17 ta' Frar 2015 li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (notifikata bid-dokument C(2015) 738) Test b'rilevanza għaż-ŻEE
ĠU L 45, 19.2.2015, p. 19–21
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/04/2021; Impliċitament imħassar minn 32020R0692
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Modifies | 32007D0777 | Tlestija | anness II P.2 |
Relation | Act | Comment | Subdivision concerned | From | To |
---|---|---|---|---|---|
Implicitly repealed by | 32020R0692 | 21/04/2021 |
19.2.2015 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 45/19 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2015/267
tas-17 ta' Frar 2015
li temenda l-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE fir-rigward tal-entrata tal-Ġappun fil-lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati
(notifikata bid-dokument C(2015) 738)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 2002/99/KE tas-16 ta' Diċembru 2002 li tistabbilixxi r-regoli sanitarji għall-annimali u li jiddeterminaw il-produzzjoni, l-ipproċessar, id-distribuzzjoni u l-introduzzjoni ta' prodotti li joriġinaw mill-annimali u li huma għall-konsum uman (1), u b'mod partikolari l-frażi introduttorja tal-Artikolu 8, l-ewwel sottoparagrafu tal-punt (1) tal-Artikolu 8, il-punt (4) tal-Artikolu 8 u l-punt (c) tar-raba' paragrafu tal-Artikolu 9 tagħha,
Billi:
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE (2) tistipula r-regoli tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika għall-importazzjonijiet lejn l-Unjoni u t-tranżitu u l-ħżin fl-Unjoni ta' kunsinni ta' ċerti prodotti tal-laħam u ta' stonkijiet, bżieżaq tal-awrina u msaren ittrattati (“il-prodotti”). |
(2) |
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE tistabbilixxi lista ta' pajjiżi terzi jew partijiet minnhom, minn fejn hija awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni ta' dawk il-prodotti, sakemm ikunu saru t-trattamenti rilevanti kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. It-trattamenti rilevanti qegħdin biex jeliminaw ċerti riskji għas-saħħa tal-annimali li huma marbutin mal-prodotti speċifiċi u mal-qagħda tas-saħħa tal-annimali fil-pajjiż terż jew f'partijiet minnu. Il-Parti 4 tistabbilixxi trattament “A” li mhuwiex speċifiku u trattamenti “B” sa “F” li huma speċifiċi u qegħdin elenkati skont is-severità tar-riskju għas-saħħa tal-annimali marbut mal-prodott, fejn “B” huwa marbut mal-aktar riskju sever u l-“F” mal-inqas wieħed sever. |
(3) |
Il-Ġappun mhuwiex elenkat fil-Parti 2 tal-Anness II tad Deċiżjoni 2007/777/KE bħala pajjiż terz minn fejn hi awtorizzata l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti. Madankollu, il-Ġappun talab li jinżied mal-lista għall-prodotti li jittieħdu minn annimali domestiċi bovini u porċini, minn bhejjem tal-ifrat imrobbijin għall-kaċċa, mill-pullam u minn tjur tal-kaċċa mrobbijin (minbarra għasafar li ma jtirux). |
(4) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 (3) jistabbilixxi r-rekwiżiti għaċ-ċertifikazzjoni veterinarja għall-introduzzjoni fl-Unjoni ta' laħam frisk. Skont dak ir-Regolament, il-kunsinni ta' laħam frisk maħsub għall-konsum mill-bniedem jistgħu jiġu impurtati fl-Unjoni biss jekk ikunu ġejjin mill-pajjiżi terzi, jew minn territorji jew partijiet tal-pajjiżi terzi elenkati fil-Parti 1 tal-Anness II ta' dak ir-Regolament, u jekk jikkonformaw mar-rekwiżiti rilevanti stipulati fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni. |
(5) |
Il-Ġappun huwa elenkat fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 206/2010 fejn jirrigwarda kunsinni ta' laħam bovin frisk u, għaldaqstant, huwa rikonoxxut fil-leġiżlazzjoni bħala pajjiż li jipprovdi biżżejjed garanziji tas-saħħa tal-annimali fir-rigward ta' dawk il-kunsinni. Għalhekk, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kunsinni tal-prodotti li jittieħdu minn annimali bovini li jiġu minn dak il-pajjiż terz, kif imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, soġġett għat-trattament mhux speċifiku “A”, kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. |
(6) |
Fl-2014 il-Ġappun avża lill-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dwar tifqigħat ta' influwenza avjarja b'patoġeniċità għolja (HPAI) tas-sottotip H5 f'azjendi fit-territorju tiegħu. Il-Ġappun impona politika ta' qerda biex il-marda u t-tifrix tagħha jiġu kkontrollati. Barra minn hekk, ġew ikkonfermati bosta drabi każijiet ta' HPAI tas-sottotip H5 f'għasafar slavaġ fit-territorju tiegħu. Għalhekk, għandha tingħata l-awtorizzazzjoni għall-introduzzjoni fl-Unjoni tal-kunsinni tal-prodotti li jittieħdu mill-pullam li jiġi minn dak il-pajjiż terz, kif imsemmi fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, soġġett għat-trattament speċifiku “D”, kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. |
(7) |
Il-Ġappun javża lill-OIE dwar tifqigħat ta' mard fl-annimali porċini, u l-qagħda f'dak il-pajjiż terz rigward il-mard li huma suxxettibbli għalih l-annimali porċini u li dwaru jrid ikun hemm garanziji ċċertifikati bi qbil mar-Regolament (UE) Nru 206/2010, hija favorevoli. Għalhekk, il-kunsinni minn dak il-pajjiż terz li jittieħdu mill-annimali porċini, kif imsemmi fil-Parti 2 ta-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, għandhom jitħallew jiddaħħlu fl-Unjoni soġġett għat-trattament speċifiku “B”, kif stabbilit fil-Parti 4 ta' dak l-Anness. |
(8) |
Għaldaqstant, il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata biex tawtorizza l-introduzzjoni fl-Unjoni tal-prodotti mill-Ġappun li jittieħdu minn annimali domestiċi bovini u porċini, minn bhejjem tal-ifrat imrobbijin għall-kaċċa, mill-pullam u minn tjur tal-kaċċa mrobbijin (minbarra għasafar li ma jtirux). |
(9) |
Għalhekk id-Deċiżjoni 2007/777/KE għandha tiġi emendata skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE hija emendata skont l-Anness ta' din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta' Frar 2015.
Għall-Kummissjoni
Vytenis ANDRIUKAITIS
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 18, 23.1.2003, p. 11.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/777/KE tad-29 ta' Novembru 2007 li tistipula l-kundizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali u tas-saħħa pubblika kif ukoll il-mudelli taċ-ċertifikati għall-importazzjonijiet ta' ċerti prodotti tal-laħam u tal-istonku, il-bżieżaq tal-awrina u l-imsaren ittrattati għall-konsum mill-bniedem minn pajjiżi terzi u li tirrevoka d-Deċiżjoni 2005/432/KE (ĠU L 312, 30.11.2007, p. 49).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 206/2010 tat-12 ta' Marzu 2010 li jistabbilixxi listi ta' pajjiżi terzi, territorji jew partijiet minnhom awtorizzati għall-introduzzjoni fl-Unjoni Ewropea ta annimali partikulari u laħam frisk u r-rekwiżiti relatati maċ-ċertifikazzjoni veterinarja (ĠU L 73, 20.3.2010, p. 1).
ANNESS
Fil-Parti 2 tal-Anness II tad-Deċiżjoni 2007/777/KE, l-entrata li ġejja għall-Ġappun tiddaħħal bejn l-entrata għall-Iżlanda u dik għall-Kenja:
“JP |
Il-Ġappun |
A |
XXX |
B |
XXX |
D |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX |
XXX” |